2007L0053 — MT — 19.09.2007 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/53/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 226, 30.8.2007, p.19)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 022, 25.1.2008, p. 21  (07/53)




▼B

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/53/KE

tad-29 ta’ Awwissu 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, li tikkonċerna l-prodotti kożmetiċi, għall-għanijiet li tadatta l-Anness tiegħu għall-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-prodotti kożmetiċi ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

Il-komposti tal-fluworu bħalissa huma elenkati u soġġetti għal restrizzjonijiet u kondizzjonijiet stipolati fl-Anness III, parti I tad-Direttiva 76/768/KEE. Il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti tal-Konsumatur (SCCP) huwa ta’ l-opinjoni li jekk l-uniku sors ta’ esponiment għall-fluworur huwa t-toothpaste li fih kontenut ta’ fluworur bejn 1 000-1 500 ppm, hemm riskju minimu li t-tfal ta’ taħt l-età ta’ sitt snin għandhom jiżviluppaw il-fluorisi, bil-kundizzjoni li tali toothpaste jintuża kif jixraq. Għalhekk, in-numri ta’ referenza 26 sa 43, u n-numri ta’ referenza 47 sa 56 ta’ l-Anness III, Parti 1 għandhom jiġu emendati kif jixraq.

(2)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(3)

Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE huwa emendat b’konformità ma’ l-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

▼C1

1.  Členské státy přijmou a zveřejní právní a správní předpisy nezbytné pro dosažení souladu s touto směrnicí nejpozději do 19. června 2008. Neprodleně sdělí Komisi znění těchto předpisů a srovnávací tabulku mezi ustanoveními zmíněných předpisů a této směrnice.

Budou tyto předpisy používat od 19. března 2009.

Tyto předpisy přijaté členskými státy musí obsahovat odkaz na tuto směrnici nebo musí být takový odkaz učiněn při jejich úředním vyhlášení. Způsob odkazu si stanoví členské státy.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija ta’ liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidhol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Fin-numri ta’ referenza 26 sa 43, u numri ta’ referenza 47 sa 56 tal-Parti 1 ta’ l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, it-test li ġej hu miżjud wara kull inklużjoni fil-kolonna f:

“Għal toothpastes li fihom kontenut ta’ fluworur ta’ bejn 0,1-0,15 % sakemm mhux diġà mmarkati b’kontra-indikazzjonijiet għat-tfal (eż. ‘għall-użu mill-adulti biss’), it-tikkettjar li ġej huwa obbligatorju:

‘Tfal ta’ 6 snin jew iżgħar: Uża ammont żgħir daqs piżella għal tindif taħt superviżjoni biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-ammont li jista’ jinbela’. Jekk tieħu wkoll il-fluworur minn sorsi oħra kkonsulta lid-dentist jew lit-tabib tiegħek.’”



( 1 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/22/KE (ĠU L 101, 18.4.2007, p. 11).