22001D0089



Official Journal L 251 , 20/09/2001 P. 0013 - 0014


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 89/2001

tat-13 ta' Lulju 2001

li temenda l-L-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u fitsanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewoprea, kif emendat permezz tal-Prtokoll li jirranġa l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1].

(2) Ċerti atti li huma inkorporati fil-Kapitolu I ta' l-Anness I mal-Ftehim għandhom jiġu mneħħija u mdaħħla taħt intestaturi ġodda.

(3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għall-Islanda u Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. It-test tal-punti 53 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE), 72 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/693/KE) u 174 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/94/KE) fil-Parti 8.2 għandu jiġi mħassra u mdaħħla bħala punti ġodda 1, 2 u 3 rispettivament taħt l-intestatura li ġejja:

"8.3.0. Semen, Ova u embrijoni'."

2. It-test tal-punti 156 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/252/KE) u 164 (Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/71/KE) fil-Parti 8.2 għandu jiġi mħassar u mdaħħal bħala punti ġodda 1 u 2 rispettivament taħt l-intestatura li ġejja:

"8.3.6. Ħalib u prodotti tal-ħalib"

3. It-test tal-punt 114 (Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KR) fil-Parti 8.2 għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2001, kemm-il darba n-notifiki skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mogħtija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-13ta' Lulju 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, p. 58.

[2] L-ebda kondizzjoni kostituzzjonali neċessarja indikata.

--------------------------------------------------