Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu

(Kawża C‑95/08)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2004/9/KE – Nuqqas ta’ nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prassi tajba tal-laboratorji”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 24)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar tal-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28) - Nuqqas ta’ nomina tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjoni tal-laboratorji u għall-verifika tal-istudji mwettqin minn dawn tal-aħħar sabiex jevalwaw il-konformità tagħhom mal-prattiki tajba tal-laboratorji.

Dispożittiv

1)

Billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-implementazzjoni tal-prinċipji ta’ prattiki tajba tal-laboratorju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar tal-2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP).

2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.