02016R1095 — MT — 25.09.2022 — 001.001

Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095

tas-6 ta' Lulju 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 182 7.7.2016, p. 7)

Emendat bi:

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1458 tat-2 ta’ Settembru 2022

  L 229

16

5.9.2022

▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1095

tas-6 ta' Lulju 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Aċetat diidrat taż-żingu, il-Klorur taż-żingu anidru, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi, il-Kelat taż-żingu ta' idrolisati tal-proteina, il-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (solidu) u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina (likwidu) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1334/2003, (KE) Nru 479/2006, (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “komposti ta' mikronutrijenti”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1334/2003

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2003, mill-entrata E6 dwar l-element Żingu-Zn l-addittivi li ġejjin: l-“Aċetat diidrat taż-żingu”, l-“Ossidu taż-żingu”, l-“Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Monoidrat tas-sulfat taż-żingu”, il-“Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi” u l-formoli u d-deskrizzjonijiet kimiċi jitħassru.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 479/2006

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 479/2006, l-entrata E6 dwar l-addittiv “Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina” titħassar.

Artikolu 4

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 335/2010

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 335/2010, fil-linja 3b6.10 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 5

Emenda għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012

Fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012, fil-linja 3b609 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 6

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 636/2013

Fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 636/2013, fil-linja 3b611 it-tmien kolonna tinbidel b'dan li ġej:

“Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut tal-ispeċijiet kollha għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)”.

Artikolu 7

Miżuri tranżizzjonali

1.  
L-Aċetat diidrat taż-żingu, l-Ossidu taż-żingu, l-Ettaidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Monoidrat tas-sulfat taż-żingu, il-Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi u l-Kelat taż-żingu ta' idrat tal-gliċina u l-komposti taż-żingu awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 335/2010 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2012 u (UE) Nru 636/2013 u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom hemm dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Jannar 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2.  
Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2017 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3.  
Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fihom is-sustanzi msemmija fil-paragrafu 1 li huma prodotti u ttikkettati qabel is-27 ta' Lulju 2018 b'konformità mar-regoli applikabbli qabel is-27 ta' Lulju 2016 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Zn) f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

3b601

—

Diidrat tal-aċetat taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat diidrat taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 29,6 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(CH3COO)2 · 2H2O

Numru CAS: 5970-45-6

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-aċetat diidrat taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 1482).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2) — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Akkoppjata Induttivament — Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b602

—

Klorur taż-żingu anidru

Kompożizzjoni tal-addittiv

Klorur taż-żingu anidru, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 46,1 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnCl2

Numru CAS: 7646-85-7

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-klorur taż-żingu anidru fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0110).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni;

— Metodu ICP-AES CEN (EN ISO 11885); mhux għat-taħlitiet preparati minn qabel.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel likwida.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b603

—

Ossidu taż-żingu

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ossidu taż-żingu, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 72 %

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnO

Numru CAS: 1314-13-2

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-ossidu taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0252).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b604

—

Sulfat taż-żingu ettaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu ettaidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 22 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · 7H2O

Numru CAS: 7446-20-0

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-sulfat taż-żingu ettaidrat fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 0111).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b605

—

Sulfat taż-żingu monoidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Sulfat taż-żingu monoidrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 34 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: ZnSO4 · H2O

Numru CAS: 7446-19-7

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tas-Sulfat taż-żingu monoidrat fl-addittiv tal-għalf:

— titrazzjoni bl-edetat tas-sodju (European Pharmacopoeia Monograph 2159).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

▼M1

3b606

—

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi

Karatterizzazzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ kompost ta’ żingu u aċidi amminiċi li fiha ż-żingu u l-aċidi amminiċi miksubin mill-proteina tas-soja huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, fl-għamla ta’ trab b’kontenut minimu ta’ 10 % żingu.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: (total ta’) 200

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: (total ta’) 180

Driefeġ, ħnieżer nisa, fniek u l-ħut kollu minbarra s-salmonidi: (total ta’) 150

Speċijiet u kategoriji oħra: (total ta’) 120

1.  L-addittiv għandu jitħallat mal-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.  Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi li jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn, b’mod partikolari minħabba l-kontenut ta’ metalli tqal, fosthom in-nikil. Meta r-riskji ma jkunux jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli b’dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali.

Is-27 ta’ Lulju 2026

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjon ta’ kwalunkwe aċidu amminiku mill-idroliżat tal-proteina tas-soja.

Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1 500 Da.

Metodu analitiku (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, (ICP-AES) - (EN15510 jew EN 15621).jew

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, (AAS) (ISO 6869)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-premixxeli:

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (ISO 6869) jew

— spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-MS (EN17053)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, (ICP-AES) - (EN15510 jew EN 15621).jew

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness IV-C) jew ISO 6869) jew

3b606i

—

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-aċidi amminiċi

Karatterizzazzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ kompost ta’ żingu u aċidi amminiċi li fiha ż-żingu u l-aċidi amminiċi huma kelati permezz ta’ rabtiet kovalenti kkoordinati, f’għamla ta’ trab b’kontenut ta’ 10-11 % żingu u minimu ta’ 17 % aċidi amminiċi liberi.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: (total ta’) 200

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: (total ta’) 180

Driefeġ, ħnieżer nisa, fniek u l-ħut kollu minbarra s-salmonidi: (total ta’) 150

Speċijiet u kategoriji oħra: (total ta’) 120

1.  L-addittiv għandu jitħallat mal-għalf fil-forma ta’ premixxela.

2.  Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi li jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn, b’mod partikolari minħabba l-kontenut ta’ metalli tqal, fosthom in-nikil. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jinkludi l-protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

3.  Għall-addittivi li jiġu prodotti permezz tal-idroliżi tal-proteina tal-annimali, l-oriġini tal-annimal (speċijiet avjarji) għandha tkun indikata fuq it-tikketta tal-addittiv u tal-premixxeli

Is-27 ta’ Lulju 2026

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3•nH2O, fejn x tfisser kwalunkwe aċidu amminiku miksub minn sorsi ta’ proteina idrolizzata mir-rix jew mill-pjanti;

Massimu ta’ 10 % tal-molekuli li jaqbżu l-1500 Da.

Metodu analitiku (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut ta’ aċidu amminiku fl-addittiv tal-għalf:

— kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD) Ir-Regolament tal-Kummissjoni 152/2009 (l-Anness III,F) u EN ISO 17180

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fl-addittiv tal-għalf:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, (ICP-AES) - (EN15510 jew EN 15621).jew

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, (AAS) (ISO 6869)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-premixxeli:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, (ICP-AES) - (EN15510 jew EN 15621).jew

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (ISO 6869) jew

— spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-MS (EN17053)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament, (ICP-AES) - (EN15510 jew EN 15621).jew

— spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness IV-C) jew ISO 6869) jew

— spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament, ICP-MS (EN17053)

▼B

3b612

—

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu ta' mill-idrolisati tal-proteina, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 10 %

Minimu ta' 85 % kelat taż-żingu.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1–3 · nH2O, x = anjonu ta' idrolisati tal-proteina li fihom kwalunkwe aċidu amminiku minn idrolisat tal-proteina tas-sojja.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-idrolisati tal-proteina fl-addittiv tal-għalf:

— metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut taż-Żingu kelat fl-addittiv tal-għalf:

— Spettroskopija tat-tip Fourier Transformed Infrared (FTIR) segwita minn metodi ta' rigressjoni multivarjata.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN/TS 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Il-kelat taż-żingu tal-idrolisati tal-proteina jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b607

—

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (solidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 15 %.

Umidità: massimu ta' 10 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

— metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

3b608

—

Kelat taż-żingu tal-idrat tal-gliċina (likwidu)

Kompożizzjoni tal-addittiv

Kelat taż-żingu tal-gliċina likwidu, idrat, fl-għamla ta' trab b'kontenut minimu ta' żingu ta' 7 %.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Formula kimika: Zn(x)1-3 · nH2O, x = anjonu ta' gliċina.

Metodi analitiċi (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-gliċina fl-addittiv tal-għalf:

— metodu kromatografiku tal-iskambju tal-joni bid-derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni fluworoxxenti jew bl-UV: Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F).

Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta' żingu fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

Għall-kwantifikazzjoni tat-total taż-żingu fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

— Ir-Regolament (KE) Nru 152/2009 — Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS); jew

— EN 15510: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES); jew

— EN 15621: Plażma Abbinata b'mod Induttiv — Spettrometrija b'Emissjoni Atomika (ICP-AES), wara d-diġestjoni bi pressjoni.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

Klieb u qtates: 200 (totali)

Salmonidi u sostituti tal-ħalib għall-għoġġiela: 180 (totali)

Qżieqeż, ħnieżer, fniek u l-ħut kollu għajr is-salmonidi: 150 (totali)

Kategoriji u speċijiet oħra: 120 (totali)

1.  L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.  Il-kelat taż-żingu tal-gliċina (likwidu) jista' jitqiegħed fis-suq u jintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

3.  Għal min juża l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi xierqa biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali tal-inalazzjoni, il-kuntatt mal-ġilda jew il-kuntatt mal-għajnejn. Meta r-riskji ma jistgħux jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' dawn il-proċeduri u l-miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati b'tagħmir protettiv personali adatt.

Is-27 ta' Lulju 2026

(1)   

Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)   

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).