Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, p. 32) – Qbiż, f’ċerti dipartimenti, tal-parametri kimiċi stabbiliti fil-parti B ta’ l-Anness I tad-Direttiva 98/83 – Nitrati u pestiċidi.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.