<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-367/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0367</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1025">EU:C:2018:1025</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20181219">19.12.2018</DATE> – Kawża C‑367/17</HT></P><P>S</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 510/2006</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2)(e)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1151/2012</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(e)</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Perżut mir-reġjun fil-Foresta s-Sewda, il-Ġermanja (Schwarzwälder Schinken)</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli ta’ ppakkjar fir-reġjun ta’ produzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 jew tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑367/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundespatentgericht (il-Qorti Federali tal-Privattivi, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20170613">13 ta’ Ġunju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">EA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EB,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">EC,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, Viċi President, li qed taġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, C. G. Fernlund u S. Rodin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal S, minn J. Schwarze u U. Gruler, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal EC, minn K. Sandberg u V. Schoene, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers kif ukoll minn B. Hofstötter, I. Naglis u D. Bianchi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335M" PAGE.FIRST="213" DATE.PUB="20081213">ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 213</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn S., li hija assoċjazzjoni, minn naħa, u EA, EB u EC min-naħa l-oħra, dwar deċiżjoni li permezz tagħha d-Deutsches Patent- und Markenamt (l-Uffiċċju Ġermaniż tal-Privattivi u tat-Trade Marks, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>DPMA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) ċaħad it-talba ta’ S. intiża għal emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>IĠP<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) tat-tip <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (perżut tal-Foresta s-Sewda), sa fejn din il-bidla tirrigwarda l-indikazzjonijiet dwar il-qtugħ u l-imballaġġ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament Nru 510/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għandha tinkludi mill-inqas:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-metodu ta’ kif jinkiseb il-prodott agrikolu jew l-oġġett ta’ l-ikel u, jekk xieraq, il-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni rigward l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant fis-sens ta’ l-Artikolu 5(1) jiddetermina hekk u jagħti raġunijiet għalfejn l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika definita biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità jew biex tiġi żgurata l-oriġini jew il-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Grupp wieħed biss għandu jkun intitolat li japplika għal reġistrazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tfisser kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ produtturi jew ta’ dawk li jipproċessaw, li jittrattaw l-istess prodott agrikolu jew oġġett ta’ l-ikel, irrispettivament mill-forma legali jew mill-kompożizzjoni tiegħu. Partijiet interessati oħrajn jistgħu jipparteċipaw fil-grupp. Persuna fiżika jew ġuridika tista’ tiġi ttrattata bħala grupp skond ir-regoli dettaljati msemmijin fl-Artikolu 16(ċ).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 510/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322M" PAGE.FIRST="364" DATE.PUB="20081202">ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 364</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Jekk il-grupp applikant jiddetermina fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li l-ippakkjar tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel kif imsemmi f’punt (e) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu jitwettaq fiż-żona ġeografika definita, għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet, speċifiċi għall-prodott, għal tali restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 510/2006 ġie mħassar u ssostitwit, b’effett mit-<DATE ISO="20130103">3 ta’ Jannar 2013</DATE>, bir-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Denominazzjoni protetta tal-oriġini jew [IĠP], għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fuq talba ta’ S, id-deskrizzjoni tat-tip <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> hija rreġistrata mill-<DATE ISO="19970125">25 ta’ Jannar 1997</DATE> bħala IĠP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-talba tiegħu tat-<DATE ISO="20050323">23 ta’ Marzu 2005</DATE>, S talab, quddiem id-DPMA, sensiela ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19920714">14 ta’ Lulju 1992</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-eżami ta’ din it-talba ta’ emenda, it-taqsima trade marks 3.2 tad-DPMA ġabret opinjonijiet minn korpi speċjalizzati u kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li l-opinjonijiet inkwistjoni ġew irċevuti, permezz ta’ nota tat-<DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, li waslet għand id-DPMA fil-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, S, li ħa inkunsiderazzjoni dawn l-opinjonijiet, ressaq talba ġdida għal emenda tal-ispeċifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati tliet oppożizzjonijiet kontra din it-talba, fosthom waħda minn EC, li ppreżenta osservazzjonijiet f’din il-proċedura. EC huwa bejjiegħ bl-imnut kbir ta’ prodotti tal-laħam li bħalissa jwettaq il-qtugħ u l-ippakkjar tas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> barra mir-reġjun ta’ produzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20081205">5 ta’ Diċembru 2008</DATE>, id-DPMA ċaħad it-talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni sa fejn din tirrigwarda l-indikazzjonijiet dwar il-qtugħ u l-ippakkjar, peress li din it-talba ma kinitx tosserva d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 510/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>S ippreżenta rikors intiż għar-riforma tal-parti tad-deċiżjoni tad-DPMA li tiċħad l-imsemmija talba għal emenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-Bundespatentgericht (il-Qorti Federali tal-Privattivi, il-Ġermanja) annullat id-deċiżjoni tad-DPMA u ddeċidiet li t-talba għal emenda tal-ispeċifikazzjoni kienet konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament 510/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>EC appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) annullat id-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, u rrinvijat il-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Bundesarbeitsgericht (il-Qorti Federali tal-Privattivi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni dwar talba, imressqa fil-<DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE> lill-awtorità nazzjonali kompetenti – f’dan il-każ id-[DPMA] –, dwar bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens li l-qtugħ u l-imballaġġ tal-prodott – f’dan il-każ il-Schwarzwälder Schinken – jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni għandha tingħata abbażi tar-Regolament Nru 510/2006 fis-seħħ fid-data tat-tressiq tat-talba jew fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1151/2012 fis-seħħ fid-data tad-deċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn id-deċiżjoni għandha tingħata fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1151/2012 attwalment fis-seħħ:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>2.1</NO.P><TXT>a) Iċ-ċirkustanza li trasport inadegwat tal-prodott bl-iskop tal-ipproċessar (qtugħ u imballaġġ) f’reġjuni oħra jista’ jkollu effett dannuż fuq it-togħma awtentika, il-kwalità awtentika u l-konservazzjoni tikkostitwixxi, mill-perspettiva tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott, argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 li l-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-qtugħ u tal-imballaġġ previsti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li ma jmorrux lil hinn mill-kriterji fis-seħħ fil-qasam ta’ iġjene alimentari jikkostitwixxu, mill-perspettiva tal-assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott, argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 li l-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.2</NO.P><TXT>a) Il-fatt li l-kontrolli (tal-produtturi) li għalhekk ser ikunu possibbli f’dan ir-rigward fir-reġjun ta’ produzzjoni [Artikolu 7(1)(g) flimkien mal-Artikolu 36(3)(a) u l-Artikolu 37 tar-Regolament Nru 1151/2012] joffru intensità ta’ kontroll ogħla u, b’mod ġenerali, garanzija aħjar milli l-kontrolli (tal-abbużi) fis-sens tal-Artikolu 36(3)(b) flimkien mal-Artikolu [38] tar-Regolament Nru 1151/2012 jista’ bħala prinċipju jitqies bħala argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 id-dispożizzjoni prevista mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, li skont din il-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn tingħata risposta negattiva għad-domanda 2.2 a):</TXT><P>Evalwazzjoni oħra tkun iġġustifikata meta l-prodott huwa prodott li t-talba għalih hija tant kbira fil-livell interreġjonali li, fil-parti l-kbira, jinqata’ u jiġi suġġett għal imballaġġ barra mir-reġjun ta’ produzzjoni, inkluż meta każijiet konkreti ta’ użu frawdolenti, fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1151/2012, tal-indikazzjoni ġeografika protetta sal-lum ma ġewx ikkonstatati?</P></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2.3</NO.P><TXT>Il-fatt li, jekk dan ma jseħħx, it-traċċabbiltà tal-prodott ipproċessat ma hijex assigurata b’mod ċert jista’ jitqies bħala argument speċifiku għall-prodott li jiġġustifika b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012 dispożizzjoni prevista fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta li skont din il-qtugħ u l-imballaġġ jistgħu jseħħu biss fir-reġjun ta’ produzzjoni?</TXT><P>F’dan il-kuntest, għandha importanza ċ-ċirkustanza li</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE>, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463)] flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 931/2011, tad-<DATE ISO="20110919">19 ta’ Settembru 2011</DATE>, dwar ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-ikel li joriġina mill-annimali [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="242" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 242, p. 2</REF.DOC.OJ>)] it-traċċabbiltà tal-ikel, b’mod partikolari dak li joriġina mill-annimali, għandha tiġi żgurata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-traċċabbiltà tal-prodott għandha tiġi żgurata permezz tal-parteċipazzjoni ta’ dawk li jipproċessaw il-prodott f’sistemi privati ta’ sigurtà, legalment volontarji, iżda fil-prattika obbligatorji?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.4</NO.P><TXT>Fil-faż fejn tingħata risposta affermattiva għal waħda mid-domandi 2.1 sa 2.3:</TXT><P>Jista’ jew għandu, ikun previst mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ta’ indikazzjoni ġeografika protetta, inkwantu mezz inqas vinkolanti meta pparagunat maċ-ċaqliq lura obbligatorju tal-qtugħ u tal-imballaġġ fir-reġjun ta’ produzzjoni, li dawk li jipproċessaw il-prodott stabbiliti barra mir-reġjun ta’ produzzjoni għandhom jissottomettu ruħhom f’dan ir-rigward għal kontroll mill-awtoritajiet u mill-organi kompetenti għall-kontrolli fir-reġjun ta’ produzzjoni skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt [Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 1151/2012]?</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn id-deċiżjoni għandha tittieħed fuq il-bażi tar-Regolament Nru 510/2006 (ara d-domanda 1), il-qorti tar-rinviju titlob li tingħata risposta għad-domandi magħmula fil-punt 2 abbażi ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari tal-Artikolu 4(2)(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 8 u mal-premessa 8 tar-Regolament [Nru 1898/2006].<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-deċiżjoni dwar talba għal emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ IĠP, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhiex tiġi rregolata mill-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament Nru 510/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1898/2006, fis-seħħ fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jew mill-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012, fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tali deċiżjoni. Peress li dawn id-dispożizzjonijiet huma essenzjalment identiċi, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament Nru 510/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1898/2006, u mal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit tal-ippakkjar ta’ prodott iċċertifikat permezz ta’ IĠP, bħas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni tiegħu huwa ġġustifikat, b’mod<?PAGE NO="6"?> konformi mal-imsemmi Artikolu 4(2)(e), jekk dan ikollu bħala skop il-prevenzjoni tar-riskju li t-trasport, il-qtugħ jew l-ippakkjar barra minn din iż-żona joħolqu lill-kwalità tal-prodott, li jiżgura l-ogħla effettività tal-kontrolli fiż-żona inkwistjoni u sabiex jiżgura li t-traċċabbiltà tal-prodott, meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ewropea, tkun protetta aħjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament Nru 510/2006 jipprovdi li l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jinkludu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>informazzjoni rigward l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant […] jiddetermina hekk u jagħti raġunijiet għalfejn l-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika definita biex tiġi ssalvagwardjata l-kwalità jew biex tiġi żgurata l-oriġini jew il-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1898/2006 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[j]ekk il-grupp applikant jiddetermina fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li l-ippakkjar tal-prodott agrikolu jew ta’ l-ikel kif imsemmi f’punt (e) ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandu jitwettaq fiż-żona ġeografika definita, għandhom jingħataw ġustifikazzjonijiet, speċifiċi għall-prodott, għal tali restrizzjonijiet fuq il-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012, l-ispeċifikazzjonijiet tal-IĠP għandu jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet imsemmija, ir-rekwiżit ta’ ippakkjar f’żona ġeografika delimitata ta’ prodott kopert b’IĠP għandu jkollha l-għan li tipproteġi l-kwalità, li tiggarantixxi l-oriġini jew li tiżgura l-kontroll ta’ dak il-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni timmanifesta tendenza ġenerali li tiżdied il-kwalità tal-prodotti fil-kuntest tal-politika agrikola komuni, sabiex tiżdied ir-reputazzjoni tal-imsemmija prodotti, b’mod partikolari, permezz tal-użu ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini li jgawdu minn protezzjoni partikolari. Din tfittex ukoll li tissodisfa l-istennija tal-konsumaturi fil-qasam ta’ prodotti ta’ kwalità u ta’ oriġini ġeografika ċerta kif ukoll li tiffaċilita l-kisba mill-produtturi, f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ugwali, ta’ dħul aħjar minħabba sforz kwalitattiv reali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Kakavetsos-Fragkopoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑161/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:110">EU:C:2011:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, speċifikazzjoni tal-prodott li tissuġġetta l-għoti tal-IĠP b’mod partikolari għat-twettiq tal-qtugħ u tal-ippakkjar ta’ perżut fir-reġjun ta’ produzzjoni tfittex li tippermetti lill-benefiċjarji ta’ din l-IĠP li jżommu l-kontroll fuq wieħed mill-modi ta’ preżentazzjoni ta’ dan il-prodott fis-suq. Din il-kundizzjoni stabbilita minnha għandha l-għan li tissalvagwarda aħjar il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott, kif ukoll, konsegwentement, ir-reputazzjoni tal-IĠP, li għaliha l-benefiċjarji tagħha jassumu r-responsabbiltà sħiħa u kollettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio del Prosciutto di Parma u Salumificio S. Rita</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:296">EU:C:2003:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kundizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, minkejja l-effetti restrittivi tagħha fuq il-kummerċ, jekk jintwera li hija tikkostitwixxi mezz neċessarju u proporzjonat ta’ natura li tissalvagwardja l-kwalità tal-prodott inkwistjoni, li tiggarantixxi l-oriġini jew li tiżgura l-kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ din l-IĠP (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio del Prosciutto di Parma u Salumificio S. Rita</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:296">EU:C:2003:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tenfasizza, f’dak li jikkonċerna r-riskju ta’ effett ħażin fuq il-kwalità tal-prodott minħabba trasport mhux adattat, kemm jekk dan ir-riskju jikkonċerna lil kull prodott ikkummerċjalizzat b’IĠP jew le u li l-ebda speċifikazzjoni dwar it-trasport li tista’ tevita l-eventwali effetti ħżiena fuq dan il-prodott ma tressqet minn S.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn l-għan tar-rekwiżit li l-ippakkjar isir f’żona ġeografika delimitata ta’ prodott b’IĠP huwa, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-kwalità ta’ dan il-prodott, għandu jiġi kkonstatat li dan ir-rekwiżit huwa rilevanti biss jekk l-ippakkjar barra miż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-imsemmi prodott joħloq riskji għola għall-kwalità ta’ dan l-istess prodott u mhux jekk prodotti oħra simili jiffaċċjaw l-istess riskju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-ispeċifikazzjonijiet imressqa minn S li jikkonċernaw il-qtugħ u l-ippakkjar huma kemm normali fil-kummerċ tal-perżut, kif ukoll ma jmorrux lil hinn mill-kriterji eżistenti fil-qasam tal-iġjene alimentari la jikkonferma u lanqas jeskludi, bħala tali, il-ħolqien ta’ riskji ikbar f’każ ta’ ppakkjar barra miż-żona ta’ produzzjoni ta’ prodott iċċertifikat minn IĠP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-fatt li fid-deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjoni tagħha l-Kummissjoni Ewropea diġà aċċettat argumenti simili fir-rigward ta’ prodotti simili, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju ma hijiex obbligata tevalwa jekk l-argumenti ppreżentati jiġġustifikawx l-ippakkjar f’żona ġeografika delimitata tal-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl ta’ allegata prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li dan l-argument ġie invokat minn S b’mod ġenerali, mingħajr ebda ġustifikazzjoni iktar dettaljata, u li, konsegwentement, ma ġiex ipprovat li l-ippakkjar fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni huwa neċessarju sabiex jiggarantixxi l-oriġini tal-prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Finalment, f’dak li jikkonċerna l-għan li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-osservanza tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, S isostni li l-effettività tal-kontrolli hija b’mod ġenerali ikbar fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni meta prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi, fil-biċċa l-kbira, ikkummerċjalizzat barra miż-żona ġeografika msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio del Prosciutto di Parma u Salumificio S. Rita</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:296">EU:C:2003:296</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li fiċ-ċirkustanzi fejn l-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) tal-prodott inkwistjoni f’din il-kawża jistabbilixxi l-istadji differenti tal-qtugħ u tal-ippakkjar li jagħtu lok għal interventi tekniċi u ta’ kontroll preċiżi ħafna, li jirrigwardaw l-awtentiċità, il-kwalità, l-iġjene u t-tikkettar, li xi wħud minnhom jirrikjedu evalwazzjonijiet speċjalizzati, kontrolli mwettqa barra mir-reġjun ta’ produzzjoni jagħtu inqas garanziji għall-kwalità u għall-awtentiċità ta’ dan il-prodott minn dawk imwettqa fir-reġjun ta’ produzzjoni skont il-proċedura stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan huwa b’mod partikolari l-każ jekk l-ispeċifikazzjoni talloka t-twettiq ta’ kontrolli dettaljati u sistematiċi lil professjonisti li għandhom konoxxenza speċjalizzata tal-karatteristiċi tal-prodotti inkwistjoni u li, għalhekk, huwa diffiċilment previst li dawk il-kontrolli jiġu stabbiliti b’mod effettiv fl-Istati Membri l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio del Prosciutto di Parma u Salumificio S. Rita</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:296">EU:C:2003:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, anki jekk l-ispeċifikazzjoni tal-prodott irreġistrat taħt l-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fiha speċifikazzjonijiet li għandhom jiġu segwiti waqt il-qtugħ u l-ippakkjar ta’ dan il-prodott u jekk dan huwa, fil-biċċa l-kbira, ikkummerċjalizzat barra miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitqiesu mill-qorti tar-rinviju bħala normali fil-kummerċ tal-perżut jew li ma jmorrux lil hinn mill-kriterji fis-seħħ fil-qasam tal-iġjene alimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li l-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament Nru 510/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1898/2006, u mal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament Nru 1151/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit tal-ippakkjar ta’ prodott iċċertifikat permezz ta’ IĠP fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni tiegħu huwa ġġustifikat, b’mod konformi mal-imsemmi Artikolu 4(2)(e), jekk dan ikun jikkostitwixxi mezz neċessarju u proporzjonat għas-salvagwardja tal-kwalità tal-prodott, biex jiggarantixxi l-oriġini tiegħu jew biex jiżgura l-kontroll<?PAGE NO="8"?> tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan ir-rekwiżit huwiex iġġustifikat minn wieħed mill-għanijiet imsemmija iktar ’il fuq, fir-rigward tal-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(2)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 510/2006, u mal-Artikolu 7(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rekwiżit tal-ippakkjar ta’ prodott iċċertifikat permezz ta’ indikazzjoni ġeografika protetta fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni tiegħu ikun iġġustifikat, b’mod konformi mal-imsemmi Artikolu 4(2)(e), jekk dan ikun jikkostitwixxi mezz neċessarju u proporzjonat għas-salvagwardja tal-kwalità tal-prodott, biex jiggarantixxi l-oriġini tiegħu jew biex jiżgura l-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan ir-rekwiżit huwiex iġġustifikat minn wieħed mill-għanijiet imsemmija iktar ’il fuq, fir-rigward tal-IĠP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Schwarzwälder Schinken<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>