|
12.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 151/28 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1145
tas-7 ta’ Ġunju 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja
(notifikata bid-dokument C(2023) 3806)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 (2) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi l-miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja, li nstabu fir-reġjuni ta’ Andalusia u Castilla-La Mancha, fejn jiffurmaw żewġ clusters distinti, wieħed f’kull reġjun. Dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2023. |
|
(2) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti minn Spanja wara t-tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3), iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(3) |
Minbarra ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, ġiet stabbilita żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fir-reġjun ta’ Andalusia u fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, fejn Spanja jeħtieġ tapplika ċerti miżuri rigward ir-restrizzjonijiet fil-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż barra minn dik iż-żona ristretta ulterjuri, ħalli tevita t-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż fil-bqija tat-territorju tagħha u fil-bqija tal-Unjoni. |
|
(4) |
Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni b’għadd ta’ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu n-nagħaġ u/jew il-mogħoż. Minħabba f’hekk, ġew emendati sussegwentement iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żoni ristretti ulterjuri fi Spanja, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333. L-aħħar emenda ta’ dak l-Anness saret bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/872 (4). |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/872 sal-lum, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa oħra tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu n-nagħaġ u/jew il-mogħoż, fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha, b’mod aktar speċifiku fil-Provinċja ta’ Cuenca, fiż-żona ta’ sorveljanza diġà stabbilita f’dak ir-reġjun. |
|
(6) |
L-awtorità kompetenti ta’ Spanja ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fosthom bl-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħa l-ġdida. Spanja żammet ukoll iż-żoni ristretti stabbiliti qabel, madwar it-tifqigħat preċedenti, irreġistrati sa mill-bidu tal-2023 f’Castilla-La Mancha, fil-Provinċja ta’ Ciudad Real. |
|
(7) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri għal Spanja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333, jenħtieġ li jiġu emendati, fl-ispazju u fil-ħin, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż fir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha. |
|
(8) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(9) |
Barra minn hekk, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, il-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2023. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Applikazzjoni Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2023.” |
|
2. |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2333 tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1913 (ĠU L 308, 29.11.2022, p. 22).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/872 tal-20 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2333 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fi Spanja (ĠU L 113, 28.4.2023, p. 49).
ANNESS
“ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-reġjun ta’ Castilla–La Mancha ES-CAPRIPOX-2023-00003 ES-CAPRIPOX-2023-00004 ES-CAPRIPOX-2023-00005 ES-CARPIPOX-2023-00006 ES-CARPIPOX-2023-00007 |
Żona ta’ protezzjoni: Żona ta’ protezzjoni li tinkludi ż-żoni li ġejjin: Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:
Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:
Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:
|
20.7.2023 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin: Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:
Fil-provinċja ta’ Toledo, il-muniċipalitajiet ta’:
Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:
Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalitajiet ta’:
|
7.8.2023 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żona ta’ sorveljanza: Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin: Fil-provinċja ta’ Ciudad Real, il-muniċipalitajiet ta’:
Fil-provinċja ta’ Albacete, il-muniċipalità ta’:
Fil-provinċja ta’ Cuenca, il-muniċipalitajiet ta’:
|
21.7.2023–7.8.2023 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Reġjun |
Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri, parti miż-żoni ristretti fi Spanja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||
|
Ir-reġjun ta’ Castilla-La Mancha |
Żona ristretta ulterjuri li tinkludi l-provinċji li ġejjin:
|
25.9.2023 |