<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑89/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0089</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:537">EU:C:2015:537</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20150903">3.9.2015</DATE> — KAWŻA C‑89/14</P><P>A2A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-kalkolu tal-interessi marbuta mal-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni</KEYWORD><KEYWORD>Interessi sempliċi jew interessi komposti</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi, għall-kalkolu tal-interessi, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 794/2004</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑89/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140221">21 ta’ Frar 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A2A SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, C. Vajda, A. Rosas, E. Juhász u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal A2A SpA, minn A. Santa Maria, G. Russo Corvace, G. Pizzonia, G. Zoppini u E. Gambaro, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Bellis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Grespan u B. Stromsky, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) u tal-Artikoli 9, 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3 u Rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 286, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn A2A SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>A2A<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Agenzia delle Entrate (amministrazzjoni fiskali) dwar l-irkupru, bl-interessi komposti, ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni 2003/193/KE tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20020605">5 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar għajnuna mill-Istat li tikkonċerna eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-azzjonisti tagħhom huma, fil-parti l-kbira, pubbliċi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2002">ĠU L 77, p. 21</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 659/1999</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tar-Regolament Nru 659/1999 hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>billi f’każijiet ta’ għajnuna llegali li m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni, għandha terġa titqajjem kompetizzjoni effettiva; billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-għajnuna, li tinkludi l-imgħax, għandha tinġieb lura mingħajr dewmien; billi huwa xieraq li r-radd lura jsir f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali; billi l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri m’għandhomx, billi jipprevjenu l-esekuzzjoni immedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, timpedixxi l-qawmien mill-ġdid tal-kompetizzjoni effettiva; billi sabiex jinkiseb dan ir-riżultat, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Rkupru ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna llegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju (minn hawn ’l quddiem imsejjħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>). Il-Kummissjoni m’għandhiex teħtieġ ir-rkupru ta’ l-għajnuna jekk dan ikun kuntrarju għal prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Komunità.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna li ser tkun rikuperata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-imgħax f’rata xierqa ffissata mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jkun pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna llegali kienet fid-disposizzjoni tal-benefiċjarju sad-data li fiha kienet irkuprata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-ebda ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont l-Artikolu 185 tat-Trattat [KE], ir-rkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f’konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu għall-esekuzzjoni mmedjata u effettiva tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għal dan l-effett u fl-eventwalità ta’ proċedura quddiem il-qrati nazzjonali, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa li huma disponibbli fis-sistemi legali rispettivi tagħhom, li jinkludu miżuri proviżjonali, mingħajr preġudizzju għall-liġi tal-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi applikabbli f’każ ta’ rkurpu ta’ għajnuna illegali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi applikabbli f’każ ta’ rkurpu ta’ għajnuna illegali ppubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, C 110, p. 21</REF.DOC.OJ>) tistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[...]</P><P>Fl-ambitu tal-proċess ta’ kollaborazzjoni leali stabbilit bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul l-eżekuzzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet ta’ rkupru, qamet madankollu l-kwistjoni ta’ jekk dawn l-interessi kellhomx ikunu sempliċi jew komposti [...]. Fid-dawl tal-għan ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali u tal-importanza tiegħu fis-sistema ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat prevista mit-Trattat KE, il-Kummissjoni tqis li huwa urġenti li tiċċara l-pożizzjoni tagħha f’dan ir-rigward.</P><P>[...]</P><P>Skont il-prattiki tas-suq, interessi sempliċi normalment jiġu kkalkolati meta l-benefiċjarju tal-fondi ma jużax l-ammont ta’ dawn l-interessi qabel it-tmiem tal-perijodu kkunsidrat, pereżempju meta l-ammont inkwistjoni jkun tħallas biss wara t-tmiem ta’ dan il-perijodu; min-naħa l-oħra, interessi komposti huma normalment ikkalkolati jekk wieħed jista’ jikkunsidra li, kull sena (jew perijodu), l-ammont tal-interessi jitħallas lill-benefiċjarju, b’mod li dan jiżdied mal-kapital li huwa inizjalment ipperċepixxa. F’dan il-każ, fil-fatt, il-benefiċjarju jikseb interessi fuq l-interessi mħallsa għal kull perijodu.</P><P>[…] Jidher konsegwentement, minkejja l-varjetà ta’ sitwazzjonijiet possibbli, li għajnuna illegali għandha bħala effett li jiġu pprovduti fondi lil benefiċjarju bl-istess kundizzjonijiet bħal self għal żmien medju mingħajr interessi. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-interessi komposti tidher meħtieġa sabiex taċċerta n-newtralizzazzjoni totali tal-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni.</P><P>Għaldaqstant, il-Kummissjoni tixtieq tinforma lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati li, f’kull deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali li hija tista’ tadotta fil-futur, hija ser tapplika r-rata ta’ referenza użata għall-kalkolu tal-ekwivalenti tal-għoti nett ta’ għajnuniet reġjonali fuq bażi komposta. Skont il-prattiki normali tas-suq, din il-kompożizzjoni għandha ssir fuq bażi annwali. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ser tistenna li l-Istati Membri japplikaw interessi komposti fl-eżekuzzjoni ta’ kull deċiżjoni ta’ rkupru pendenti, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għal xi prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 794/2004</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikoli 9 u 11 tar-Regolament Nru 794/2004, li jinsabu fil-Kapitolu V tiegħu, jirrigwardaw ir-rata tal-interessi applikabbli għall-irkupru ta’ għajnuna illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Metodu għall-iffissar tar-rata ta’ mgħax<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Artikolu 9 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ l-imgħax li għandha tintuża sabiex tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat mogħtija bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat għandha tkun rata perċentwali annwali ffissata għal kull sena kalendarja.</ALINEA><ALINEA>Din għandha tiġi kalkolata fuq il-bażi tal-medja tar-rati għal ħames snin ta’ skambju bejn banek għal Settembru, Ottubru u Novembru tas-sena li tiġi qabel, miżjuda b’75 punt bażiku. F’każijiet debitament ġustifikati, l-Kummissjoni tista’ żżid ir-rata b’aktar minn 75 punt bażiku fir-rigward ta’ Stat Membru wieħed jew aktar.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-medja tat-tlett xhur l-aktar reċenti tar-rati disponibbli għal ħames snin ta’ skambju bejn banek, miżjuda b’75 punt bażiku, tvarja b’aktar minn 15 % mir-rata fis-seħħ ta’ mgħax ta’ rkupru ta’ għajnuna ta’ l-Istat, il-Kummissjoni għandha tikkalkola mill-ġdid din imsemmija l-aħħar.</ALINEA><ALINEA>Ir-rata l-ġdida għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-kalkolu mill-ġdid mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati membri permezz ta’ ittra bil-kalkolu mill-ġdid u d-data li minnha għandu japplika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rata ta’ mgħax għandha tiġi ffissata għal kull Stat Membru individwalment, jew għal żewġ Stati Membri jew aktar flimkien.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fin-nuqqas ta’ data ta’ min jorbot fuqha jew ekwivalenti jew f’ċirkostanzi eċċezzjonali l-Kummissjoni tista’, b’ko-operazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat/i Membri/i konċernat/i, tiffissa rata ta’ mgħax għall-irkupru ta’ għajnuna ta’ l-Istat, għal Stat Membru wieħed jew aktar, fuq il-bażi ta’ metodu differenti u fuq il-bażi ta’ informazzjoni disponibbli lilha.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Metodu għall-applikazzjoni tal-imgħax<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 794/2004 jistipula fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Ir-rata ta’ mgħax għandha tiġi applikata fuq bażi kompost sad-data ta’ rkupru ta’ l-għajnuna. L-imgħax li jkiġġamma fis-sena li tiġi qabel għandu jkun suġġett għall-mgħax f’kull sena li tiġi wara.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 794/2004 jipprovdi li dan jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. Peress li dan ir-regolament ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fit-<DATE ISO="20040430">30 ta’ April 2004</DATE>, huwa daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040520">20 ta’ Mejju 2004</DATE>. Barra minn hekk, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 11 tiegħu huwa applikabbli għal kull deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-istess regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Deċiżjoni 2003/193</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20020605">5 ta’ Ġunju 2002</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2003/193, li ġiet innotifikata lir-Repubblika Taljana fis-<DATE ISO="20020607">7 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Fl-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonstatat li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji mogħtija mir-Repubblika Taljana lill-kumpanniji b’kapital azzjonarju fil-parti l-kbira pubbliku, prevista minn dan l-artikolu, kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, inkompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Italja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex titlob lill-benefiċjarji jagħtu lura l-għajnuna deskritta fl-Artikolu 2 li ngħatatilhom b’mod illegali.</ALINEA><ALINEA>L-irkupru tal-għajnuna għandu jsir immedjatament, skont il-proċeduri nazzjonali, sa fejn dawn jippermettu l-eżekuzzjoni effettiva u immedjata tad-deċiżjoni.</ALINEA><ALINEA>L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata tinkludi l-interessi mid-data li fiha l-benefiċjarju rċieva l-għajnuna illegali sad-data tar-rimbors effettiv tagħha. Dawn l-interessi għandhom jiġu kkalkolati abbażi tar-rati ta’ referenza applikabbli għall-kalkolu tas-sussidju ekwivalenti tal-għajnuna reġjonali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1283 ta’ Kodiċi Ċivili jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fl-assenza ta’ prassi kuntrarja, l-interessi li jkunu għalqu ma jistgħux jipproduċu interessi, ħlief mill-jum li fih issir it-talba ġudizzjarja jew abbażi ta’ ftehim sussegwenti għall-għeluq tagħhom, u kemm-il darba l-interessi jkunu ilhom dovuti għall-inqas għal sitt xhur.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Nru 185 tad-<DATE ISO="20081129">29 ta’ Novembru 2008</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti ta’ għajnuna għall-familji, għax-xogħol, għall-impjieg u għall-impriżi, u li huwa intiż sabiex jorjenta mill-ġdid il-qafas strateġiku nazzjonali għal funzjoni kontra l-kriżi (decreto-legge n. 185 – Misure urgenti per il sostegno a famiglie, lavoro, occupazione e impresa e per ridisegnare in funzione anti-crisi il quadro strategico nazionale), tad-<DATE ISO="20081129">29 ta’ Novembru 2008</DATE>, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 2, tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Digriet-Liġi Nru 185/2008<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet Ewropej dwar l-irkupru ta’ għajnuna illegali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 4 tiegħu, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-interessi previsti fil-paragrafu 2 huma ddeterminati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament [...] Nru 794/2004 [...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 ta’ dan id-Digriet-Liġi jistabbilixxi d-dħul fis-seħħ tiegħu fil-jum tal-pubblikazzjoni fil-<HT TYPE="ITALIC">Gazzetta ufficiale della Repubblica italiana</HT>. Din il-pubblikazzjoni saret fid-<DATE ISO="20081129">29 ta’ Novembru 2008</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>A2A hija kumpannija li toriġina mill-amalgamazzjoni tal-kumpanniji ASM Brescia SpA u AEM SpA. Dawn il-kumpanniji tal-aħħar ibbenefikaw minn eżenzjoni ta’ tliet snin mit-taxxa tal-kumpanniji mogħtija mir-Repubblika Taljana favur kumpanniji b’kapital azzjonarju fil-parti l-kbira pubbliku. Fid-deċiżjoni 2003/193 tagħha, innotifikata lir-Repubblika Taljana fis-<DATE ISO="20020607">7 ta’ Ġunju 2002</DATE>, il-Kummissjoni qieset li tali eżenzjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha Il-Kummissjoni vs L-Italja, (C-207/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:366">EU:C:2006:366</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li peress li r-Repubblika Taljana ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri neċessarji sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji, l-għajnuna li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni 2003/193, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana, sabiex tirregola l-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni, adottat sussegwentement l-Artikolu 1 tad-Digriet-Liġi Nru 10, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-obbligi Komunitarji u internazzjonali (decreto-legge n. 10 – Disposizioni volte a dare attuazione ad obblighi comunitari ed internazionali), tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 46 tas-<DATE ISO="20070406">6 ta’ April 2007</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Digriet-Liġi Nru 10/2007<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fl-<DATE ISO="20060601">1 ta’ Ġunju 2006</DATE>, fil-Kawża C-207/05. Implementazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-<DATE ISO="20020605">5 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 228 tat-Trattat KE Nru 2006/2456<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, l-Artikolu 24 tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008 u l-Artikolu 19 tad-Digriet-Liġi Nru 135, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi Komunitarji u għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (decreto-legge n. 135 – Disposizioni urgenti per l’attuazione di obblighi comunitari e per l’esecuzione di sentenze della Corte di giustizia delle Comunità europee), tal-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 166 tal-<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L’Agenzia delle entrate bagħtet lil A2A, matul is-sena 2009, avviżi ta’ impożizzjoni ta’ taxxa sabiex tirkupra l-ammonti dovuti bħala taxxa tal-kumpanniji li ASM Brescia SpA u AEM SpA ma kinux ħallsu minħabba l-eżenzjoni mogħtija mir-Repubblika Taljana. Dawn l-avviżi ta’ impożizzjoni ta’ taxxa eżiġew il-ħlas, b’żieda mas-somma ta’ EUR 170 miljun bħala kapital, is-somma ta’ EUR 120 miljun bħala interessi kkalkolati fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>A2A kkontestat dawn l-avviżi ta’ impożizzjoni ta’ taxxa. Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Corte suprema di cassazione (Qorti ta’ Kassazzjoni), hija ssostni li l-Artikolu 24(4) tad-Digriet Liġi Nru 185/2008 imur kontra d-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, għall-kalkolu tal-interessi, din id-dispożizzjoni tirreferi għall-Artikoli 9 u 11 tar-Regolament Nru 794/2004, filwaqt li, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 13 tiegħu, dan ir-regolament ma huwiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għad-Deċiżjoni 2003/193, peress li din ġiet innotifikata lir-Repubblika Taljana qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tirrileva f’dan ir-rigward, filwaqt li tirreferi għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Département du Loiret (C-295/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:707">EU:C:2008:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46), li la d-dritt tal-Unjoni u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma speċifikaw, fil-mument tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/193, li l-interessi li għandhom jiġu applikati fl-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat previsti minn din id-deċiżjoni kellhom jiġu kkalkolati fuq bażi komposta. Il-qorti tar-rinviju żżid li l-prassi tal-Kummissjoni kienet dak iż-żmien li tirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali. Madankollu, id-dritt Taljan japplika, skont l-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili, interessi sempliċi u jaċċetta l-applikazzjoni ta’ interessi komposti fuq obbligi pekunjarji biss taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1283 tal-Kodiċi Ċivili, kundizzjonijiet li ma humiex issodisfatti fir-rigward tal-irkupru tal-għajnuna inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione tistaqsi dwar jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008, jew jekk dan jippermettix li tkun prevista l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, meta d-deċiżjoni tal-irkupru inkwistjoni ġiet innotifikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/20004.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, din il-qorti ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-Artikolu 14 tar-[Regolament Nru 659/1999], u l-Artikoli 9, 11 u 13 tar-[Regolament Nru 794/2004] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, fir-rigward tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat sussegwentement għal deċiżjoni tal-Kummissjoni nnotifikata fis-<DATE ISO="20020607">7 ta’ Ġunju 2002</DATE>, li l-interessi għandhom jiġu ddeterminati abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament Nru 794/2004 (u b’mod partikolari tal-Artikoli 9 u 11 tiegħu), billi għalhekk tiġi applikata rata ta’ interessi bbażata fuq is-sistema tal-interessi komposti?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament Nru 794/2004, jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet Liġi Nru 185/2008, li tipprevedi, permezz ta’ riferiment għar-Regolament Nru 794/2004, l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, meta d-deċiżjoni li ddikjarat lil din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u ordnat l-irkupru ġiet adottata u nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi kkonstatat li t-talba għal deċiżjoni preliminari tirreferi mhux biss għall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008, iżda wkoll għall-Artikolu 1 tad-Digriet-Liġi Nru 10/2007 kif ukoll għall-Artikolu 19 tad-Digriet Liġi Nru 135, tal-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, imsemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza. Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, għal dak li jirrigwarda l-każ inkwistjoni tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 1(3) tad-Digriet-Liġi Nru 10/2007 tal-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE> u l-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008 huma redatti f’termini identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ma tindikax b’mod ċar liema minn dawn id-dispożizzjonijiet hija applikabbli għall-każ inkwistjoni tal-kawża prinċipali. Hija sempliċement tosserva li d-deċiżjoni li hija s-suġġett tat-tilwima quddiem il-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>l-kalkolu tal-interessi fuq bażi komposta huwa korrett, sa fejn dan isir skont l-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa xieraq li wieħed jitlaq mill-ipoteżi li din id-dispożizzjoni tal-aħħar hija applikabbli għall-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u dan huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevverifka.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, fil-każ ta’ deċiżjoni negattiva dwar għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju. L-għajnuna li għandha tiġi rkuprata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi, konformement mal-Artikolu 14(2) ta’ dan ir-regolament, l-interessi. Madankollu, din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma tippreċiżax jekk dawn l-interessi għandhomx jiġu applikati fuq bażi sempliċi jew fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, għalkemm l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 794/2004 jipprovdi li r-rata tal-interessi hija applikata fuq bażi komposta sad-data tal-irkupru tal-għajnuna u li l-interessi akkumulati għal sena jipproduċu interessi f’kull sena sussegwenti, hemm madankollu lok li jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni hija, skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, applikabbli biss għad-deċiżjonijiet ta’ rkupru nnotifikati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, jiġifieri wara l-<DATE ISO="20040520">20 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, ladarba d-Deċiżjoni 2003/193, li ddikjarat inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna suġġetta għal irkupru fil-kawża prinċipali, ġiet innotifikata lir-Repubblika Taljana fis-<DATE ISO="20020607">7 ta’ Ġunju 2002</DATE>, jiġifieri qabel il-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004, l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament ma huwiex, bħala tali, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kwistjoni ta’ liema leġiżlazzjoni kienet applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004 sabiex jiġi ddeterminat jekk l-interessi kellhomx ikunu sempliċi jew komposti, għandu jitfakkar li, fis-sentenza Il-Kummissjoni vs Département du Loiret (C‑295/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:707">EU:C:2008:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża li wasslet għal dik is-sentenza, jiġifieri fit-<DATE ISO="20000712">12 ta’ Lulju 2000</DATE>, la d-dritt Komunitarju u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali ma kienu jispeċifikaw jekk l-interessi li għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi kellhomx ikunu kkalkolati fuq bażi sempliċi jew fuq bażi komposta. Fl-assenza ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li l-prassi tal-Kummissjoni, deskritta fid-dettall b’mod partikolari fl-ittra tagħha lill-Istati Membri SG (91) D/4577, tal-<DATE ISO="19910304">4 ta’ Marzu 1991</DATE>, torbot il-kwistjoni tal-impożizzjoni tal-interessi mar-regoli proċedurali tal-irkupru u tirreferi, f’dan ir-rigward, għad-dritt nazzjonali (sentenza Il-Kummissjoni vs Département du Loiret, C‑295/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:707">EU:C:2008:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 82 sa 84).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa biss fil-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-rati tal-interessi applikabbli fil-każ tal-irkupru ta’ għajnuna illegali ppubblikata fit-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE> li l-Kummissjoni stipulat espressament li hija kienet ser tapplika rata tal-interessi komposta f’kull deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna illegali li hija setgħet tadotta fil-futur (sentenza Il-Kummissjoni vs Département du Loiret, C‑295/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:707">EU:C:2008:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46) u li hija kienet tistenna li l-Istati Membri japplikaw interessi komposti fl-eżekuzzjoni ta’ kull deċiżjoni ta’ rkupru.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Deċiżjoni 2003/193, din teżiġi, fl-Artikolu 3(2) tagħha, li l-irkupru tal-għajnuna għandu jsir immedjatament, konformement mal-proċeduri nazzjonali, mingħajr madankollu ma’ tipprovdi indikazzjoni supplimentari fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk dawn l-interessi għandhomx jiġu applikati fuq bażi sempliċi jew fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lir-Repubblika Taljana fis-<DATE ISO="20020607">7 ta’ Ġunju 2002</DATE>, jiġifieri qabel il-bdil tal-prassi tal-Kummissjoni indikat fil-komunikazzjoni tagħha dwar ir-rati tal-interessi applikabbli fil-każ tal-irkupru ta’ għajnuna illegali, għandu jiġi konkluż, fuq il-bażi tal-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza Il-Kummissjoni vs Département du Loiret (C‑295/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:707">EU:C:2008:707</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huwa d-dritt nazzjonali li għandu jiddetermina jekk, fil-każ partikolari, ir-rata tal-interessi kellhiex tiġi applikata fuq bażi sempliċi jew fuq bażi komposta.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra, fid-deċiżjoni tar-rinviju tagħha, li l-kliem tal-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008 jirreferi biss għall-Kapitolu V tar-Regolament Nru 794/2004, u mhux għall-Kapitolu VI tiegħu, li jinkludi d-dispożizzjoni tranżitorja tal-Artikolu 13, b’mod li dan ir-riferiment ma huwiex suġġett, mid-dritt nazzjonali, għal-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> stipulata f’dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008, kif interpretat mill-qorti tar-rinviju, ma jistax jitqies li huwa kuntrarju għall-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 794/2004. Fil-fatt, minkejja li dan l-artikolu tal-aħħar jiddetermina, fl-ewwel paragrafu tiegħu, id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament u jispeċifika, fil-ħames paragrafu tiegħu, li l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda l-kalkolu tal-interessi fuq bażi komposta, huwa applikabbli biss għad-deċiżjonijiet ta’ rkupru nnotifikati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-istess regolament, xorta waħda ma jistax jiġi dedott minn tali limitazzjoni tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament Nru 794/2004 prinċipju li jipprojbixxi lill-Istati Membri, unikament kompetenti, fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2003/193, sabiex jiddeterminaw il-bażi tal-kalkolu tal-interessi, milli jilleġiżlaw f’sens pjuttost milli ieħor. Għalhekk, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 794/2004 ma jintroduċix regola ta’ nuqqas ta’ retroattività applikabbli għal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 794/2004.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li d-Digriet-Liġi Nru 185/2008, sa fejn jirregola l-modalitajiet ta’ kalkolu tal-interessi li għandhom jiġu previsti sabiex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat iddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, huwa intiż b’mod partikolari sabiex jimplementa l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2003/193. B’hekk, dan jimplementa l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999. Issa, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li meta l-Istati Membri jadottaw miżuri li permezz tagħhom huma jimplementaw id-dritt tal-Unjoni, huma marbuta li josservaw il-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt (sentenza Ålands Vindkraft, C‑573/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2037">EU:C:2014:2037</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 125).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fost dawn il-prinċipji ġenerali hemm, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, minkejja li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li regolament jiġi applikat retroattivament, jiġifieri għal sitwazzjoni li tkun seħħet qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, u dan indipendentement mill-effetti favorevoli jew sfavorevoli li tali applikazzjoni jista’ jkollha għall-parti kkonċernata, l-istess prinċipju jeżiġi li kull sitwazzjoni ta’ fatt tiġi normalment, u mingħajr indikazzjoni espressa kuntrarja, evalwata fid-dawl tar-regoli ta’ dritt li huma kontemporanji għaliha. Madankollu, jekk il-liġi ġdida hija b’hekk applikabbli biss għall-futur, din għandha tapplika wkoll, ħlief fil-każ ta’ deroga, għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt il-liġi antika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bavaria, C‑120/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:798">EU:C:2010:798</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 40, 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jistax jiġi estiż b’mod li jimpedixxi, b’mod ġenerali, leġiżlazzjoni ġdida milli tapplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li oriġinaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti (sentenza Stadt Papenburg, C‑226/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:10">EU:C:2010:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitfakkar li l-applikazzjoni ta’ interessi komposti ġiet introdotta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fil-punti 24 u 25 ta’ din is-sentenza. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, id-dritt Taljan kien japplika, konformement mal-Artikolu 1282 tal-Kodiċi Ċivili, interessi sempliċi.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Billi jipprevedi l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni 2003/193, id-Digriet-Liġi Nru 185/2008 ma joħloq ebda effett retroattiv, iżda sempliċement japplika leġiżlazzjoni ġdida għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li oriġinaw taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 36 ta’ dan id-digriet-liġi jistabbilixxi d-dħul fis-seħħ tiegħu għall-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gazzetta ufficiale della Repubblica italiana, jiġifieri fid-<DATE ISO="20081129">29 ta’ Novembru 2008</DATE>, b’tali mod li d-digriet-liġi ma daħalx fis-seħħ qabel id-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-avviżi ta’ impożizzjoni ta’ taxxa, li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ interessi fuq bażi komposta ġew innotifikati lil A2A wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet-liġi. Peress li l-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġietx irkuprata u lanqas ma ġiet suġġetta għal avviż ta’ impożizzjoni ta’ taxxa fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet-liġi, dan tal-aħħar ma jistax jitqies li jaffettwa sitwazzjoni li seħħet qabel.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tat-terminu twil li għadda bejn l-adozzjoni, fil-<DATE ISO="20020605">5 ta’ Ġunju 2002</DATE>, tad-Deċiżjoni 2003/193, li permezz tagħha l-Kummissjoni talbet l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat fil-kawża prinċipali, u l-ħruġ, matul is-sena 2009, tal-avviż ta’ impożizzjoni ta’ taxxa intiż sabiex jiżgura l-irkupru effettiv ta’ din l-għajnuna mill-Istat, hemm lok li jitqies li l-applikazzjoni ta’ interessi komposti tikkostitwixxi mezz partikolarment xieraq sabiex wieħed jasal biex jinnewtralizza l-vantaġġ kompetittiv mogħti illegalment lill-impriżi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħad-Digriet-Liġi Nru 185/2008 inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar lok, tal-kwistjoni, imqajma minn A2A fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, dwar jekk id-Digriet-Liġi Nru 185/2008 jmurx kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma hemmx lok li jiġu eżaminati kwistjonijiet oħra sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-partijiet tal-kawża prinċipali li ma humiex dawk li huma s-suġġett tad-deċiżjoni tar-rinviju tal-qorti nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kersbergen-Lap u Dams-Schipper, C‑154/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:449">EU:C:2006:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 21 u 22 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju ma qajmitx din il-kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma għandha informazzjoni li tippermettilha li tivverifika jekk A2A tridx tinvoka l-benefiċċju ta’ prassi deċiżjonali nazzjonali li tista’ tkun ta’ ostakolu fir-rigward tal-legalità. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi rrikonċiljat mal-osservanza tal-legalità, li skontu ħadd ma jista’ jinvoka, għall-benefiċċju tiegħu stess, illegalità mwettqa favur persuna oħra (sentenza The Rank Group, C‑259/10 u C‑260/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:719">EU:C:2011:719</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 62 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li teżamina l-argument imressaq minn A2A dwar il-possibbiltà ta’ differenza fit-trattament li hija kuntrarja għall-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha premessi, hemm lok li għad-domanda li saret tingħata r-risposta li l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 u l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament Nru 794/2004 ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185/2008, li tipprevedi, permezz ta’ riferiment għar-Regolament Nru 794/2004, l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, anki jekk id-deċiżjoni li ddikjarat din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ordnat l-irkupru ġiet adottata u nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185 tad-<DATE ISO="20081129">29 ta’ Novembru 2008</DATE> li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti ta’ għajnuna għall-familji, għax-xogħol, għall-impjieg u għall-impriżi, u li huwa intiż sabiex jorjenta mill-ġdid il-qafas strateġiku nazzjonali għal funzjoni kontra l-kriżi, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 2 tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, li tipprevedi, permezz ta’ riferiment għar-Regolament Nru 794/2004, l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, anki jekk id-deċiżjoni li ddikjarat din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ordnat l-irkupru ġiet adottata u nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>