18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/15


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/2137

tal-15 ta’ Diċembru 2020

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta’ Ottubru 2008 u ġie applikat b’mod proviżorju mid-29 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Skont l-Artikolu 230(4) tal-Ftehim, il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jistabbilixxi u jissorvelja kwalunkwe kumitat speċjali biex jittratta l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu.

(3)

Sabiex il-kwistjonijiet kollha tal-Ftehim li jirrigwadaw il-kummerċ fis-servizzi jiġu ttrattati b’aktar effiċjenza, jenħtieġ li il-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE għandu l-intenzjoni li jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi.

(4)

Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE billi d-deċiżjoni li tistabbilixxi Kumitat Speċjali għas-Servizzi ser ikollha effetti legali.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għalhekk jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE stabbilit bil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat Speċjali għas-Servizzi għandha tkun bbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE (2).

2.   Xi bidliet żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE jista’ jkun hemm qbil dwarhom mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat tal-Kummerċ u tal-Iżvilupp tal-CARIFORUM-UE, mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni oħra tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjonigħandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KLOECKNER


(1)   ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(2)  Ara d-dokument ST13287/20 fuq http://register.consilium.europa.eu