Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar tal-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28) - Nuqqas ta’ nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki tajba tal-laboratorji.
Dispożittiv
1) Billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-implementazzjoni tal-prinċipji ta’ prattiki tajba tal-laboratorju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar tal-2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP).
2) Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.