31999R2623



Official Journal L 318 , 11/12/1999 P. 0014 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2623/1999

ta’ l-10 ta’ Diċembru 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 411/88 dwar il-metodu u r-rata ta’ imgħax li għandha tintuża biex tiġi tikkalkola l-ispiża għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ intervent li jinkludu x-xiri għall-ħażna, il-ħażna u d-disponiment

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jniżżel ir-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ interventi mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanziji, Sezzjoni Garanzija [1], kif l-aħħar ememdat bir-Regolament (KEE) Nru 1259/96 [2],u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 411/88 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1644/89 [4], iniżżel il-metodu u r-rata ta’ imgħax użata fil-kalkolu ta’ l-ispiża tal-finanzjament tal-miżuri ta’ intervent. Huwa jipprovdi li r-rata ta’ imgħax uniformi għandha tikkorrispondi għar-rati ta’ imgħax għall-ecu għar-rati bil-quddiem ta’ tliet xhur u tnax-il-xahar, irrekordajta mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika tal-Kommunitajiet Ewropej fuq is-swieq Ewropej b’piż ta’ terz u żewġ terzi rispettivament.

(2) rata ġdida ta’ referenza Ewropea monetarja tas-suq għall-euro, magħrufa bħala EURIBOR, ġiet introdotta fl-1 ta’ Jannar 1999 flimkien ma’ l-euro. Hija ssostitwiet ir-rati IBOR nazzjonali varji għall-Istati Membri li jipparteċipaw u hija ppubblikata kull xahar mill-Bank Ċentrali Ewropew;

(3) l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 411/88 u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati bħala riżultat ta’ l-introduzzjoni ta’ l-euro;

(4) il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regulament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-EAGGF,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 411/88 huwa emendat kif ġej:

1. L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Ir-rata ta’ imgħax imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1883/78 għandha tikkorrispondi għar-rati bil-quddiem EURIBOR ta’ tliet xhur u tnax-il-xahar, b’piż ta’ terz u zewġ terzi rispettivament."

2. L-Anness huwa sostitwit bl-Anness hawn mehmuż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 1999.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[2] ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 10.

[3] ĠU L 40, tat-13.2.1988, p. 25.

[4] ĠU L 162, tat-13.6.1989, p. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS

Ir-rati ta’ referenza ta’ imgħax imsemmija fl-Artikolu 4(1a) [1]

1. Id-Danimarka

Self interbankarju ta’ Copenhagen rata offruta għal tliet xhur (CIBOR)

2. Il-Greċja

Self interbankarju ta’ Ateni rata offruta għal tliet xhur (ATHIBOR)

3. L-Isvezja

Self interbankarju ta’ Stokkolma rata offruta għal tliet xhur (STIBOR)

4. Ir-Renju Unit

Self interbankarju ta’ Londra rata offruta tliett xhur (LIBOR)

5. Għall-Istati Membri l-oħra

Rata ta’ self interbankarja għall-Euro offerta għal tliet xhur (EURIBOR)

NB:

Dawn ir-rati għandhom jiżdiedu b’ punt perċentwali wieħed, li jikkorrispondi għal marġini bankarja.

"

[1] Ir-rati netti konċernati ta’ imgħax, jiġifieri r-rati ta’ imgħax wara t-tpaċija tal-parti possibbli li tikkorrispondi mat-tariffi fiskali (taxxa f’ras il-għajn, eċċ.).

--------------------------------------------------