|
18.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/84 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2166
tas-16 ta’ Diċembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tas-Serbja u tal-Korea t’Isfel fil-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 107(4), 114(7), 115(4), 116(5) u 142(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE (2) tistabbilixxi listi ta’ pajjiżi u territorji terzi li l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-arranġamenti superviżorji u regolatorji korrispondenti applikati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjonijiet ulterjuri tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu f'ċerti pajjiżi u territorji terzi. Dawk il-valutazzjonijiet ippermettew lill-Kummissjoni tistabbilixxi jekk dawk l-arranġamenti humiex ekwivalenti jew le għall-finijiet li jiġi determinat kif għandhom jiġu trattati l-kategoriji rilevanti tal-iskoperturi msemmija fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(3) |
L-ekwivalenza ġiet iddeterminata permezz ta' analiżi bbażata fuq ir-riżultati tal-arranġamenti regolatorji u ta' superviżjoni tal-pajjiż terz li tittestja l-kapaċità tagħhom li jiksbu l-istess objettivi ġenerali bħall-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni. L-objettivi jirreferu, b'mod partikolari, għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja kemm domestika kif ukoll globali fl-intier tagħha; l-effikaċja u l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-depożitanti u konsumaturi oħrajn tas-servizzi finanzjarji; il-koperazzjoni bejn atturi differenti tas-sistema finanzjarja, inklużi regolaturi u superviżuri; l-indipendenza u l-effikaċja tas-superviżjoni; u l-implimentazzjoni effettiva u l-infurzar ta' standards rilevanti miftiehma internazzjonalment. Sabiex jintlaħqu l-istess objettivi ġenerali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, l-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-pajjiż terz jenħtieġ li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operazzjonali, organizzattivi u superviżorji, li jirriflettu l-elementi essenzjali tar-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni applikabbli għal kategoriji rilevanti ta' istituzzjonijiet finanzjarji. |
|
(4) |
Fil-valutazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni qieset l-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tas-Serbja u tal-Korea t’Isfel mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/536 (3) u qieset is-sorsi ta’ informazzjoni disponibbli, inkluża l-valutazzjoni magħmula mill-Awtorità Bankarja Ewropea li rrakkomandat li l-oqfsa superviżorji u regolatorji applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dawk il-pajjiżi terzi jitqiesu bħala ekwivalenti għall-qafas legali tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(3), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li s-Serbja tejbet b’mod sinifikanti l-qafas tagħha kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u li l-ħidma qed tkompli f’dan ir-rigward. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-Serbja u l-Korea t’Isfel għandhom fis-seħħ arranġamenti superviżorji u regolatorji li jikkonformaw ma' sensiela ta' standards operattivi, organizzattivi u superviżorji, li mill-anqas huma ekwivalenti għall-elementi essenzjali tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji tal-Unjoni appalikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu. Għalhekk, huwa xieraq li jitqies li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji applikati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu fis-Serbja u fil-Korea t’Isfel huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikoli 107(3), 114(7), 115(4), 116(5) u l-Artikolu 142(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE għandha għalhekk tiġi emendata biex tinkludi s-Serbja u l-Korea t’Isfel fil-listi rilevanti ta’ pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom huma, għall-finijiet tat-trattament tal-iskoperturi indirizzati fl-Artikoli 107, 114, 115, 116 u 142 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, meqjusa bħala ekwivalenti għar-reġim tal-Unjoni. |
|
(7) |
Il-listi ta’ pajjiżi u territorji terzi kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex eżawrjenti. Il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Awtorità Bankarja Ewropea, se tkompli tagħmel monitoraġġ fuq bażi regolari tal-evoluzzjoni tal-arranġamenti superviżorji u regolatorji ta' pajjiżi u territorji terzi bil-għan li taġġorna, kif xieraq u mill-inqas kull ħames snin, il-listi ta' pajjiżi u territorji terzi stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE fejn tqis, b'mod partikolari, l-iżviluppi fl-arranġamenti superviżorji u regolatorji, fl-Unjoni u fil-livell globali, u fid-dawl tas-sorsi ġodda disponibbli ta' informazzjoni rilevanti. |
|
(8) |
Ir-rieżami regolari tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji applikabbli fil-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fl-Annessi I sa V tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà għall-Kummissjoni li twettaq fi kwalunkwe ħin, lil hinn mill-qafas tar-rieżami ġenerali, rieżami speċifiku relatat ma' pajjiż jew territorju terz individwali, meta żviluppi rilevanti jagħmluha neċessarja għall-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid ir-rikonoxximent mogħti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/908/UE. Valutazzjoni mill-ġdid bħal din tista' twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-ekwivalenza. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(2) |
L-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni; |
|
(3) |
L-Anness V huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/908/UE tat-12 ta' Diċembru 2014 dwar l-ekwivalenza ta' rekwiżiti superviżorji u regolatorji ta' ċerti pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 155).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/536 tad-29 ta' Marzu 2019 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/908/UE fir-rigward tal-listi ta' pajjiżi u territorji terzi li r-rekwiżiti superviżorji u regolatorji tagħhom jitqiesu bħala ekwivalenti għall-finijiet tat-trattament ta' skoperturi skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 92, 1.4.2019, p. 3).
ANNESS I
“ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-artikolu 1 (istituzzjonijiet ta’ kreditu)
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Brażil |
|
(4) |
Il-Kanada |
|
(5) |
Iċ-Ċina |
|
(6) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(7) |
Greenland |
|
(8) |
Guernesey |
|
(9) |
Ħong Kong |
|
(10) |
L-Indja |
|
(11) |
Isle of Man |
|
(12) |
Il-Ġappun |
|
(13) |
Jersey |
|
(14) |
Il-Messiku |
|
(15) |
Monaco |
|
(16) |
New Zealand |
|
(17) |
L-Arabja Sawdija |
|
(18) |
Is-Serbja |
|
(19) |
Singapor |
|
(20) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(21) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(22) |
L-Iżvizzera |
|
(23) |
It-Turkija |
|
(24) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS II
“ANNESS IV
Lista ta’ pajjiżi u territorji terzi għall-finijiet tal-artikolu 4 (istituzzjonijiet ta’ kreditu)
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Brażil |
|
(4) |
Il-Kanada |
|
(5) |
Iċ-Ċina |
|
(6) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(7) |
Greenland |
|
(8) |
Guernesey |
|
(9) |
Ħong Kong |
|
(10) |
L-Indja |
|
(11) |
Isle of Man |
|
(12) |
Il-Ġappun |
|
(13) |
Jersey |
|
(14) |
Il-Messiku |
|
(15) |
Monaco |
|
(16) |
New Zealand |
|
(17) |
L-Arabja Sawdija |
|
(18) |
Is-Serbja |
|
(19) |
Singapor |
|
(20) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(21) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(22) |
L-Iżvizzera |
|
(23) |
It-Turkija |
|
(24) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
ANNESS III
“ANNESS V
LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI GĦALL-FINIJIET TAL-ARTIKOLU 5 (ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU U DITTI TA’ INVESTIMENT)
Istituzzjonijiet ta’ kreditu:
|
(1) |
L-Arġentina |
|
(2) |
L-Awstralja |
|
(3) |
Il-Brażil |
|
(4) |
Il-Kanada |
|
(5) |
Iċ-Ċina |
|
(6) |
Il-Gżejjer Faeroe |
|
(7) |
Greenland |
|
(8) |
Guernesey |
|
(9) |
Ħong Kong |
|
(10) |
L-Indja |
|
(11) |
Isle of Man |
|
(12) |
Il-Ġappun |
|
(13) |
Jersey |
|
(14) |
Il-Messiku |
|
(15) |
Monaco |
|
(16) |
New Zealand |
|
(17) |
L-Arabja Sawdija |
|
(18) |
Is-Serbja |
|
(19) |
Singapor |
|
(20) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(21) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(22) |
L-Iżvizzera |
|
(23) |
It-Turkija |
|
(24) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Ditti ta’ Investiment:
|
(1) |
L-Awstralja |
|
(2) |
Il-Brażil |
|
(3) |
Il-Kanada |
|
(4) |
Iċ-Ċina |
|
(5) |
Ħong Kong |
|
(6) |
L-Indoneżja |
|
(7) |
Il-Ġappun (limitati għall-Operaturi tan-Negozju fi Strumenti Finanzjarji tat-Tip I) |
|
(8) |
Il-Messiku |
|
(9) |
Il-Korea t’Isfel |
|
(10) |
L-Arabja Sawdija |
|
(11) |
Singapor |
|
(12) |
L-Afrika t’Isfel |
|
(13) |
L-Istati Uniti tal-Amerka |