Brussell, 28.9.2021

COM(2021) 587 final

2021/0299(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, fl-Isem Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd (FPA) bejn ir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u l-Komunità Ewropea ġie ffirmat u daħal fis-seħħ b’mod provviżorju fit-8 ta’ Awwissu 2008 għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Ftehim jiġġedded b’mod taċitu u għalhekk għadu fis-seħħ. L-aħħar protokoll ta’ implimentazzjoni tal-FPA, għal perjodu inizjali ta’ erba’ snin (2015–2019), ġie estiż darbtejn, għal perjodu ta’ sena kull darba. Dan se jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2021 1 . Abbażi tad-direttivi ta’ negozjati 2 , il-Kummissjoni Ewropea wettqet negozjati mal-Gvern tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem “il-Mauritania”) bil-ħsieb li tikkonkludi, f’isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli kif ukoll protokoll ta’ implimentazzjoni. Fi tmiem dawn in-negozjati, fit-28 ta’ Lulju 2021 in-negozjaturi inizjalaw Ftehim u Protokoll.

Il-Ftehim il-ġdid ikopri perjodu ta’ sitt snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 20 tiegħu, jiġifieri d-data tal-iffirmar tiegħu miż-żewġ partijiet. Jista’ jiġġedded bi ftehim taċitu.

Il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni l-ġdid ikopri perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 19 tiegħu, jiġifieri d-data tal-iffirmar tiegħu miż-żewġ partijiet. Dan jipprevedi klawżola ta’ reviżjoni matul it-tieni sena ta’ applikazzjoni tiegħu bil-ħsieb ta' aġġustament possibbli tal-opportunitajiet tas-sajd u ta' kumpens finanzjarju.

Il-proposta għandha l-għan li tawtorizza l-konklużjoni taż-żewġ atti.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-objettiv ewlieni tal-Ftehim il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat, jiġifieri li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riformata u d-dimensjoni esterna tagħha, bil-ħsieb li titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika fil-qasam tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania.

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jagħti opportunitajiet ta’ sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania, skont l-aqwa opinjonijiet xjentifiċi disponibbli u r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF), fil-limiti tar-riżerva disponibbli. Il-Kummissjoni Ewropea bbażat il-pożizzjoni tagħha fin-negozjati parzjalment fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni tal-protokoll preċedenti (2015–2019) u evalwazzjoni prospettiva dwar jekk għandux jiġi konkluż protokoll ġdid. Dawn l-evalwazzjonijiet twettqu minn esperti esterni. L-objettiv huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania sabiex jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u fl-Oċean Atlantiku, fl-interess taż-żewġ partijiet. Din il-kooperazzjoni forst l-oħrajn tikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi waqt li tirrispetta kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, bi qbil mal-Konvenzjoni 188 tal-ILO dwar ix-xogħol fis-settur tas-sajd.

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi, matul l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tiegħu, l-istess opportunitajiet tas-sajd offruti mill-Protokoll attwali, ħlief għat-tunnellaġġ ta’ referenza għaż-żewġ kategoriji tat-tonn li għalihom sar aġġustament marġinali. Dawn huma b’mod partikolari l-kategoriji li ġejjin:

–    Kategorija 1 - Bastimenti tas-sajd għal krustaċji ħlief l-awwista u l-granċ: 5 000 tunnellata u 15-il bastiment;

–    Kategorija 2 - Bastimenti tat-tkarkir (mingħajr friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ għall-merluzz iswed: 6 000 tunnellata u 4 bastimenti;

Kategorija 2a - Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-merluzz iswed: 3 500 tunnellata ta’ merluzz, 1 450 tunnellata ta’ klamari, 600 tunnellata ta’ siċċ għal 6 bastimenti;

–    Kategorija 3 - Bastimenti tas-sajd għall-ispeċijiet tal-ħut tal-qiegħ minbarra l-merluzz l-iswed, bi rkaptu ieħor mhux bix-xbieki tat-tkarkir: 3 000 tunnellata u 6 bastimenti;

–    Kategorija 4 - Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: 14 000 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 29 bastiment;

–    Kategorija 5 - Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konzijiet: 7 000 tunnellata (tunnellaġġ ta’ referenza) u 15-il bastiment;

–    Kategorija 6: Bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża użati għas-sajd għall-ħut pelaġiku: 247 500 tunnellata u 19-il bastiment;

–    Kategorija 7 - Bastimenti tas-sajd mingħajr friża għall-ħut pelaġiku: 15 000 tunnellata (imnaqqsa mill-volum tal-kategorija 6, jekk jintużaw) u 2 bastimenti.

•Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli mal-Mauritania u l-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu huma parti mill-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-konfront tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), u jqis b’mod partikolari l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tar-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem.

Fil-każ tal-Mauritania, il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huwa parti minn qafas ta’ sħubija bilaterali usa’ li jkopri diversi oqsma, fosthom il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-paċi u s-sigurtà, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, l-iżvilupp tal-bniedem, it-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, inkluż il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-ambjent u t-tibdil fil-klima kif ukoll il-politiki favur ir-reġjuni ultraperiferiċi.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika hija l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jistabbilixxi l-Politika Komuni tas-Sajd, u l-Artikolu 218(5) tiegħu, li jikkonċerna l-firma tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi u l-possibbiltà għall-applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-Ftehimiet.

Skont l-Artikolu 218(5) tat-TFUE, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tawtorizza l-firma tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni ħlief f’oqsma li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Għalhekk, l-uffiċjali maħtura mill-Kummissjoni biss huma kompetenti li jiffirmaw il-ftehim bejn l-Unjoni u pajjiż terz.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet u mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2018, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll tal-2015–2019 tal-FPA mal-Mauritania, kif ukoll evalwazzjoni ex ante tat-tiġdid possibbli tal-Ftehim ta’ dan il-Protokoll.

Bħala konklużjoni, mill-evalwazzjoni rriżulta li s-settur tas-sajd tal-UE huwa interessat ħafna fil-possibbiltà li jopera fil-Mauritania u li t-tiġdid tal-Protokoll ikun fl-interess taż-żewġ partijiet, b'kont meħud tal-importanza tas-sajd għall-ekonomija tal-Mauritania. Barra minn hekk, it-tiġdid tal-Protokoll se jgħin biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u se jikkontribwixxi għat-titjib tal-governanza tas-sajd fir-reġjun.

Għall-UE, huwa importanti li żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ dan l-attur ewlieni tal-governanza tal-oċeani fil-livell subreġjonali, minħabba d-daqs taż-żona tas-sajd li taqa’ taħt il-kompetenza tiegħu. It-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Mauritania se jagħmilha possibbli wkoll li jinħolqu alleanzi fi ħdan il-qafas tal-ICCAT u f’korpi reġjonali oħra, b’mod partikolari s-CECAF. Barra minn hekk, għall-flotta tal-UE dan ifisser li jinżamm l-aċċess għal żona importanti tas-sajd fejn ikunu jistgħu jintużaw strateġiji tal-qbid skont qafas legali internazzjonali pluriennali. Għall-awtoritajiet tal-Mauritania, l-għan huwa li jinżammu relazzjonijiet mal-Unjoni sabiex tissaħħaħ il-governanza tal-oċeani, li jirċievu appoġġ settorjali speċifiku b’opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali, u li tinbeda l-industrijalizzazzjoni tas-settur tal-ipproċessar tal-pajjiż permezz tal-attività tal-bastimenti, bħala parti mid-diversifikazzjoni tal-ekonomija tiegħu.

•Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Mauritania ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Ġew organizzati wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni qabbdet konsulent indipendenti jagħmel l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

•Analiżi tal-impatt

Mhux applikabbli.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

•Drittijiet fundamentali

Il-Ftehim innegozjat jipprevedi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur tal-elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem tal-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, jew l-Artikolu korrispondenti fil-Ftehim suċċessur tiegħu.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni għall-ilmijiet u r-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Mauritania għandha tkun ta’ massimu ta’ EUR 57 500 000 għall-ewwel sentejn ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. Dan l-ammont se jiġi rivedut qabel it-tielet sena ta’ applikazzjoni tal-Protokoll. Din ir-reviżjoni hija meħtieġa biex jitqies l-iżvilupp fl-istat tal-istokkijiet tal-ħut koperti mill-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet li se jiġu adottati dalwaqt mill-Mauritania, u l-effetti fit-tul tal-miżuri tekniċi stabbiliti biex tittejjeb l-attraenza tal-Protokoll għall-flotot Ewropej. Din ir-reviżjoni se tippermetti, b’mod partikolari, li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allinjati mal-attivitajiet reali tal-flotta Ewropea fl-ilmijiet tal-Mauritania u, jekk ikun meħtieġ, se taġġusta l-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd fil-Mauritania se tinżamm b’mod ġenerali fil-livell tal-Protokoll attwali, jiġifieri EUR 16 500 000 għall-perjodu kollu tal-Protokoll, iżda hija mifruxa fuq perjodu ta’ ħames snin, b’kunsiderazzjoni tar-rata ta’ assorbiment tal-fondi u l-ammonti li jibqgħu disponibbli skont il-Protokoll attwali. Dan l-appoġġ jissodisfa l-għanijiet tal-pjan strateġiku nazzjonali għas-sajd tal-Mauritania. L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali, inkluż għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 3 .

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u fil-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu.

2021/0299 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, fl-Isem Unjoni Ewropea, u dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem “Il-Mauritania”), approvat permezz tar-Regolament (KE) Nru 1801/2006 tal-Kunsill 4 daħal fis-seħħ b’mod provviżorju fit-8 ta’ Awwissu 2008. Il-Protokoll tiegħu li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim, li daħal fis-seħħ fl-istess jum, ġie sostitwit diversi drabi.

(2)L-aħħar Protokoll tal-Ftehim jiskadi fil-15 ta’ Novembru 2021.

(3)Fit-8 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta deċiżjoni 5 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati mal-Mauritania sabiex jiġi konkluż Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli kif ukoll Protokoll ġdid li jimplimenta dan il-Ftehim.

(4)Bejn Settembru 2019 u Lulju 2021, twettqu tmien ċikli ta’ negozjati mal-Mauritania għat-tiġdid ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u ta’ Protokoll li jimplimenta dan il-Ftehim. Dawn in-negozjati ġew finalizzati u l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu ġew inizjalati fit-28 ta’ Lulju 2021.

(5)L-objettivi tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu huma li jippermettu lill-Unjoni li teżerċita l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra tal-Mauritania u li tippermetti lill-Unjoni u lill-Mauritania li jikkollaboraw mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u fl-Oċean Atlantiku, Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien tal-impjiegi waqt li tirrispetta kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti fis-settur tas-sajd.

(6)B’konsegwenza, jenħtieġ li jiġi approvat l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbi u tal-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tagħhom f’data iktar tard.

(7)Dawk l-atti jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania u l-ħtieġa li jitnaqqas jew li kemm jista’ jkun jiġi evitat iż-żmien li dawk l-attivitajiet idumu interrotti, skont il-bżonn.

(8)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija u l-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu jiġu applikati b’mod provviżorju mal-iffirmar tagħhom,

(9) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (EU) 2018/1725 6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta parir [jekk jogħġbok daħħal id-data],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (minn hawn ’il quddiem il-“Ftehim”) u l-Protokoll tal-Implimentazzjoni tiegħu (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmija atti.

It-testi tal-Ftehim u tal-Protokoll huma mehmuża fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ li jawtorizzaw il-persuna indikata mill-Kummissjoni biex tiffirma l-Ftehim u l-Protokoll, soġġett għall-konklużjoni tagħhom.

Artikolu 3

Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jidħlu fis-seħħ b’mod provviżorju, f’konformità mal-Artikoli 20 u 19 rispettivament, mill-jum tal-iffirmar tagħhom, fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Isem il-proposta/l-inizjattiva

1.2.Il-qasam/L-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tal-infiq ikkonċernata/i

3.2.Stima tal-impatt finanzjarju fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Isem il-proposta/l-inizjattiva

Proposta tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, fl-Isem Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania kif ukoll tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-imsemmi FtehimIl-qasam/L-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 7  

08 – Agrikoltura u Politika Marittima

08 05 – Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) u Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs)

08 05 01 — L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

☑ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

◻ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorju/a 8  

◻ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Unjoni.

L-SFPAs jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji skont politiki oħra tal-UE (l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru 1

Li jikkontribwixxi għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet barra mill-UE, li jżomm il-preżenza Ewropea f’sajd ta’ distanzi twal u li jipproteġi l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi Ewropej, permezz tan-negozjar u l-konklużjoni ta’ SPFAs ma’ Stati kostali, f’koerenza ma’ politiki oħra tal-UE.

Attività/Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

08 05 01 — L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistenni(ja)

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu jagħmluha possibbli li titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika fil-qasam tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mauritania. Il-konklużjoni tal-Protokoll toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania.

Il-Ftehim u l-Protokoll jikkontribwixxu wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni ta’ programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari l-pjan globali għas-sajd, il-monitoraġġ u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, u l-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

Fl-aħħar nett, il-Ftehim u l-Protokoll jikkontribwixxu għall-isfruttament sostenibbli, min-naħa tal-Mauritania, tar-riżorsi tal-baħar tagħha, kif ukoll għall-ekonomija tas-sajd tal-Mauritania, billi jippromwovu t-tkabbir marbut mal-attivitajiet ekonomiċi relatati mas-sajd u l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala persentaġġ tad-disponibbiltà offruta bil-Protokoll).

Id-data dwar il-qbid (ġbir u analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd, kif ukoll il-ħolqien ta’ valur miżjud fl-Unjoni u l-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (b’mod aggregat ma’ SFPAs oħra).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil

Huwa previst li l-Ftehim il-ġdid u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu se japplikaw b’mod provviżorju mid-data tal-iffirmar sabiex jitnaqqas, kif xieraq, il-perjodu li matulu mhuwiex possibbli li jsiru operazzjonijiet tas-sajd.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Mauritania, u se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd li jippermettulhom jistadu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Mauritania bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħha. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u l-komunikazzjoni ta’ data dwar il-qabdiet b’mezzi elettroniċi. L-appoġġ settorjali, disponibbli bis-saħħa tal-Protokoll, se jgħin lill-Mauritania fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd tagħha, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li se jippromwovi l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fl-attivitajiet tas-sajd.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Kieku l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, peress li l-Ftehim attwali jinkludi klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fil-qafas definit minn Protokoll għall-Ftehim. Għalhekk hemm valur miżjud ċar ħafna għall-flotta tal-Unjoni ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u l-Mauritania.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili

L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania fil-passat u tal-qabdiet li saru dan l-aħħar fil-qafas ta’ protokolli simili f’dan ir-reġjun, kif ukoll il-valutazzjonijiet u l-opinjonijiet xjentifiċi disponibbli wasslu biex il-partijiet jistabbilixxu opportunitajiet tas-sajd f’termini ta’ limiti fuq il-qbid (qabdiet totali permissibbli - TAC) jew f’termini tat-tunnellaġġ ta’ referenza għall-kategoriji msemmija fil-memorandum ta’ spjegazzjoni hawn fuq. Qabel il-bidu tat-tielet sena, dawn l-opportunitajiet tas-sajd se jiġu vvalutati u aġġustati b’mod konġunt, jekk ikun meħtieġ, kif jissemma fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. L-appoġġ settorjali għandu jqis il-ħtiġijiet f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċità tal-amministrazzjoni tas-sajd tar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania u tal-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, inklużi b’mod partikolari r-riċerka xjentifika u l-attivitajiet ta’ kontroll u monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-fondi allokati bħala kumpens finanzjarju għall-aċċess għall-SFPA jikkostitwixxu dħul funġibbli għall-baġit nazzjonali tal-Mauritania. Madankollu, il-fondi allokati għall-appoġġ settorjali jiġu assenjati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), minħabba li din hija kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament minn donaturi internazzjonali oħrajn għat-twettiq ta’ proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

☑ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

–☑    Proposta/inizjattiva li se tidħol fis-seħħ mid-data tal-iffirmar tagħha fl-2021 għal 5 snin, sal-2026

–☑    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2026

◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita bi tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9

☑ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–☑ Fis-servizzi tagħha, inkluż permezz tal-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-UE;

–◻    permezz tal-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

–◻ lil pajjiżi terzi jew lil korpi maħtura minnhom;

–◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

–◻ lill-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ lil korpi tad-dritt pubbliku;

–◻ lil korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm dawn jipprovdu biżżejjed garanziji finanzjarji;

–◻ lil korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu biżżejjed garanziji finanzjarji;

–◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK, skont it-Titolu V tat-Trattat UE, identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn modulu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

[...]

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Għandhom jiġu speċifikati l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-uffiċjal tas-sajd tagħha responsabbli għall-Mauritania, ibbażat f’Nouakchott u f’koordinazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni), se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu mill-operaturi tal-opportunitajiet tas-sajd, tad-data dwar il-qabdiet u l-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, l-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-Mauritania għandhom iwettqu rieżami tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jagħmlu aġġustamenti fil-programmazzjoni u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi allokati għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mill-Mauritania. Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Bħala parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll se ssir ukoll analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija fl-Artikolu 8 tal-Protokoll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll jinkludu klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi f’ċerti kundizzjonijiet u ċirkustanzi.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll interna stabbilita

Il-pagamenti għandhom isiru b’mod separat għall-kontribuzzjoni marbuta mal-aċċess u għall-kontribuzzjoni marbuta mal-appoġġ settorjali.

Il-pagamenti relatati mal-aċċess għandhom isiru kull sena fl-anniversarju tal-Protokoll, ħlief fl-ewwel sena, meta l-pagament għandu jsir fi żmien 60 jum mill-bidu tal-applikazzjoni provviżorja. Madankollu, għall-ewwel sena, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess għandha titħallas f’żewġ pagamenti, bit-tieni waħda tkun soġġetta għall-adozzjoni mill-Mauritania ta’ pjan ta’ ġestjoni għas-sajd li għandu fil-mira tiegħu l-ispeċijiet pelaġiċi żgħar. L-aċċess tal-bastimenti għandu jkun ikkontrollat mill-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

Il-pagament tal-appoġġ settorjali għandu jitħallas għall-ewwel darba fi żmien tliet xhur mill-ftehim tal-Kumitat Konġunt dwar il-programm ta’ implimentazzjoni annwali u pluriennali; għas-snin ta’ wara, il-pagament se jkun jiddependi mir-riżultati miksuba. Ir-riżultati miksuba u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati f’konformità mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd tal-Mauritania, f’konformità mal-Anness 2 tal-Protokoll, abbażi ta’ rapporti jew evidenza dokumentarja pprovduta mill-pajjiż sieħeb u l-valutazzjonijiet u l-verifiki mwettqa mill-uffiċjal tas-sajd.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Il-pagamenti għall-ispejjeż tal-aċċess tal-SFPAs għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament akkont li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Huwa stmat li b’kollox il-kontrolli għall-Ftehimiet kollha ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jiswew madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet tal-2018). Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proċeduri ta’ kontroll tal-SFPAs huma bbażati fuq rekwiżiti regolamentari essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu li huma effettivi. Ir-rata medja ta’ żbalji hija stmata li hija taħt il-limitu materjali.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tistabbilixxi djalogu politiku u twettaq konsultazzjoni regolari mal-Mauritania sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli hu suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikulari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 5(8) tal-Protokoll u l-Anness 2 tal-Protokoll, rispettivament, jipprevedu li l-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-aċċess u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-iżvilupp tas-settur għandhom jitħallsu f’kont tat-Teżor pubbliku. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(17) tal-Protokoll issa jawtorizza lill-awtoritajiet Ewropej iwettqu kontrolli fuq il-post fuq proġetti ffinanzjati permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-appoġġ settorjali mħallsa lill-pajjiż sieħeb skont il-Protokoll.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tal-infiq ikkonċernata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Parteċipazzjoni

Għadd […][Formulazzjoni………………………...……………]

AD/AMD ( 10 )

minn pajjiżi tal-EFTA 11

minn pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

08.05.01

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (FPA)

AD

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Parteċipazzjoni

Għadd […][Formulazzjoni………………………...……………]

AD/AMD

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[…][XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt finanzjarju fuq in-nefqa

[Din il-parti għandha timtela billi tintuża l-ispreadsheet dwar id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-anness ta’ din id-dikjarazzjoni finanzjarja) li għandha tittella’ fis-CISNET għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:

Numru 2

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ MARE

Sena 2021 13

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

(*)

Numru tal-linja baġitarja 08.05.01

Impenji

(1)

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

(2)

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

p.m.

304 000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 14  

Numru tal-linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MARE

Impenji

=1+1a +3

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

=2+2a

+3

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

p.m.

304 000

(*) NB reviżjoni tal-ammonti ppjanati mit-tielet sena ’l quddiem; p.m.: parti mill-approprjazzjonijiet ta’ pagament tista’ titħallas fl-2026.



• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

(5)

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

304 000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

=5+ 6

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

304 000

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

(5)

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

304 000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

=5+ 6

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

304 000





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali:

5

“Nefqa amministrattiva”

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Infiq amministrattiv ieħor

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena 2021 15

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

Pagamenti

50 000

69 125

61 625

61 625

61 625

304 000

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif deskritt hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

⇩

Sena 2021

Sena 2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

TOTAL

OUTPUTS

Tip 16

Spiża medja

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Numru

Spiża

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 17 …

- Aċċess għall-flotta

57 500

57 500

57 500

57 500

57 500

57 500

287 500

- Appoġġ settorjali

3 300

4 125

4 125

4 125

4 125

16 500

- Output

Total parzjali tal-objettiv speċifiku nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Total parzjali tal-objettiv speċifiku nru 2

SPIŻA TOTALI

57 500

61 625

61 625

61 625

61 625

304 000

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

–☑    Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

–◻    Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Sena N 18

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Għajr l-INTESTATURA 5 19 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal għajr l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

3.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani.

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (riċerka indiretta)

10 01 05 01 (riċerka diretta)

• Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time - FTE) 20

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy 21

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT fuq riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT fuq riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam politiku jew it-titolu kkonċernat.

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, jekk ikun meħtieġ, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jimmaniġġja skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Użu tal-linja ta’ riżerva (Kapitolu 40).

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva tirrikjedi l-użu tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[...]

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

–Il-proposta/L-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

–☑    Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–◻    fuq ir-riżorsi proprji

–◻    fuq dħul ieħor

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 22

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[...]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[...]

(1)    ĠU L 404, 02.12.2020, p.1.
(2)    Adottati fit-3418-il Kunsill Agrikoltura u Sajd fit-22 ta’ Ottubru 2015
(3)    F’konformità mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji (ĠU L 433I, 22.12.2020)
(4)    Ir-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat- 30 ta’ Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Lulju 2019 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Repubblika Iżlamika tal-Mauritanja sabiex jiġi konkluż Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd Sostenibbli kif ukoll Protokoll ġdid li jimplimenta dan il-Ftehim (ST 10231 2019 INIT).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(7)    ABM: Activity-Based Management (Ġestjoni Bbażata fuq l-Attivitajiet) – ABB: Activity-Based Budgeting (Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attivitajiet).
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(10)    AD = approprjazzjoni differenzjata / AMD = approprjazzjoni mhux differenzjata.
(11)    EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(15)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(16)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(17)    Kif deskritt fil-parti 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(18)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(20)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Aġenti Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal Temporanju; JED = Esperti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(21)    Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji “BA”).
(22)    F’dak li jirrigwarda r-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti nett, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.