52013PC0497

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt /* COM/2013/0497 final - 2013/0242 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1         L-għanijiet tal-proposta

Din il-proposta hi dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka (EMPIR) li jwettqu bosta Stati Membri.

F'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, mal-inizjattiva ewlenija fl-Innovazzjoni tal-Unjoni, maż-Żona Ewropea tar-Riċerka u ma' Orizzont 2020, din l-inizjattiva għandha l-għan kumplessiv li tindirizza l-isfidi li tiltaqa' magħhom is-Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija, u li żżid kemm jista' jkun il-benefiċċji minn soluzzjonijiet aħjar tal-kejl għall-Ewropa. L-għanijiet ġenerali tal-EMPIR huma li:

· jagħti soluzzjonijiet integrati u f'lokhom tal-metroloġija li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u teknoloġiji tal-kejl li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà bħas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija inkluż appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika;

· joħloq Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata ma' massa kritika u impenn attiv fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

1.2         Raġunijiet għall-proposta

Il-Metroloġija, ix-xjenza dwar il-kejl, hija l-fus ewlieni li fuqu ddur id-dinja teknoloġika. Kull aspett ta' ħajjitna jintlaqat mill-metroloġija, u għalhekk neħtieġu kejl dejjem aktar preċiż u affidabbli ħalli nistimolaw l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-ekonomija tagħna msejsa fuq l-għarfien. Dak kollu li ma nistgħux inkejlu, ma nkunux nistgħu nifhmuh sew u lanqas nikkontrollawh, nimmanifatturawh jew nipproċessawh b'mod affidabbli. Għalhekk, l-avvanzi fil-metroloġija jħallu impatt kbir ħafna fuq dak li nifhmu u fuq il-ħila li għandna biex insawru d-dinja li ngħixu fiha.

B'kejl affidabbli u traċċabbli, il-komunità xjentifika globali tkun tista' tibni strumenti aħjar u taħdem aħjar bix-xjenza. Dan joħloq wisa' ġdid għall-industrija u jagħtiha l-ispazju u l-opportunità biex tkun innovattiva. B'mod vitali, dan jirfed u jtejjeb il-fehim u l-ftehim fl-isfidi globali bħall-enerġija, il-kura tas-saħħa u t-tibdil fil-klima.

Il-gvernijiet kollha fil-pajjiżi teknoloġikament avvanzati jappoġġaw infrastruttura tal-metroloġija minħabba l-benefiċċji tagħha u l-sura b'saħħitha li għandha bħala ġid pubbliku li jiġġustifika intervent pubbliku. Il-forzi ekonomiċi l-kbar fid-dinja qed iżidu l-investiment tagħhom fir-riċerka dwar il-metroloġija u l-infrastrutturi relatati. Minħabba l-livell ta' investiment fil-metroloġija u r-rwol tagħha biex tippromwovi l-eċċellenza xjentifika u l-kompetittività industrijali, Stati Membri individwali jew uħud flimkien, ma jkunux jistgħu jikkompetu globalment.

Il-programm Ewropew tar-riċerka fil-metroloġija (EMPR) attwali hu inizjattiva konġunta[1] li qed jimplimentawha 22 istitut nazzjonali tal-metroloġija. Din tissejjes fuq l-Artikolu 185 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li bl-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru Pluriennali, ikunu jistgħu jiġu kkoordinati programmi nazzjonali tar-riċerka. L-evalwazzjoni interim għarfet il-valur tal-inizjattiva. Il-kisba ewlenija tal-EMRP hija integrazzjoni b'saħħitha bi programmazzjoni konġunta ta' 50 % tal-finanzjament nazzjonali merfugħ għar-riċerka fil-metroloġija fl-Ewropa Din naqqset il-frammentazzjoni, evitat id-dupplikazzjoni żejda u għenet biex tinkiseb massa kritika billi kkonċentrat ir-riżorsi fuq oqsma ewlenin b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-aqwa riċerkaturi. Il-proġett tal-EMRP jagħti soluzzjonijiet tal-kejl Ewropew għall-isfidi l-kbar tas-soċjetà u jagħti inputs Ewropej komuni għall-istandards u r-regolamenti.

Għalkemm sar progress sostanzjali bl-EMRP, jidher li s-sistema jeħtieġ tindirizza bosta sfidi biex jiżdied l-impatt tar-riċerka fil-metroloġija fuq it-tkabbir u biex jingħelbu l-isfidi soċjoekonomiċi.

L-EMPIR, il-programm suċċessur, se jagħti sehmu f'għadd ta' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 li jintlaqtu mir-riċerka fil-metroloġija, inkluża l-"Unjoni tal-Innovazzjoni", l-"Aġenda Diġitali għall-Ewropa", l-"Ewropa effiċjenti fir-riżorsi" u l-"Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni". Pereżempju, dan se jagħmlu billi jiżviluppa soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali, jappoġġa l-proċess ta' standardizzazzjoni li jippermetti opportunitajiet kummerċjali globali għal prodotti u servizzi ġodda u jħalli jsiru testijiet effiċjenti fis-satelliti tal-komunikazzjoni. L-EMPIR se jgħin bil-bosta biex jintlaħqu l-għanijiet ta' Orizzont 2020 billi jappoġġa suġġetti li huma direttament rilevanti għal għadd ta' prijoritajiet ta' Orizzont 2020.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1         Konsultazzjoni dwar il-futur tal-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija

Il-Kummissjoni ikkonsultat ferm dwar Programm Ewropew fuq tar-Riċerka fil-Metroloġija. Mill-konsultazzjoni pubblika fuq l-interent li saret fl-2012 waslu 624 reazzjoni. Dawn taw opinjonijiet dwar ir-rilevanza tar-riċerka fil-metroloġija, identifikaw xi problemi li qed ikollha s-Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija, u għarblu għadd ta' alternattivi ta' politika. 72 % tat-tweġibiet waslu mingħand organizzazzjonijiet u 28 % mingħand individwi. Is-sehem ewlieni tal-organizzazzjonijiet tawh l-organizzazzjonijiet tar-riċerka (32 %) u n-negozji (16 %, li 69 % minnhom huma SMEs). Mill-konsultazzjoni ħarġu għadd ta' problemi, fosthom li mhux qed isir sfruttament industrijali biżżejjed, in-nuqqas ta' koperazzjoni tal-Istituti Nazzjonali tal-metroloġija (NMIs) mal-bażi xjentifika usa', id-diskrepanzi kbar fil-kapaċitajiet bejn l-Istati Membri tal-UE, il-fatt li mhix qed issir mobbiltà tar-riċerkaturi biżżejjed bejn l-NMIs, u n-nuqqas ta' involviment fl-istandardizzazzjoni Ewropea.

Bord ta' esperti għamel evalwazzjoni interim tal-programm EMRP wara tliet snin li ilu jitħaddem. F'April 2012 il-Kummissjoni adottat ir-rapport tiegħu. L-evalwazzjoni interim għarfet il-valur tal-inizjattiva u wriet progress konsiderevoli fil-koordinazzjoni tar-riċerka. Il-Bord jaqbel mal-fehma li "l-EMRP hu programm Ewropew tar-riċerka konġunta li qed jitmexxa tajjeb u li diġà kiseb livell relattivament għoli ta' integrazzjoni xjentifika, tal-ġestjoni u finanzjarja wara biss sentejn ta' implimentazzjoni", u li "bla dubju, l-EMRP irnexxa fil-ħolqien ta' ERA (Żona Ewropea tar-Riċerka) fil-Metroloġija".

L-evalwazzjoni interim kienet aktar kritika għan-nuqqas ta' progress f'li s-sistema tkun miftuħa għall-aqwa strutturi tax-xjenza u li jsawru l-kapaċità. Din tissuġġerixxi strumenti ddedikati li jappoġġaw l-innovazzjoni u pjanijiet direzzjonali regolatorji jew ta' standardizzazzjoni f'xi inizjattiva futura ħalli jiżdiedu l-impatti soċjoekonomiċi tar-riċerka fil-metroloġija.

Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lis-servizzi tagħha waqt il-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija tal-Valutazzjoni tal-Impatt fl-2012, li għenu fil-pjan direzzjonali biex jitħejja r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, b'mod partikolari d-dikjarazzjoni tal-problema u r-rilevanza tal-EMPIR għal Direttorati Ġenerali oħrajn tal-Kummissjoni Ewropea.

2.2         L-alternattivi ta' politika

L-aħħar verżjoni tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt inkluda dawn l-alternattivi:

Fl-Alternattiva 1 ("l-ebda azzjoni speċifika tal-UE"), l-UE mhux se tibqa' tieħu sehem fl-EMRP wara t-tmiem tal-fażi ta' finanzjament attwali tagħha fl-2013. Fil-politiki ta' riċerka tal-UE, fil-programmi jew fil-fondi mhux se jkollha l-ebda dispożizzjoni speċifika biex jappoġġaw l-għanijiet tal-EMRP. L-aċċess għall-fondi tal-UE se jiġi limitat għall-kompetizzjoni għal finanzjamenti ta' proġetti ad hoc minn Orizzont 2020 għal suġġetti li jinkludu aspetti tal-metroloġija.

L-Alternattiva 2 ("l-ebda bidla — l-EMRP2") se tibqa' għaddejja b'inizjattiva identika li tiffoka għalkollox fuq il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tar-riċerka fundamentali u mmexxija mill-isfidi. Din tkun tinkludi xi sejħiet dwar suġġetti rilevanti għall-industrija.

L-Alternattiva 3 ("inizjattiva aħjar tal-Artikolu 185 — EMPIR") tibni fuq is-suċċess tal-EMRP billi timplimenta inizjattiva aktar ambizzjuża u inklussiva tal-Artikolu 185 li tkun allinjata mal-għanijiet ta' Ewropa 2020. L-ambitu tal-programm jitwessa' billi jiddaħħlu moduli ddedikati dwar ir-riċerka u l-isfruttament industrijali, l-appoġġ lill-istandardizzazzjoni u dwar it-trawwim tal-kapaċità. Minħabba l-bidla fl-ambitu, isem il-programm se jinbidel minn "Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija" għal "Programm Ewropew tal-Metroloġija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni". Din l-alternattiva tkun tinvolvi aktar lill-partijiet interessati, u tinvolvi direttament ukoll lill-komunità usa' tar-riċerka. Billi l-programm hu itwal u għandu ambitu akbar, dan irid jiġi kkumpensat bir-riżorsi u allura l-livell ta' finanzjament tal-UE minn Orizzont 2020 se jiżdied meta mqabbel mal-FP7. Il-pajjiżi parteċipanti se jiżdiedu minn 22 għal [28].

2.3         Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ikkonkluda li jidher ċar u tond li l-Alternattiva 3 hi dik preferuta, jekk jitqiesu l-effikaċja tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet, l-effiċjenza u l-konsistenza fost il-kriterji kollha. Dan jappoġġawh bis-sħiħ ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika (93 % tat-tweġibiet jikklassifikaw din l-alternattiva bħala "tassew adattata" jew "adattata"). L-alternattiva se tibni fuq il-kisbiet preċedenti tal-EMRP billi tibqa' għaddejja fl-attivitajiet attwali filwaqt li tgħaqqad magħhom attivitajiet oħrajn mill-bidu nett biex tindirizza l-problemi li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-qafas tal-inizjattiva attwali. Fi Frar 2013, il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt irreveda u approva r-rapport. Fl-opinjoni tiegħu huwa talab li jitjieb ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, u fil-fatt ġie kkunsidrat. B'mod partikolari, issa r-rapport jispjega aħjar il-problemi speċifiċi, il-kawżi sottostanti u r-relazzjoni bejn l-għanijiet u l-miri. Id-deskrizzjoni tal-programm il-ġdid, meta mqabbla mal-inizjattiva attwali, tjiebet ħalli jiġi ċċarat aħjar kif il-programm il-ġdid se jindirizza n-nuqqasijiet identifikati.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1         Il-bażi legali

Il-proposta għall-EMPIR hi msejsa fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE, fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp li jwettqu bosta Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi li jinħolqu għall-eżekuzzjoni ta' dawk il-programmi.

3.2         Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi l-proposta mhijiex fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Is-sussidjarjetà hi ssalvagwardjata billi l-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE, li b'mod espliċitu jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programmi tar-riċerka li jwettqu bosta Stati Membri.

L-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jilħqu biżżejjed l-għanijiet tal-proposta, għax l-iskala u l-kumplessità tar-rekwiżiti tal-metroloġija jeħtieġu investimenti akbar mill-baġits tal-qalba tar-riċerka li għandhom l-NMIs Ewropej. L-eċċellenza meħtieġa għar-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet avvanzati tal-metroloġija hi mifruxa fost il-fruntieri nazzjonali, u għalhekk ma tistax tinkiseb bi sforz biss fuq livell nazzjonali. Mingħajr approċċ konsistenti fuq livell Ewropew mal-massa kritika, hemm riskju kbir ta' sforzi żejda u allura jiżdiedu l-kostijiet.

Il-valur miżjud ta' intervent pubbliku fil-livell tal-UE jinsab f'li l-UE jirnexxilha tgħaqqad programmi nazzjonali tar-riċerka li huma maqtugħin għalihom, tgħin biex jitfasslu strateġiji komuni tar-riċerka u l-finanzjament li jegħlbu l-fruntieri nazzjonali, u tikseb massa kritika ta' atturi u investimenti li hemm bżonn biex jiġu indirizzati l-isfidi li tiltaqa' magħhom is-sistema tar-riċerka fil-metroloġija, filwaqt li żżid l-effiċjenza tal-infiq pubbliku. L-UE mistennija tagħti 50 % tal-finanzjament kollu.

3.3         Il-prinċipju tal-proporzjonalità

L-Artikolu 185 tat-TFUE jistieden lill-Unjoni biex "bi ftehim mal-Istati Membri involuti, tipprovdi dwar parteċipazzjoni tagħha fi programmi ta' riċerka u żvilupp mnedija minn diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istutturi maħluqa għall-esekuzzjoni ta' dawn il-programmi". L-Istati Membri huma l-forza li jmexxu 'l quddiem l-inizjattiva.

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex jiżviluppaw il-programm konġunt tagħhom u kull aspett operazzjonali. Fl-inizjattiva attwali tal-EMRP, l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni EURAMET e.V. diġà wriet li tista' timplimenta l-programm b'mod effiċjenti u effettiv. L-Unjoni se tagħti inċentivi għal koordinazzjoni aħjar, biex tiżgura sinerġiji ma' u kontribut lill-politiki tal-UE u lill-prijoritajiet ta' Orizzont 2020, tissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm u tiżgura li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE.

3.4         Għażla tal-istrument

L-inizjattiva proposta tal-EMPIR se tkun imsejsa fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE. Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim u analiżi tal-alternattivi fil-valutazzjoni tal-impatt urew li l-Artikolu 185 hu l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-għanijiet tal-EMPIR.

3.5         Derogi mir-regoli tal-parteċipazzjoni

Fl-EMPIR, il-finanzjament li taw l-istati parteċipanti, prinċipalment jirrappreżenta r-riżorsi allokati bħala nefqa diretta fil-proġetti magħżula b'finanzjament istituzzjonali tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMIs) u l-Istituti Magħżula (DIs) li qed jieħdu sehem fil-proġetti. Il-finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs ikopri s-sehem mill-kostijiet ġenerali tagħhom allokati għall-proġetti (kostijiet indiretti tal-proġetti) u mhux rimborżati fl-EMPIR.

Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-NMIs u d-DIs trid tkun taqbel mal-kontribuzzjoni li jagħtu l-istati parteċipanti, li ma tqisx biss il-finanzjament istituzzjonali kif deskritt hawn fuq iżda anki l-kontribuzzjoni fi flus tal-istati parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi (sa EUR 30 miljun) u l-proporzjon tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lil entitajiet oħrajn (madwar EUR 90 miljun). Għalhekk hu mistenni li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-NMIs u d-DIs tkun EUR 210 miljun (43.75%) u l-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti għan-NMIs u d-DIs tkun EUR 270 miljun (56.25%).

Il-konformità mal-prinċipju tat-tqabbil se tkun żgurata billi tiġi adattata l-kontribuzzjoni tal-UE u titbaxxa r-rata fissa tal-finanzjament tal-UE għall-kostijiet indiretti għall-NMIs u d-DIs meta mqabbla mar-rata li stabbilixxew ir-Regoli tal-Parteċipazzjoni ta' Orizzont 2020. Jekk wieħed iqis li d-dejta mingħand l-NMIs u d-DIs li qed jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMRP abbażi tal-kostijiet indiretti kollha turi li l-kostijiet indiretti eliġibbli tagħhom jilħqu 140% tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-proġetti skont ir-Regoli tal-Parteċipazzjoni tal-FP7, l-NMIs u d-DIs se jiddikjaraw kostijiet indiretti eliġibbli skont rata fissa ta' 5% tal-kostijiet diretti eliġibbli tagħhom. Entitajiet legali oħrajn li qed jieħdu sehem fil-proġetti se jiġu ffinanzjati skont ir-Regoli tal-Parteċipazzjoni ta' Orizzont 2020.

Dan jinvolvi deroga mill-Artikolu 24 għall-NMIs u d-DIs.

Il-proposta tagħti salvagwardji biex tiżgura li l-istruttura speċifika tal-implimentazzjoni tirrispetta l-prinċipji tat-trattament ugwali u t-trasparenza meta tagħti appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, u li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE. Din tipprevedi wkoll għal dispożizzjonijiet fid-dettall għal dan kollu fi ftehim li jridu jikkonkludu l-Unjoni u l-istruttura speċifika tal-implimentazzjoni.

4.           L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ppreżentata ma' din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-implikazzjonijiet baġitarji indikattivi. Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lill-EMPIR għandha tkun EUR 300 miljun fi prezzijiet attwali għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. Il-kontribuzzjonijiet se jsiru minn dawn l-isfidi u s-suġġetti[2]:

· Tmexxija fin-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati (EUR 52,5 miljun)

· Tmexxija fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (EUR 37,5 miljun)

· Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja (EUR 60 miljun)

· Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija (EUR 15 million)

· Li ssir it-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva (EUR 60 miljun)

· Li tinħoloq sistema Ewropea tat-trasport li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi (EUR 22,5 miljun)

· Li tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli tal-materja prima (EUR 52,5 miljun).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni u tal-ftehim ta' delega li jridu jikkonkludu l-Kummissjoni u l-istruttura speċifika tal-implimentazzjoni jridu jiżguraw li jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

5.1         Simplifikazzjoni

Il-proposta se tissemplifika l-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi (tal-UE jew nazzjonali) u għall-partijiet privati.

L-UE se taħdem direttament mal-istruttura speċifika tal-implimentazzjoni tal-EMPIR li se tkun qed tieħu ħsieb talloka, tissorvelja u tirrapporta dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-UE.

5.2         Il-klawżola ta' analiżi/reviżjoni/sunset

Il-proposta fiha klawżola ta' analiżi għal reviżjoni interim mhux aktar tard mill-2018.

5.3         Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE, u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

2013/0242 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Fil-Komunikazzjoni tagħha Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv[4], il-Kummissjoni tisħaq fuq il-bżonn li jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni biex fl-Unjoni jinħoloq tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill approvaw dik l-istrateġija.

(2)       Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) li stabbilit mir-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi … 2013[5] (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") għandu l-għan li jħalli impatt akbar fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħin ħalli jissaħħu s-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi, anki bil-parteċipazzjoni tal-Unjoni fi programmi li jitwettqu bosta Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 185 tat-Trattat.

(3)       Bid-Deċiżjoni Nru 912/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta' riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri[6], il-Komunità ddeċidiet li tagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija (minn hawn 'il quddiem "EMRP") li taqbel ma' dik tal-Istati parteċipanti iżda li ma taqbiżx EUR 200 miljun, għall-perjodu kollu tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006[7].

(4)       F'April 2012, il-Kummissjoni għaddiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija – EMRP[8]. Din l-evalwazzjoni għamilha bord tal-esperti, tliet snin wara l-bidu tal-programm. Skont l-opinjoni ġenerali tal-bord tal-esperti, l-EMRP hu progamm Ewropew tar-riċerka konġunta li jitmexxa tajjeb u li diġà laħaq livell relattivament għoli ta' integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja. Iżda l-bord tal-esperti nnota sfruttament industrijali limitat, ftuħ limitat għax-xjenza eċċellenti barra l-istituti tal-metroloġija u li ma titrawwimx biżżejjed il-kapaċità. Il-bord tal-esperti kien tal-opinjoni wkoll li bl-implimentazzjoni tal-EMRP jista' jinbena qasam Ewropew tar-riċerka fil-metroloġija aktar inklussiv.

(5)       Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill .../2013/UE ta' ... 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)[9] jista' jingħata aktar appoġġ lill-Programm Ewropew tar-Riċerka fil-Metroloġija.

(6)       Il-Programm Ewropew tal-Metroloġija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (minn hawn 'il quddiem "EMPIR"), allinjat mal-istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin relatati, b'mod partikolari "Unjoni tal-Innovazzjoni"[10], l-"Aġenda Diġitali għall-Ewropa"[11], l-"Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi"[12] u l-"Politika Industrijali għall-Era tal-Globalizzazzjoni"[13], se jkun programm aktar ambizzjuż u inklussiv għal għaxar snin (2014-2024) bi [28] stat parteċipanti. Bħala parti mit-titjib mill-programm preċedenti, l-EMPIR se jkollu attivitajiet dwar l-innovazzjoni u l-isfruttament industrijali, dwar ir-riċerka għal normi u standards u dwar it-trawwim tal-kapaċità.

(7)       L-istati parteċipanti beħsiebhom jikkontribwixxu biex jimplimentaw l-EMPIR matul il-perjodu li jkopri l-EMPIR (2014-2024).

(8)       Għandu jiġi stabbilit limitu għall-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EMPIR għal kemm itul il-Programm Qafas Orizzont 2020. F'dan il-limitu, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti fl-EMPIR ħalli jintlaħaq effett qawwi ta' ingranaġġ u tkun żgurata integrazzjoni aktar b'saħħitha tal-Istati parteċipanti fil-programmi.

(9)       F'konformità mal-għanijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2013, kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għandu jkun intitolat biex jieħu sehem fl-EMPIR.

(10)     Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal impenji formali mill-istati parteċipanti biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-EMPIR u t-twettiq sħiħ ta' dawn l-impenji. Il-kontribuzzjonijiet tal-istati parteċipanti fl-EMPIR għandhom jinkludu kontribuzzjoni għall-kostijiet amministrattivi sal-limitu ta' 5% tal-baġit tal-EMPIR. L-istati parteċipanti għandhom jagħmlu impenn biex iżidu, jekk meħtieġ, il-kontribuzzjoni tagħhom fl-EMPIR b'kapaċità ta' finanzjament ta' riżerva ta' 50% biex ikun żgurat li huma kapaċi jiffinanzjaw l-entitajiet nazzjonali tagħhom (l-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija u l-Istituti Magħżula) li jieħdu sehem fil-proġetti magħżula.

(11)     L-implimentazzjoni konġunta tal-EMPIR teħtieġ struttura tal-implimentazzjoni. L-istati parteċipanti qablu dwar l-istruttura tal-implimentazzjoni għall-EMRP u fl-2007 waqqfu l-EURAMET e.V. (minn hawn 'il quddiem "EURAMET"), l-Organizzazzjoni Reġjonali Ewropea tal-Metroloġija u assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ skont il-liġi Ġermaniża. Il-EURAMET għandu wkoll kompiti u obbligi relatati mal-armonizzazzjoni Ewropea u globali usa' tal-metroloġija. Is-sħubija fil-EURAMET hi miftuħa għal kull Istitut Nazzjonali tal-Metroloġija (NMI) Ewropew bħala membru, u għall-Istituti Magħżula (DI) bħala assoċjati. Is-sħubija fil-EURAMET ma tiddependix fuq jekk ikunux jeżistu programmi nazzjonali tar-riċerka fil-metroloġija. Billi, skont ir-Rapport dwar l-Evalwazzjoni Interim tal-EMRP, l-istruttura tal-governanza tal-EURAMET instabet effiċjenti u ta' kwalità għolja għall-implimentazzjoni tal-EMRP, il-EURAMET għandha tintuża ukoll għall-implimentazzjoni tal-EMPIR. Il-EURAMET għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(12)     Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-EMPIR, il-EURAMET għandha tagħti appoġġ finanzjarju, l-aktar fil-forma ta' għotjiet lill-parteċipanti f'dawk l-azzjonijiet li jintgħażlu fil-livell tal-EURAMET. Dawn l-azzjonijiet għandhom jintgħażlu wara sejħiet għall-proposti fir-responsabbiltà tal-EURAMET. Il-klassifika għandha tkun vinkolanti fejn jidħlu l-għażla tal-proposti u l-allokazzjoni tal-finanzjament mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u mill-kontribuzzjonijiet mill-istati parteċipanti għall-proġetti tal-EMPIR.

(13)     Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titmexxa skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u mar-regoli dwar ġestjoni indiretta stabbiliti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[14] u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[15].

(14)     Biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt tnaqqas, tissospendi jew tittermina l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni jekk l-EMPIR ma jiġix implimentat kif jixraq, jiġi implimentat parzjalment jew tard, jew jekk l-istati parteċipanti ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMPIR. Dawn id-drittijiet għandhom jiġu previsti fil-ftehim ta' delega li jridu jikkonkludu l-Unjoni u l-EURAMET.

(15)     Il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti li jiffinanzjat l-EMPIR hi soġġetta għar-Regolament (UE) Nru .../2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- ...2013 li jistabbilixxi r-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid fi "Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)"[16]. Madankollu, minħabba l-bżonnijiet operattivi speċifiċi tal-EMPIR, hemm bżonn jingħataw derogi minn dak ir-Regolament skont l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament [ir-Regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f' Orizzont 2020].

(16)     Prinċipalment, il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti se tirrappreżenta finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti għandha tinkludi wkoll kontribuzzjoni fi flus għall-kostijiet amministrattivi tal-EMPIR. Proporzjon tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jiġi allokat għal entatjiet oħra flok l-NMIs u d-DIs li qed jieħdu sehem fil-proġetti magħżula. Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-EMPIR ma taqbiżx il-kontribuzzjoni tal-istati parteċipanti. Filwaqt li jitqies li l-finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u d-DIs mingħand l-istati parteċipanti jkun jikkorrispondi għall-kostijiet ġenerali allokati għall-proġetti tal-EMPIR u mhux rimborżati mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti eliġibbli tal-NMIs u d-DIs għandha tiġi adattata meta mqabbla ma' dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru .../2013 [li jistabbilixxi r-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid fi "Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)"]. Din ir-rata fissa għandha tinstab abbażi tal-kostijiet indiretti kollha li l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġett tal-EMRP jiddikjarawhom bħala eliġibbli, u li huma stabbli u jikkostitwixxu approssimazzjoni affidabbli tal-kostijiet indiretti li jġarrbu l-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR. Billi dawk il-kostijiet indiretti jilħqu 140% tal-kostijiet diretti eliġibbli kollha tal-NMIs u d-DIs, ħlief dawk għas-subkuntrattar u l-kontribuzzjonijiet in natura bla ħlas mhux użati fl-istabbilimenti tagħhom, ir-rata fissa għall-finanzjament tal-kostijiet indiretti tal-NMIs u d-DIs għandha titnaqqas minn [20%] skont ir-Regolament (UE) Nru .../2013 għal 5%. Għaldaqstant jixraq li jiġu previsti derogi mill-Artikolu 24 ta' dak ir-Regolament għall-NMIs u d-DIs. Entitajiet oħra li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR għandhom jiġu ffinanzjati skont dak ir-Regolament.

(17)     L-adegwatezza tal-mudell tal-finanzjament fejn jidħol il-prinċipju tat-tqabbil bejn il-fondi tal-Unjoni u l-fondi li mhumiex tal-Unjoni għandha tiġi vvalutata mill-ġdid waqt l-evalwazzjoni interim tal-EMPIR.

(18)     Il-verifiki tar-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni mogħtija skont din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li jonqos il-piż amministrattiv, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru .../2013 [il-Programm Qafas Orizzont 2020].

(19)     L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu b'miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu tal-infiq kollu, inkluż bil-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, meta xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(20)     Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim li b'mod partikolari tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza tal-EMPIR, il-progress għall-għanijiet stabbiliti u evalwazzjoni finali u tħejji rapport dwar dawn l-evalwazzjonijiet.

(21)     Meta titlobhom il-Kummissjoni, il-EURAMET u l-istati parteċipanti għandhom iressqu kull informazzjoni li l-Kummissjoni jeħtieġ tinkludi fir-rapporti dwar l-evalwazzjoni tal-EMPIR.

(22)     L-għan ta' din id-deċiżjoni hu li l-Unjoni tieħu sehem fl-EMPIR l-aktar biex tappoġġa d-dispożizzjoni ta' soluzzjonijiet tal-metroloġija xierqa, integrati u f'lokhom, u li jinħolqu Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata ma' massa kritika u impenn attiv f'livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali li l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu waħedhom. L-iskala u l-kumplessità tar-rekwiżiti tal-metroloġija jitolbu investimenti akbar mill-baġits tal-qalba tar-riċerka tal-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija u l-Istituti Magħżula tagħhom. L-eċċellenza meħtieġa għar-riċerka u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet avvanzati tal-metroloġija hi mifruxa fost il-fruntieri nazzjonali u għalhekk ma tistax tinkiseb bi sforz biss fuq livell nazzjonali. Għalhekk, peress li l-għan jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġu integrati l-isforzi nazzjonali f'approċċ Ewropew konsistenti, billi jingħaqdu programmi nazzjonali tar-riċerka li huma maqtugħin għalihom, billi tingħata għajnuna biex jitfasslu strateġiji komuni tar-riċerka u l-finanzjament li jegħlbu l-fruntieri nazzjonali, u billi tinkiseb massa kritika ta' atturi u investimenti li hemm bżonn, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-parteċipazzjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

1.           L-Unjoni għandha tieħu sehem fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (minn hawn 'il quddiem "EMPIR") li jwettqu b'mod konġunt il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit, kif ukoll [il-Bosnja-Ħerzegovina, in-Norveġja, is-Serbja, l-Isvizzera u t-Turkija] (minn hawn 'il quddiem "stati parteċipanti"), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

2.           Kull Stat Membru ieħor u kull pajjiż ieħor assoċjat ma' Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru .../2013... (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Qafas Orizzont 2020") jista' jieħu sehem fl-EMPIR sakemm ikun jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(1)(c) ta' din id-Deċiżjoni. Dawn l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(c) ta' din id-Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala Stati Parteċipanti għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, lill-EMPIR għandha tkun EUR 300 miljun. Il-kontribuzzjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020, stabbilit mid-Deċiżjoni .../2013/UE, skont l-Artikolu 58(1)(c)(vi) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.           Mingħajr ma jinqabeż l-ammont massimu stabbilit fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti lill-EMPIR, ħlief il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi li jaqbżu 5% tal-baġit tal-EMPIR.

3.           Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ma għandhiex tintuża biex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-EMPIR.

Artikolu 3 Il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha dawn il-kundizzjonijiet:

(a) l-Istati Parteċipanti juru li l-EMPIR hu stabbilit skont l-Annessi I u II;

(b) il-ħatra mingħand l-Istati Parteċipanti jew mingħand l-Istituti Nazzjonali tal-Metroloġija (NMIs) li ddeżinjaw l-Istati Parteċipanti, tal-EURAMET e.V. (minn hawn 'il quddiem "EURAMET"), bħala l-istruttura responsabbli biex timplimenta l-EMPIR u biex tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

(c) l-impenn ta' kull stat parteċipanti biex jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-EMPIR u biex jistabbilixxi kapaċità ta' finanzjament ta' riżerva ta' 50% tal-ammont tal-impenn;

(d) il-EURAMET turi l-kapaċità tagħha biex timplimenta l-EMPIR, inkluż li tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikoli 58, 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e) it-twaqqif ta' mudell ta' governanza għall-EMPIR skont l-Anness III.

2.           Waqt l-implimentazzjoni tal-EMPIR, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandu jkollha wkoll dawn il-kundizzjonijiet:

(a) il-EURAMET jimplimenta l-għanijiet tal-EMPIR stabbiliti fl-Anness I l-attivitajiet stabbiliti fl-Anness II skont ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid imsemmija fl-Artikolu 5;

(b) il-manutenzjoni ta' mudell ta' governanza xieraq u effiċjenti skont l-Anness III;

(c) il-EURAMET ikun konformi mar-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(d) it-twettiq kollu tal-impenji msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 4 Il-kontribuzzjonijiet mingħand l-Istati Parteċipanti

Il-Kontribuzzjonijiet mingħad l-Istati Parteċipanti għandhom jikkonsistu minn:

(a) kontribuzzjonijiet minn finanzjament istituzzjonali tal-NMIs u l-Istituti Magħżula (DIs) li jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR;

(b) kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-kostijiet amministrattivi tal-EMPIR.

Artikolu 5 Ir-regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid

1.           Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru ... [ir-Regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], il-EURAMET għandha titqies bħala korp ta' finanzjament u għandha tagħti appoġġ finanzjarju għal azzjonijiet indiretti skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

2.           B'deroga mill-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru ... [ir-Regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020], il-kostijiet indiretti eliġibbli tal-NMIs u d-DIs li jieħdu sehem fil-proġetti ffinanzjati mill-EMPIR għandhom jiġu determinati billi tiġi applikata rata fissa ta' [5%] tal-kostijiet diretti eliġibbli kollha tagħhom, ħlief il-kostijiet diretti eliġibbli għas-subkuntrattar u l-kostijiet tar-riżorsi li partijiet terzi jagħmlu disponibbli u li ma jintużawx fl-istabbiliment tal-benefiċjarju, kif ukoll appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi.

3.           L-evalwazzjoni interim tal-EMPIR imsemmija fl-Artikolu 12 għandha tinkludi valutazzjoni tal-kostijiet indiretti kollha tal-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġetti tal-EMPIR u tal-finanzjament istituzzjonali korrispondenti.

4.           Abbażi ta' din il-valutazzjoni u għall-fini tal-Artikolu 2(2), il-EURAMET tista' tnaqqas ir-rata fissa stabbilita fil-paragrafu 2.

5.           Jekk dan ma jkunx biżżejjed, il-EURAMET b'deroga mill-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru... [ir-Regoli tal-parteċipazzjoni u t-tixrid f'Orizzont 2020] tista' tapplika rata aktar baxxa ta' rimborż għall-kostijiet eliġibbli tal-NMIs u d-DIs li jkunu qed jieħdu sehem fil-proġetti li jiffinanzja l-EMPIR.

Artikolu 6 L-implimentazzjoni tal-EMPIR

1.           L-EMPIR għandu jiġi implimentat abbażi tal-pjanijiet ta' ħidma annwali.

2.           Il-EURAMET għandha tagħti appoġġ finanzjarju, l-aktar fil-forma ta' għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet għall-proposti.

Qabel ma tidentifika s-suġġetti ta' kull sejħa għall-proposti, il-EURAMET għandha tistieden individwi jew organizzazzjonijiet interessati mill-komunità tar-riċerka fil-metroloġija u l-utenti biex jissuġġerixxu suġġetti potenzjali tar-riċerka.

Artikolu 7 Ftehimiet bejn l-Unjoni u l-EURAMET

1.           Soġġetta għal valutazzjoni ex-ante pożittiva tal-EURAMET skont l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehim ta' delega u ftehimiet annwali tat-trasferiment tal-fondi mal-EURAMET.

2.           Il-ftehim ta' delega msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi konkluż skont l-Artikoli 58(3), 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 40 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012. Dan għandu jistabbilixxi wkoll:

(a) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-EURAMET dwar l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni (UE) Nru ... [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(b) ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-EURAMET għall-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III tad-Deċiżjoni (UE) Nru ... [il-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Programm Qafas Orizzont 2020];

(c) l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mal-funzjonament tal-EURAMET;

(d) ir-rekwiżiti għall-EURAMET dwar l-għoti tal-informazzjoni fuq il-kostijiet amministrattivi u ċ-ċifri fid-dettall dwar l-implimentazzjoni tal-EMPIR;

(e) l-arranġamenti dwar l-għoti tad-dejta meħtieġa biex tiżgura li l-Kummissjoni kapaċi tissodisfa l-obbligi tagħha tat-tixrid u r-rappurtar.

Artikolu 8 It-terminazzjoni, it-tnaqqis jew is-sospensjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

Jekk l-EMPIR ma jiġix implimentat jew ma jiġix implimentat kif xieraq, jew jiġi implimentat parzjalment jew tard, il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni skont l-implimentazzjoni attwali tal-EMPIR.

Jekk l-Istati Parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment jew tard għall-finanzjament tal-EMPIR, il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, filwaqt li tqis l-ammont ta' finanzjament li allokaw l-Istati Parteċipanti biex jimplimentaw l-EMPIR.

Artikolu 9 Il-verifiki ex-post

1.           Il-verifiki ex-post tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti għandha tagħmilhom il-EURAMET skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru ... [il-Programm Qafas Orizzont 2020].

2.           Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħmel il-verifiki msemmija fil-paragrafu 1 hi stess.

Artikolu 10 Jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b'kontrolli effikaċi u, jekk jinkixfu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu ħażin u, meta xieraq, b'penali amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.           Lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra li l-Kummissjoni tawtorizza, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, il-EURAMET għandha tagħtihom aċċess għall-postijiet u l-istabbilimenti tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża dik f'format elettroniku, li hemm bżonn biex isiru dawn il-verifiki.

3.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[18], bil-għan li jistabbilixxi jekk tkunx saret frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim għal għotja jew deċiżjoni għal għotja jew kuntratt iffinanzjat skont din id-Deċiżjoni.

4.           Il-kuntratti, il-ftehimiet għal għotja u d-deċiżjonijiet għal għotja, li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li lill-Kummissjoni, lill-EURAMET, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF espressament jagħtuhom is-setgħa biex jagħmlu dawn il-verifiki u l-investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

5.           Waqt l-implimentazzjoni tal-EMPIR, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta' xi ammonti dovuti lill-Unjoni f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012.

Artikolu 11 Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni

1.           Meta l-Kummissjoni titlobha, il-EURAMET għandha tibgħat kull informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 12.

2.           Permezz tal-EURAMET, l-Istati Parteċipanti għandhom iressqu lill-Kummissjoni kull informazzjoni li jitolbuhom il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-EMPIR.

3.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 il-Kummissjoni għandha tinkludiha fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 12.

Artikolu 12 L-evalwazzjoni

1.           Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni interim tal-EMPIR. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u osservazzjonijiet tal-Kummissjoni. Dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2018.

2.           Fi tmiem il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EMPIR, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-EMPIR. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li jkun fih ir-riżultati tal-evalwazzjoni. Dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 13 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14 Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I

L-għanijiet tal-EMPIR

L-EMPIR għandu jaħdem qatigħ biex jilħaq dawn l-għanijiet ġenerali:

(a) li jagħti soluzzjonijiet xierqa, integrati u f'lokhom tal-metroloġija li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u teknoloġiji tal-kejl li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà bħas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija, inkluż appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika;

(b) li joħloq Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata ma' massa kritika u impenn attiv fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

ANNESS II

L-azzjonijiet indiretti li jappoġġa l-EMPIR

1.           L-EMPIR jista' jappoġġa dawn l-azzjonijiet indiretti fil-qasam tar-riċerka konġunta u l-iżvilupp teknoloġiku:

1.1.        azzjonijiet xjentifiċi-tekniċi li jappoġġaw metroloġija xjentifika fundamentali biex iqiegħdu s-sisien għall-filati li jmiss inklużi r-riċerka u l-iżvilupp fil-metroloġija applikata u servizzi relatati mal-metroloġija;

1.2.        ir-riċerka fil-metroloġija biex jagħtu soluzzjonijiet għall-isfidi tas-soċjetà b'mod speċjali l-kontribut għall-enerġija, l-ambjent u s-saħħa;

1.3.        ir-riċerka ħalli tinħoloq istrumentazzjoni tal-kejl ġdida bil-għan li l-industrija tuża t-teknoloġiji metroloġiċi li jistimulaw l-innovazzjoni fl-industrija;

1.4.        ir-riċerka u l-iżvilupp prinormattivi u konormattivi fil-metroloġija għal standards dokumentarji ta' prijorità bil-għan li l-għarfien espert tal-istituti tal-metroloġija tal-istati parteċipanti jintuża biex jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika u jħaffef it-tqegħid fis-suq ta' prodotti u servizzi innovattivi;

1.5.        attivitajiet li jibnu l-kapaċità fil-metroloġija fuq livelli teknoloġiċi differenti bil-għan li fl-istati parteċipanti tinħoloq sistema bilanċjata u integrata tal-metroloġija.

2.           L-EMPIR jista' jappoġġa aktar azzjonijiet għat-tixrid u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka fil-metroloġija.

L-EMPIR jista' jappoġġa azzjonijiet oħra li jindirizzaw speċifikament l-istituti tal-metroloġija b'kapaċitajiet xjentifiċi limitati jew mingħajrhom, billi jgħinhom jużaw programmi oħra reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ u l-mobbiltà, il-koperazzjoni transkonfinali jew l-investiment f'infrastruttura tal-metroloġija.

3.           L-EMPIR jista' jappoġġa organizzazzjoni tal-attivitajiet tan-networking li tippromwovi l-EMPIR u jkabbar l-impatt tagħha kemm jista' jkun.

4.           L-azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt 1 għandhom jagħmluhom l-NMIs u d-DIs. Madankollu, l-EMPIR għandu jħeġġeġ u jappoġġa l-parteċipazzjoni ta' entitajiet oħra. Dan l-approċċ mistenni jwassal biex madwar 15% tal-baġit tal-EMPIR jingħata lil dawn l-entitajiet.

ANNESS III

L-implimentazzjoni u l-governanza tal-EMPIR

I           Ir-rwol tal-EURAMET

1.           Il-EURAMET għandha tkun responsabbli biex timplimenta l-EMPIR, skont l-Artikolu 3. Għandha tmexxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-EMPIR u għandha tkun responsabbli biex tħejji u timplimenta l-pjan ta' ħidma annwali, torganizza s-sejħiet għall-proposti, tieħu ħsieb l-evalwazzjoni ta' proposta u l-klassifika u kull attività oħra li toħroġ mill-pjan ta' ħidma annwali. Il-EURAMET għandha tkun responsabbli biex tmexxi l-għotjiet inkluż l-iffirmar tal-ftehimiet għal għotja, tirċievi, talloka u tissorvelja l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u l-pagamenti lill-parteċipanti tal-EMPIR fil-proġetti magħżula.

Il-monitoraġġ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jkopri kull attività ta' kontroll u verifika, kontroll ex-ante u/jew ex-post, li hemm bżonn biex jitwettqu l-kompiti li l-Kummissjoni tiddelega lill-EURAMET. Dawn l-attivitajiet għandhom l-għan li jiksbu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet iddikjarati fil-ftehimiet għal għotja.

2.           Ċerti kompiti amministrattivi u loġistiċi waqt l-implimentazzjoni tal-EMPIR, il-EURAMET tista' tafdahom f'idejn l-istati parteċipanti.

II         L-istruttura organizzattiva tal-EURAMET fejn tidħol l-implimentazzjoni tal-EMPIR

1.           Il-Kumitat tal-EMPIR għandu jkun il-korp tal-EMPIR li jieħu d-deċiżjonijiet.

Il-Kumitat tal-EMPIR għandu jkun fih rappreżentanti tal-membri tal-EURAMET mill-istati parteċipanti. Il-piżijiet tal-votazzjoni għandhom jiġu kkalkulati mill-impenji nazzjonali skont regola tal-għerq kwadrat.

B'mod partikolari dan għandu jieħu deċiżjonijiet dwar l-aġenda strateġika għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ippjanar tas-sejħiet għall-proposti, il-proċedura tar-reviżjoni tal-evalwazzjoni, l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati skont il-klassifika u l-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti ffinanzjati. Dan għandu jadotta l-pjan ta' ħidma annwali wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha status ta' osservatur fil-laqgħat tal-Kumitat tal-EMPIR. Iżda biex il-Kumitat tal-EMPIR ikun jista' jadotta l-pjan ta' ħidma annwali, dawn jeħtieġ il-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni. Il-Kumitat tal-EMPIR għandu jistieden lill-Kummissjoni għal-laqgħat tiegħu u jibagħtilha d-dokumenti rilevanti. Il-Kummissjoni tista' tieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kumitat tal-EMPIR.

2.           Il-President tal-Kumitat tal-EMPIR u d-deputat tiegħu għandu jeleġġih il-Kumitat tal-EMPIR. Il-President tal-Kumitat tal-EMPIR għandu jkun wieħed miż-żewġ Viċi Presidenti tal-EURAMET. Il-President tal-Kumitat tal-EMPIR għandu jirrappreżenta lill-EURAMET fi kwistjonijiet relatati mal-EMPIR.

3.           Il-Kunsill tar-Riċerka għandu jkun fih esperti ta' livell għoli mill-industrija, ir-riċerka, l-akkademja u organizzazzjonijiet internazzjonali tal-partijiet interessati. Dan għandu jagħti pariri strateġiċi indipendenti dwar il-pjan ta' ħidma annwali tal-EMPIR. Il-membri tal-Kunsill tar-Riċerka għandhom jinħatru mill-Assemblea Ġenerali tal-EURAMET.

4.           Is-Segretarjat tal-EURAMET li jagħti appoġġ amministrattiv ġenerali lill-EURAMET għandu jżomm il-kontijiet bankarji għall-EMPIR.

5.           L-Unità ta' Appoġġ Maniġerjali għandha tkun parti mis-Segretarjat tal-EURAMET u għandha tkun responsabbli mill-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' kuljum tal-EMPIR.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           Il-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għanijiet

              1.5.    Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

              1.6.    Kemm ittul u impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu/i tal-ġestjoni previst(i)

2.           IL-MIŻURI TAL-ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Is-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll

              2.3.    Il-miżuri li jipprevenu l-frodi u l-irregolaritajiet

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           Il-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titolu tal-proposta/inizjattiva

Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Programm Ewropew tal-Metroloġija għall-Innovazzjoni u r-Riċerka li bosta Stati Membri jwettqu b'mod konġunt

1.2.        Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[19]

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Programm Qafas Orizzont 2020

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[20]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida

1.4.        L-għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-għanijiet ġenerali tal-EMPIR huma li:

(1) Jagħti soluzzjonijiet integrati u f'lokhom tal-metroloġija li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u teknoloġiji tal-kejl li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà bħas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija inkluż appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika.

(2) Joħloq Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata ma' massa kritika u impenn attiv fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

L-għan operattiv ewlieni tal-proposta leġiżlattiva, jiġifieri l-parteċipazzjoni tal-UE fi Programm Konġunt għall-R&D u l-Innovazzjoni li jwettqu bosta Stati Membri fil-qasam tal-metroloġija, diġà hu previst fil-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (RTD).

L-għan speċifiku assoċjat ma' dan l-għan operattiv hu li jinħoloq u jitħaddem l-EMPIR bi proġett tal-R&D bħala r-riżultat ewlieni.

1.4.3.     Ir-riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-EMPIR se jgħaqqad l-investimenti tal-Unjoni u nazzjonali tar-riċerka fil-metroloġija ħalli jagħti soluzzjonijiet xierqa, integrati u f'lokhom tal-metroloġija li jappoġġaw l-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali, u teknoloġiji tal-kejl li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà bħas-saħħa, l-ambjent u l-enerġija.

Dan se jappoġġa li tinħoloq Sistema Ewropea tar-Riċerka fil-Metroloġija integrata ma' massa kritika u impenn attiv fil-livell reġjonali, nazzjonali, Ewropew u internazzjonali.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Huma mistennija dawn ir-riżultati li se jitkejlu bl-indikaturi relatati:

Jitħeġġeġ l-użu industrijali u titjieb l-istandardizzazzjoni

L-indikaturi: (a) il-fatturat minn prodotti u servizzi ġodda jew imtejba b'mod sinifikanti li jistgħu jiġu attribwiti għall-attivitajiet tar-riċerka tal-EMPIR u l-predeċessuri tiegħu [il-mira: EUR 400 miljun], (b) parti mill-proġetti tar-riċerka mmexxija mill-industrija [il-mira: 20 %], (c) il-valur tal-investiment tan-negozji fil-proġetti tal-EMPIR, (d) parti mir-riċerka normattiva dedikata [il-mira: 10 %], (e) il-Kumitati Tekniċi ta' CEN/CENELEC/ISO/IEC u l-korpi tal-istandardizzazzjoni ekwivalenti li jieħdu sehem fil-programm b'potenzjal li jibbenefikaw direttament mill-proġetti tal-EMPIR.

Jiġi sostnut ambjent Ewropew koerenti, sostenibbli u integrat għall-metroloġija li jisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-UE

L-indikaturi: (f) parti mill-investimenti nazzjonali dedikati għar-riċerka fil-metroloġija fl-Ewropa li hi kkoordinata jew influwenzata bil-programm [il-mira: 50 %], (g) il-parteċipazzjoni fil-programm tax-xjenzjati li mhumiex mill-NMIs/DIs [il-mira: id-doppju meta mqabbel mal-EMRP] (h) il-livell tal-investimenti mill-Fondi Strutturali u programmi oħra Ewropej, nazzjonali jew reġjonali f'attivitajiet relatati mal-metroloġija (i) It-tmexxija Ewropea fil-kumitati internazzjonali tal-metroloġija.

L-effiċjenza tal-programm

L-indikaturi: (j) il-kwalità tal-proċedura biex tittressaq, tiġi evalwata u tingħażel il-proposta, (k) iż-żmien biex tingħata l-għotja, (l) il-kostijiet biex jitħaddem l-EMPIR [il-mira: ≤ 5 %].

Benefiċċji soċjoekonomiċi sinifikanti u kontribuzzjoni għall-għanijiet ewlenin tal-politika

Dan se jiġi vvalutat bħala parti mill-evalwazzjoni interim u finali indipendenti, apparti l-indikaturi l-oħra.

1.5.        Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħaq/qu fi żmien qasir jew fit-tul

L-EMPIR se jgħaqqad l-investimenti tal-Unjoni u nazzjonali tar-riċerka u jiżgura li r-riċerka fil-metroloġija tħalli impatt akbar fuq it-tkabbir u tegħleb l-isfidi soċjoekonomiċi u tindirizza l-frammentazzjoni u d-dgħjufijiet strutturali li hemm bħalissa fis-sistema Ewropea tar-riċerka fil-metroloġija u l-innovazzjoni.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud ta' intervent pubbliku fil-livell tal-UE jinsab f'li l-UE jirnexxilha tgħaqqad programmi nazzjonali tar-riċerka li huma maqtugħin għalihom, tgħin biex jitfasslu strateġiji komuni tar-riċerka u l-finanzjament li jegħlbu l-fruntieri nazzjonali, u tikseb massa kritika ta' atturi u investimenti li hemm bżonn biex jiġu indirizzati l-isfidi li tiltaqa' magħhom is-sistema tar-riċerka fil-metroloġija, filwaqt li żżid l-effiċjenza tal-infiq pubbliku.

L-EMPIR se jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-kejl b'impatt strateġiku għall-Ewropa. Dan se jsir b'mod koerenti u mingħajr frammentazzjoni mal-massa kritika ogħla u se jagħti soluzzjonijiet aktar kosteffikaċi u interoperabbli.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

L-evalwazzjoni interim tal-EMRP predeċessur li tħaddem fl-FP7, identifikat ċerti nuqqasijiet li ġew indirizzati fit-tfassil tal-EMPIR (Appoġġ dedikat għall-innovazzjoni, l-istandardizzazzjoni, it-tawwim tal-kapaċità u l-ftuħ tal-programm għall-aqwa xjenza).

1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma' strumenti xierqa oħrajn

L-EMPIR se jagħti sehmu f'għadd ta' inizjattivi ewlenin tal-istrateġija EWROPA 2020 li jintlaqtu mir-riċerka fil-metroloġija, inkluża l-"Unjoni tal-Innovazzjoni", l-"Aġenda Diġitali għall-Ewropa", l-"Ewropa effiċjenti fir-riżorsi" u l-"Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni".

L-EMPIR se jgħin bil-bosta biex jintlaħqu l-għanijiet ta' Orizzont 2020 billi jappoġġa suġġetti li huma direttament rilevanti għall-prijoritajiet ta' Orizzont 2020.

1.6.        Kemm ittul u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien limitat

– Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1/1/2014 sal-31/12/2024

– L-impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2014 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti

¨ Il-proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita minn operazzjoni bi skala sħiħa.

1.7.        Il-metodu/i tal-ġestjoni previst(i)[21]

¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

X Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

– ¨  l-aġenziji eżekuttivi

– ¨  il-korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet[22]

– X  korp/i tas-settur pubbliku nazzjonali b'missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għad iridu jiġu speċifikati)

Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

Ġiet stabbilita struttura dedikata tal-implimentazzjoni intitolata EURAMET, u jirregolawha l-Istati parteċipanti li jmexxu l-inizjattiva. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-inizjattiva se tingħata permezz ta' din l-organizzazzjoni.

2.           IL-MIŻURI TAL-ĠESTJONI

2.1.        Ir-regoli tal-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ladarba jkun stabbilit, l-EMPIR se jiġi ssorveljat permezz tar-rapporti annwali li jagħti l-EURAMET.

Ma' dan tiżdied evalwazzjoni interim li ssir sa mhux aktar tard mill-2017. Fi tmiem il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-EMPIR, iżda mhux aktar tard mill-2024, evalwazzjoni finali indipendenti se tirrevedi l-kisba tal-għanijiet, ir-riżultati u l-impatti.

2.2.        Is-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/i identifikat(i)

1) Il-kapaċità tal-istruttura dedikata tal-implimentazzjoni EURAMET. biex tmexxi l-baġit tal-Unjoni u tħares l-interessi finanzjarji tal-UE.

2) Il-kapaċità tal-istati parteċipanti biex jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-programm.

2.2.2.     Il-metodu/i tal-kontroll previst(i)

Ir-riskju 1: ara t-Taqsima 2.3.

Ir-riskju 2: Il-fondi tal-UE jistgħu jinħarġu biss meta tintwera evidenza tal-impenji finanzjarji nazzjonali, kemm fuq livell ta' ftehim għal finanzjament annwali kif ukoll fuq livell ta' pagamenti lejn il-parteċipanti nazzjonali fil-proġetti. Salvagwardja oħra hi li l-finanzjament tal-UE ma jistax jaqbeż il-50 % tat-total tal-fondi pubbliċi mogħtija fil-programm u l-finanzjament tal-UE ma jistax ikopri n-nefqa amministrattiva.

2.2.3.     Il-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u tar-rata li probabbilment mhix kompatibbli

Is-sistema tal-kontroll stabbilita għall-implimentazzjoni tal-programm se titfassal b'tali mod li tagħti assigurazzjoni raġonevoli li ntlaħqet ġestjoni tajba tar-riskji relatati mal-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, filwaqt li titqies in-natura speċjali tal-EMPIR bħala sħubija pubblika-pubblika. Is-sistema tal-kontroll għandha ssib bilanċ bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li tqis il-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħrajn tal-kontrolli f'kull livell, l-aktar għall-parteċipanti, ħalli din tkun tista' tagħti sehemha bl-aħjar mod biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm Qafas Orizzont 2020.

2.3.        Il-miżuri li jipprevenu l-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-EMPIR jiddikjara li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-EURAMET tkun konformi mar-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas jew tissospendi l-kontribuzzjoni tagħha.

Il-ftehim ta' delega li jridu jikkonkludu l-Kummissjoni u l-EURAMET f'konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 se jipprovdi għall-Kummissjoni biex tissorvelja l-attivitajiet tal-EURAMET, b'mod partikolari billi tagħmel verifiki.

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        L-intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Il-linji baġitarji attwali fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji. WARA L-FTEHIM IT-TABELLA TRID TIĠI AĠĠORNATA

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni ………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([23]) || mingħand il-pajjiżi tal-EFTA[24] || mingħand il-pajjiżi kandidati[25] || mingħand pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1A || 08.0204 Attivitajiet orizzontali ta' Orizzont 2020 || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 02 01 Tmexxija fin-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 03 01 Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 03 02 Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 03 03 Biex issir it-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 03 04 Biex tinħoloq sistema Ewropea tat-trasport li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 08 02 03 05 Biex tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli tal-materja prima || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

1A || 09 04 02 01 Tmexxija fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni || Diff./mhux diff. || IVA || IVA || IVA || IVA

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 1A || L-Intestatura 1A Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

Id-DĠ: RTD, CNECT || || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-snin 2021-2024 || AMMONT TOTALI[26]

Ÿ L-approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || ||

08 02 02 01 Tmexxija fin-nanoteknoloġija, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati || Impenji || (1) || 5,000 || 8,000 || 8,500 || 8,500 || 8,000 || 7,500 || 7,000 || || 52,500

Pagamenti || (2) || || 0,500 || 5,300 || 8,050 || 8,500 || 8,450 || 7,950 || 13,750 || 52,500

08 02 03 01 Titjib fis-saħħa u l-benesseri tul il-ħajja || Impenji || (1a) || 5,714 || 9,143 || 9,714 || 9,714 || 9,143 || 8,572 || 8,000 || || 60,000

Pagamenti || (2 a) || || 0,571 || 6,057 || 9,200 || 9,714 || 9,658 || 9,086 || 15,714 || 60,000

08 02 03 02 Titjib fis-sikurezza tal-ikel, l-iżvilupp ta' agrikoltura sostenibbli, ir-riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija || Impenji || (1b) || 1,429 || 2,285 || 2,429 || 2,429 || 2,285 || 2,143 || 2,000 || || 15,000

Pagamenti || (2b) || || 0,143 || 1,514 || 2,300 || 2,429 || 2,414 || 2,271 || 3,929 || 15,000

08 02 03 03 Biex issir it-tranżizzjoni għal sistema tal-enerġija affidabbli, sostenibbli u kompetittiva || Impenji || (1c) || 5,714 || 9,144 || 9,714 || 9,714 || 9,143 || 8,571 || 8,000 || || 60,000

Pagamenti || (2c) || || 0,572 || 6,057 || 9,200 || 9,714 || 9,657 || 9,086 || 15,714 || 60,000

08 02 03 04 Biex tinħoloq sistema Ewropea tat-trasport li tkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, favur l-ambjent, sikura u bla intoppi || Impenji || (1d) || 2,143 || 3,428 || 3,643 || 3,643 || 3,429 || 3,214 || 3,000 || || 22,500

Pagamenti || (2d) || || 0,214 || 2,272 || 3,450 || 3,643 || 3,621 || 3,407 || 5,893 || 22,500

08 02 03 05 Biex tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli tal-materja prima || Impenji || (1e) || 5,000 || 8,000 || 8,500 || 8,500 || 8,000 || 7,500 || 7,000 || || 52,500

Pagamenti || (2e) || || 0,500 || 5,300 || 8,050 || 8,500 || 8,450 || 7,950 || 13,750 || 52,500

L-approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ RTD || Impenji || =1+1a-e || 25,000 || 40,000 || 42,500 || 42,500 || 40,000 || 37,500 || 35,000 || || 262,500

Pagamenti || =2+2a-e || || 2,500 || 26,500 || 40,250 || 42,500 || 42,250 || 39,750 || 68,750 || 262,500

09 04 02 01 Tmexxija fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni || Impenji || (1f) || || || 5,000 || 5,000 || 7,500 || 10,000 || 10,000 || || 37,500

Pagamenti || (2f) || || || || 0,500 || 5,000 || 5,250 || 7,750 || 19,000 || 37,500

L-approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ CNECT || Impenji || =1f || || || 5,000 || 5,000 || 7,500 || 10,000 || 10,000 || || 37,500

Pagamenti || =2f || || || || 0,500 || 5,000 || 5,250 || 7,750 || 19,000 || 37,500

|| || (3) || || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ RTD, CNECT || Impenji || =1+1a-f || 25,000 || 40,000 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 45,000 || || 300,000

Pagamenti || =2+2a-f || || 2,500 || 26,500 || 40,750 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 87,750 || 300,000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 25,000 || 40,000 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 45,000 || || 300,000

Pagamenti || (5) || || 2,500 || 26,500 || 40,750 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 87,750 || 300,000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (08 01 05) || (6) || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || || 0,975

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+6 || 25,131 || 40,134 || 47,636 || 47,639 || 47,642 || 47,645 || 445,148 || || 300,975

Pagamenti || =5+6 || 0,131 || 2,634 || 26,636 || 40,889 || 47,642 || 47,645 || 47,648 || 87,750 || 300,975

Din it-tabella turi s-sors ta' finanzjament annwali tal-EMPIR. Iżda l-baġit għall-EMPIR se jiġi implimentat mil-linja baġitarja 08.0204 Attivitajiet orizzontali ta' Orizzont 2020.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 1A || L-Intestatura 1A Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi "In-nefqa amministrattiva"

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || TOTAL

Id-DĠ: RTD || ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

TOTAL tad-DĠ RTD || Approprjazzjonijiet || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURA 1A tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = pagamenti totali) || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || Is-snin 2021-2024 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet fl-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 25,131 || 40,134 || 47,636 || 47,639 || 47,642 || 47,645 || 445,148 || || 300,975

Pagamenti || 0,131 || 2,634 || 26,636 || 40,889 || 47,642 || 47,645 || 47,648 || 87,750 || 300,975

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma jeħtiġilhiex tuża l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– X  Il-proposta/inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprazzjonijiet tal-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || || TOTAL

|| ||

Tip || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru Totali || Kost Totali

Jinħoloq u jitħaddem l-EMPIR || || || || || || || || || || || || || || || ||

Ir-riżultat*, ** || Il-proġetti tal-R&D || || 25 || 50,000 || 40 || 80,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 90,000 || 300 || 600,000

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || 25 || 50,000 || 40 || 80,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 90,000 || 300 || 600,000

KOST TOTALI || 25 || 50,000 || 40 || 80,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 95,000 || 47 || 90,000 || 300 || 600,000

1 Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostijiet totali ma għandhiex taqbeż EUR 300 miljun.

(*) Il-kostijiet amministrattivi ta' EURAMET e.V. għall-implimentazzjoni tal-EMPIR, sal-limitu ta' EUR 30 miljun [5 %], se jkopruhom l-istati parteċipanti, mingħajr ebda kontribuzzjoni tal-Unjoni.

(**) Maħsub kost medju ta' EUR 2 miljun għal kull proġett tal-EMPIR. Il-baġit ġenerali tal-programm ta' EUR 600 miljun hu stmat li jiffinanzja madwar 300 proġett.

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma jeħtiġilhiex tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

– X  Il-proposta/inizjattiva jeħtiġilha tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f'miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || TOTAL

l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra l-INTESTATURA 5[27] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

Infiq ieħor ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

TOTAL || 0,131 || 0,134 || 0,136 || 0,139 || 0,142 || 0,145 || 0,148 || 0,975

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jilħquhom l-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà ġew assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji, 3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma jeħtiġilhiex tuża r-riżorsi umani,

– X  Il-proposta/inizjattiva jeħtiġilha tuża r-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f'unitajiet ekwivalenti fulltime

|| Is-sena 2014 || Is-sena 2015 || Is-sena 2016 || Is-sena 2017 || Is-sena 2018 || Is-sena 2019 || Is-sena 2020 || TOTAL

Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

08 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

08 01 05 01 (Riċerka indiretta) || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 7

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unità ekwivalenti fulltime: FTE)[28]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

XX 01 04 yy[29] || - fil-kwartieri ġenerali || || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka indiretta) || || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, SNE, INT — Riċerka diretta) || || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || ||

TOTAL || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 1 || 7

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jilħaqhom il-persunal tad-DĠ għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li diġà hu assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kull allokazzjoni oħra li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi fil-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji,

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

L-uffiċjali għandhom sehem fi: Il-laqgħat tal-Kumitat tal-EMPIR u fil-laqgħat tal-Kunsill tar-Riċerka tal-EMPIR kif ukoll fil-gruppi ta' ġidma u fl-avvenimenti ta' tixrid Osservatur fil-evalwazzjonijiet ta' proposta tal-EMPIR In-negozjati u l-tħejjija tal-ftehim mad-DIs Il-preparazzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali u l-pagamenti relatati L-approvazzjoni l-pjan ta' ħidma annwali Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni abbażi tar-rapporti annwali, u l-koordinazzjoni tal-evalwazzjonijiet interim u finali Il-verifika finanzjarja u legali tal-implimentazzjoni tal-EMPIR

Persunal estern N/A ||

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali,

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali,

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali,

3.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f'miluni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Stati parteċipanti || 25,000 || 40,000 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 45,000 || 300,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 25,000 || 40,000 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 47,500 || 45,000 || 300,000

Dettalji tal-kofinanzjament

Għandha tingħata kontribuzzjoni massima tal-Unjoni Ewropea sa EUR 300 miljun, soġġetta għal kontribuzzjoni ta' mill-inqas EUR 300 miljun mingħand l-istati parteċipanti bejn l-2014 u l-2024 mill-baġits nazzjonali lill-EMPIR.

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul,

– ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju.

[1]               Id-Deċiżjoni Nru 912/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm Ewropew ta' riċerka u żvilupp dwar il-metroloġija meħud b'impenn minn diversi Stati Membri (ĠU L 257, 30.9.2009).

[2]               L-ammont hu indikattiv u jiddependi fuq l-ammont finali għad-DĠ RTD u d-DĠ CNECT f'dawn l-isfida/i jew is-suġġett(i) msemmija hawn fuq.

[3]               ĠU C... [opinjoni tal-KES]

[4]               COM(2010) 2020 finali, 3.3. 2010.

[5]               ĠU... [H2020 FP]

[6]               ĠU L 257, 30.9.2009, p. 12.

[7]               ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

[8]               COM(2012) 174 finali, 16.4. 2012.

[9]               ĠU ... [H2020 FP]

[10]             COM(2010) 546 finali, 6.10.2010.

[11]             COM(2010) 245 finali/2, 26.8.2010.

[12]             COM(2011) 21, 26.1.2011.

[13]             COM(2012) 582 finali, 10.10.2012.

[14]             ĠU L 298, 26.10.2012.

[15]             ĠU L 362, 31.12.2012.

[16]             ĠU ... [H2020 FP]

[17]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[18]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[19]             ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività — ABB: Ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[20]             Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[21]             Id-dettalji tal-metodi tal-ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html.

[22]             Kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[23]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[24]             L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[25]             Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[26]             L-ammont hu indikattiv u jiddependi fuq l-ammont finali għad-DĠ RTD u d-DĠ CNECT f'dawn l-isfida/i jew is-suġġett(i) msemmija hawn fuq.

[27]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[28]             CA = Aġent Kuntrattwali; LA = Aġent Lokali; SNE = Esperti Nazzjonali Ssekondati; INT = Persunal mill-Aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.

[29]             Taħt il-limitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu l-linji "BA").