<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700753701.case.xml"><NO.CASE>C-54/09 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0054</NO.CELEX><NO.SEQ>0027.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7558</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7590</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>33</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20100729">29.7.2010</DATE> — KAWŻA C-54/09 P</LEFT><RIGHT>IL-GREĊJA vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-54/09 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fis-<DATE ISO="20090206">6 ta’ Frar 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn I. Chalkias u M. Tassopoulou, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn H. Tserepa-Lacombe u F. Jimeno Fernández, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-7559"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur), M. Ilešič, M. Safjan u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100318">18 ta’ Marzu 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, ir-Repubblika Ellenika talbet l-annullament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej (li issa saret il-Qorti Ġenerali), tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-339/06" PAGE.ECR="II-3525" YEAR="2008">T-339/06, Ġabra p. II-3525</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li biha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/669/KE, tal-<DATE ISO="20061004">4 ta’ Ottubru 2006</DATE>, li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għas-sena finanzjarja 2006, lill-Istati Membri għal ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturar u konverżjoni<?PAGE NO="I-7560"?> mill-ġdid tad-dwieli, fl-ambitu tar-Regolament Nru 1493/1999, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="62" DATE.PUB="2006">ĠU L 275, p. 62</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 3, Vol. 26, p. 25) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tagħmel allokazzjonijiet inizjali lejn l-Istati Membri kull sena fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi li jieħdu in konsiderazzjoni sitwazzjonijiet u bżonnijiet partikolari, u l-ħidma li trid issir fid-dawl ta’ l-iskop ta’ l-iskema.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Allokazzjonijiet inizjali għandhom jiġu addattati in vista ta’ l-infieq reali u fuq il-bażi tal-previżjonijiet ta’ l-infieq riveduti ppreżentati mill-Istati Membri wara li jittieħed akkont ta’ l-iskop ta’ l-iskema u soġġetti għall-fondi disponibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-allokazzjoni finanzjarja bejn Stati Membri għandha tieħu akkont tal-proporzjon tal-qasam tad-dwieli Komunitarja fl-Istat Membru konċernat.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7561"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1227/2000</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000, tal-<DATE ISO="20000531">31 ta’ Mejju 2000</DATE> li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 116) fil-verżjoni tiegħu applikabbli għas-sena finanzjarja 2006 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament Nru 1227/2000<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, f’rabta mar-ristrutturazzjoni u s-sistema tal-konverżjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dikjarazzjoni tan-nefqa li tkun saret fil-fatt sat-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti u ż-żona totali kkonċe[r]nata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dikjarazzjoni tan-nefqa vvalidata sat-30 ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja kurrenti u ż-żona totali kkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>it-talbiet kollha għall-finanzjament sussegwenti ta’ l-ispiża fis-sena finanzjarja kurrenti li tkun teċċedi l-allokazzjonijiet finanzjarji magħmula b’konformità ma’ l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, u t-total taż-żona kkonċernata f’kull każ; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-tbassir emendat tan-nefqa, u t-total taż-żoni kkonċernati, għas-snin finanzjarji sussegwenti sat-tmiem tal-perjodu previst għall-implimentazzjoni tal-pjani tar-ristruttar u l-konverżjoni, b’konformità ma’ l-allokazzjoni għal kull Stat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-7562"?><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali stabbiliti għal dixxiplina li għandha x’taqsam mal-budget, meta it-tagħrif li l-Istati Membri huma meħtieġa li jgħaddu lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 1 ikun inkomplet jew l-iskadenza ma tkunx intlaħqet, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-għotjiet fid-dħul tal-kontijiet ta’ l-ispejjeż agrikoli fuq bażi temporanja u b’rata fissa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1227/2000 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal kull Stat Membru, spejjeż li attwalment intefqu, ivvaliditati u ddikjarati għal kwalunkwe sena finanzjarja partikolari għandhom jiġu ffinanzjati ġol-limiti ta’ l-ammonti nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 16(1)(a) u (b), previst li dawk l-ammonti mhumiex fit-total iżjed mill-ammont finanzjarju allokat lill-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament […] Nru 1493/1999.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Talbiet magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 16(1)(c) għandhom jiġu aċċettati fuq bażi ta’ kull wieħed skond sehmu, billi jintużaw l-ammonti disponibbli wara li jitnaqqas, għall-Istati Membri kollha, it-total ta’ l-ammonti notifikati skond l-Artikolu 16(1)(a) u l-ammonti ddikjarati skond l-Artikolu 16(1)(b) mill-ammont totali allokat lill-Istati Membri skond l-Artikolu 14 tar-Regolament […] Nru 1493/1999. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun wara t-30 ta’ Ġunju bil-punt sa fejn it-talba tista’ tintlaqa’.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Minkejja l-paragrafi 1 u 2, fejn il-medda totali notifikata skond l-Artikolu 16(1)(a) hija inqas min-numru ta’ ettari indikati fl-allokazzjoni għas-sena finanzjarja magħmula lill-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament […] Nru 1493/1999, f’dak<?PAGE NO="I-7563"?> il-każ infiq iddikjarat għas-sena finanzjarja inkwistjoni għandu jkun iffinanzjat biss sa limitu ugwali għal-medda totali nnotifikata mmultiplikata bl-ammont medju ta’ għajnuna għal kull ettaru; din il-figura hija kkalkulata bħala proporzjon bejn l-ammont allokat lill-Istat Membru skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament […] Nru 1493/1999 u n-numru ta’ ettari antiċipat.</P><P>Dan l-ammont ma jistax f’kull każ ikun akbar mill-infiq dikjarat skond l-Artikolu 16(1)(a).</P><P>Għall-għan li jiġi implimentat dan il-paragrafu, tolleranza ta’ 5 % għandha tkun applikata lill-medda totali notifikata kif imqabbla ma’ dik li tidher fl-allokazzjoni għas-sena finanzjarja</P><P>Ammonti mhux iffinanzjati taħt dan il-paragrafu m’għandhomx ikunu mqegħdin għad-dispożizzjoni għall-iskop ta’ l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Referenzi għal xi sena finanzjarja għandhom jirreferu għal ħlasijiet fil-fatt magħmula mill-Istati Membri bejn is-16 ta’Ottubru u l-15 t’Ottubru ta’ wara.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7564"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru n-nefqa riferita fl-Artikoli 2 u 3 għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni permezz ta’ avvanzi fuq il-provvediment tan-nefqa effettwati matul perjodu taż-żmien ta’ referenza.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-avvanzi ta’ kull xahar fuq il-provvediment għan-nefqa effetwata mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas.</P><P>In-nefqa għal Ottubru għandha tiġi attribwita għal Ottubru jekk tkun effetwata mill-1 sal-15 ta’ Ottubru u għal Novembru jekk tkun effettwata mis-16 tal-31 ta’ Ottubru. L-avvanzi għandhom jiġu mħallsa lill-Istat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar ta’ wara dak li fih tiġi effettwata n-nefqa.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7565"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża kienu ġew esposti mill-Qorti Ġenerali kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>6</NO.P><TXT>Għas-sena finanzjarja 2006 (<DATE ISO="20051016">16 ta’ Ottubru 2005</DATE> — <DATE ISO="20061015">15 ta’ Ottubru 2006</DATE>), it-tqassim indikattiv tal-fondi allokati skont ir-Regolament Nru 1493/1999 għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli ġie stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/716/KE, tal-<DATE ISO="20051010">10 ta’ Ottubru 2005</DATE>, li tistabbilixxi allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għall-Istati Membri, għal numru speċifiku ta’ ettari, għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli skont ir-Regolament Nru 1493/1999, għas-sena tas-suq 2005/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="271" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2005">ĠU L 271, p. 45</REF.DOC.OJ>). Fl-anness tal-imsemmija deċiżjoni, l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja indikattiva lir-Repubblika Ellenika ġie stabbilit għal EUR 8 574 504 għal medda ta’ <FT TYPE="NUMBER">1249</FT> ettaru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE>, b’applikazzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1493/1999 u tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 1227/2000, l-awtoritajiet Griegi għaddew lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tan-nefqa marbutin mar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli fil-Greċja matul is-sena finanzjarja 2006 sabiex jinkisbu allokazzjonijiet finanzjarji. Skont din il-komunikazzjoni, it-total tan-nefqa msemmija kien ta’ EUR 6 829 204.46 u l-medda korrispondenti kienet ta’ 788,002 ettaru.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20060922">22 ta’ Settembru 2006</DATE>, l-awtoritajiet Griegi bagħtu ittra lill-Kummissjoni sabiex jgħarrfuha bi żball fil-ġbir tat-tagħrif informatiku, peress li l-medda li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni kienet ta’ <FT TYPE="DECIMAL">1102,271</FT> ettaru. Huma spjegaw li din il-medda kienet tikkorrispondi għas-somma tal-medda totali indikata fit-tabella annessa mal-ittra tal-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE> u li tirriproduċi n-nefqa ta’ ristrutturazzjoni u ta’ konverżjoni tal-oqsma tad-dwieli fil-Greċja li fil-fatt intefqu fit-<DATE ISO="20060630">30 ta’ Ġunju<?PAGE NO="I-7566"?> 2006</DATE>, jiġifieri ta’ <FT TYPE="DECIMAL">1085,391</FT> ettaru, u tal-medda totali indikata fit-tabella annessa mal-ittra tal-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE> u li tirriproduċi l-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni u ta’ konverżjoni tal-għelieqi tad-diewli fil-Greċja vvalidati fit-<DATE ISO="20060630">30 ta’ Ġunju 2006</DATE>, jiġifieri ta’ 16,88 ettaru. Huma fakkru wkoll li n-nefqa totali kienet tammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">6829204.46</FT>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20060926">26 ta’ Settembru 2006</DATE>, matul it-890 laqgħa tal-kumitat għall-ġestjoni tal-inbejjed, l-awtoritajiet Griegi rripetew it-talba tagħhom lill-Kummissjoni sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata. Il-Kummissjoni ċaħdet oralment it-talba tal-awtoritajiet Griegi, filwaqt li indikat li l-elementi rettifikati ġew ippreżentati tard.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20061004">4 ta’ Ottubru 2006</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni [kkontestata]. F’din l-istess data, rappreżentant tal-Kummisjoni ltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u spjegalhom li kien impossibbli, fid-dawl tat-termini, li tintlaqa’ t-talba tagħhom sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni t-tagħrif rettifikat kkomunikat fit-<DATE ISO="20060922">22 ta’ Settembru 2006</DATE>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20061016">16 ta’ Ottubru 2006</DATE>, l-awtoritajiet Griegi bagħtu ittra lill-Kummissjoni fejn talbuha sabiex jiġi emendat l-anness tad-deċiżjoni [kkontestata]. Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ att iddepożitat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE>, ir-Repubblika Ellenika ppreżentat rikors intiż għall-annullament jew il-formulazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni kkontestata fil-parti tagħha dwar l-allokazzjonijiet ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni u l-konverżjoni mill-ġdid tal-oqsma tad-dwieli fil-Greċja, sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kkoreġuti mibgħuta lill-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20060922">22 ta’ Settembru 2006</DATE> u li jingħatawlha l-fondi korrispondenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7567"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Repubblika Ellenika tinvoka ħames motivi, ibbażati rispettivament fuq in-natura indikattiva tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, fuq ksur tal-prinċipji ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u ta’ amministrazzjoni tajba, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq ksur tal-prinċipju tal-effett utli.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmi rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-ewwel motiv, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punt 25 tas-sentenza appellata, li jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, kif ukoll mill-istruttura ġenerali u l-għan tal-liġi li huwa jagħmel parti minnha, li t-terminu previst mill-imsemmi artikolu huwa terminu mandatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija osservat qabel kollox, fil-punt segwenti tal-imsemmija sentenza, iż-żieda tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>terminu perentorju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> ma hijiex meħtieġa sabiex tingħata natura perentorja lit-terminu previst.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali mbagħad ikkunsidrat li l-fatt li tliet verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>sal-<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>10 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-informazzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, ma jagħtix sens differenti minn dak tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7568"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Hija mbagħad qieset li n-natura perentorja tat-terminu previst hija kkonfermata mill-funzjoni ta’ dan it-terminu fil-kuntest tas-sistema ta’ ristrutturazzjoni u konverżjoni mill-ġdid tal-għelieqi għad-dwieli kif ukoll l-għan tad-dikjarazzjoni tan-nefqa u l-meded ikkonċernati msemmijin fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 li għaliha dan it-terminu huwa previst fil-kuntest tal-imsemmija sistema.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset, fil-punt 29 tas-sentenza appellata, li t-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 għandu l-għan li jippermetti applikazzjoni effettiva tad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet previsti fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 1493/1999 b’mod li d-data li fiha l-Istati Membri huma marbutin li jibagħtu kull sena l-informazzjoni lill-Kummissjoni għandha tiġi osservata sabiex l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1493/1999, jiġu adattati, b’mod partikolari skont l-ispejjeż reali, b’mod konformi mal-Artikolu 14(1) u (2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Hija tosserva wkoll, fil-punti 30 sa 32 tas-sentenza appellata, li d-data tal-10 ta’ Lulju, li hija marbuta ma’ dik tal-15 ta’ Ottubru, ġiet iddeterminata sabiex il-Kummissjoni jkollha ż-żmien meħtieġ sabiex tadotta u tippubblika d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finazjarji definittivi prevista fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1493/1999 qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, ikkunsidrat, fil-punt 33 sa 35 tas-sentenza appellata li, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-aħħar ħlasijiet, marbutin man-nefqa ddikjarata skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja kurrenti u sabiex jinkiseb ir-rimbors tagħhom mill-Kummissjoni qabel tmiem is-sena tal-baġit, fuq il-linji tal-baġit disponibbli għal din is-sena finanzjarja, l-effett utli tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni jimplika li d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja għandha tiġi adottata qabel l-aħħar ta’ din l-imsemmija sena, jiġifieri l-15 ta’ Ottubru.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7569"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali mbagħad jikkunsidra, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, li ebda argument dwar in-natura perentorja jew le tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 ma jista’ jiġi bbażat fuq l-Artikolu 16(2), peress li dan tal-aħħar jikkonċerna l-konsegwenzi li jirriżultaw minn trażmissjoni ta’ informazzjoni inkompleta, jew minn nuqqas ta’ osservanza tat-terminu previst għal din it-trażmissjoni, mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, l-argument tar-Repubblika Ellenika li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 jikkonferma n-natura indikattiva tat-terminu previst inkwantu huwa jistabbilixxi l-prinċipju li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tiffinanzja n-nefqa li fil-fatt saret mill-Istati Membri, u dan jimplika l-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrettifikaw l-iżbalji tagħhom wara d-data tal-10 ta’ Lulju ta’ kull sena. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, wara li rrelevat li l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 jikkonċerna l-finanzjament tal-ispejjeż li attwalment intefqu, ġew ivvalidati u ddikjarati għal sena finanzjarja partikolari, u mhux biss dak tal-ispejjeż li attwalment intefqu, li dan l-argument kien irrelevanti billi kien ibbażat fuq ċitazzjoni inkompleta ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-punti 50 sa 60 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tieni u t-tielet motivi tar-rikors li permezz tagħhom ir-Repubblika Ellenika sostniet, essenzjalment, li n-natura allegatament żbaljata tal-informazzjoni mibgħuta minnha lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 kienet manifesta u li l-Kummissjoni kellha konsegwentement, skont il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u ta’ amministrazzjoni tajba, tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata mibgħuta wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat li n-natura żbaljata tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet Griegi lill-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE> bl-ebda mod ma kienet evidenti, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan, fil-punt 57 tas-sentenza appellata, li l-argumenti tar-Repubblika Ellenika huma bbażati fuq premessa fattwali żbaljata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7570"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali barra minn hekk iddeċidiet, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, li, fil-dawl tan-natura perentorja tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, Stat Membru ma jistax jeżiġi li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni mibgħuta wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu. Hija wara ppreċiżat, fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, li għalkemm it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni mibgħuta tard minn Stat Membru ma huwiex totalment eskluż, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni tali informazzjoni jekk din tista’ tostakola l-adozzjoni, fi żmien utli, tad-deċiżjoni li tiffissa l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istat Membri għas-sena finanzjarja kkonċernata. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet minn dan li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipji invokati meta ddeċidiet li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata, sa fejn ir-Repubblika Ellenika bagħtithielha biss fit-<DATE ISO="20060922">22 ta’ Settembru 2006</DATE>, jiġifieri xahrejn wara l-komunikazzjoni inizjali tal-informazzjoni allegatament żbaljata u biss tliet ġimgħat qabel id-data li fiha kellha tiġi adottata d-deċiżjoni, il-<DATE ISO="20061015">15 ta’ Ottubru 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wkoll ċaħdet ir-raba’ motiv imqajjem mir-Repubblika Ellenika u bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Qabel kollox hija qieset, fil-punt 66 tas-sentenza appellata, li, kuntrarjament għall-argument tar-Repubblika Ellenika li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proprozjonalità inkwantu ġiet imposta fuqha sanzjoni doppja, b’applikazzjoni kumulattiva tal-Artikolu 16(2) u tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament Nru 1227/2000, bi ksur tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, ma jirriżultax mid-deċiżjoni kkontestata li l-Kummissjoni applikat għal din l-Artikolu 16(2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Imbagħad, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punti 69 sa 75 tas-sentenza appellata, l-argument tar-Repubblika Ellenika li skontu l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta imponiet fuqha sanzjoni sproporzjonata fid-dawl tal-iżball tal-kompjuter tal-awtoritajiet Griegi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7571"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wkoll ċaħdet il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ effett utli.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li fakkret li l-istabbiliment ta’ terminu mandatorju huwa neċessarju sabiex jippermetti l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja kkonċernata, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet minn dan, fil-punt 79 tas-sentenza appellata, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ terminu mandatorju u r-rifjut ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tagħrif mgħoddi minn Stat Membru wara dan it-terminu, anki jekk il-konsegwenza ta’ dan tkun it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija lill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara l-appell ammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tilqa’ t-talbiet tar-rikors;</P></ITEM><?PAGE NO="I-7572"?><ITEM><P>tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż, kemm tal-proċedura tal-appell kif ukoll tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell bħala inammissibbli u infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna r-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, ir-Repubblika Ellenika tinvoka tliet aggravji bbażati, rispettivament, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 16(1) u (2) u 17 tar-Regolament Nru 1227/2000, fuq nuqqas mill-Qorti Ġenerali li tieħu inkunsiderazzjoni l-portata ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt u fuq motivazzjoni kontradittorja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7573"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 16(1) u (2) u 17 tar-Regolament Nru 1227/2000</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika tilmenta li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 16(1) u (2) u 17 tar-Regolament Nru 1227/2000, li l-interpretazzjoni flimkien tagħhom turi, għall-kuntrarju ta’ dak li qieset il-Qorti Ġenerali, li t-terminu msemmi fl-imsemmi Artikolu 16(1) huwa indikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>In-natura indikattiva tal-imsemmi terminu tirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000. F’dan ir-rigward, ir-Repubblika Ellenika ssostni li jirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni li t-trażmissjoni ta’ informazzjoni inkompleta jew barra mit-terminu tinvolvi biss l-applikazzjoni ta’ tnaqqis temporanju u b’rata fissa tal-avvanzi. Skont dan l-Istat Membru, minn dan jirriżulta li din is-sanzjoni tista’ titneħħa <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> meta l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkompleta jew bgħat l-informazzjoni qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi allokati lill-Istati Membri, b’mod li huwa ma jiġi impost l-ebda sanzjoni jew tnaqqis tal-ammonti li għalihom huwa għandu dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Ellenika, huwa inkonċepibbli li l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta, fir-rigward tal-Istati Membri li jibagħtu informazzjoni żbaljat fit-terminu, dispożizzjoni iktar oneruża minn dik applikabbli għal dawk li ma bagħtu ebda informazzjoni jew bagħtu informazzjoni inkompleta.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7574"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>In-natura indikattiva tat-terminu inkwistjoni tirriżulta wkoll mill-kliem tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, li jipprovdi li huma ffinanzjati l-ispejjeż li attwalment intefqu u mhux l-ispejjeż li ntefqu u li ġew iddikjarati kif tafferma l-Qorti Ġenerali. Ir-Repubblika Ellenika tiddeduċi minn dan il-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrettifikaw l-iżbalji operattivi manifesti, u dan anki wara d-data tal-10 ta’ Lulju.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk hija ssostni li n-nuqqas, fil-verżjoni Griega tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[s]a mhux aktar tard<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, espressjoni li tidher f’verżjoni lingwistiċi oħra, tikkonferma n-natura indikattiva tat-terminu msemmi f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Kummissjoni stess ammettiet li aċċettat informazzjoni mibgħuta wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu wkoll jimmilita favur dan is-sens.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-ewwel aggravju tal-appell huwa inammissibbli sa fejn dan jirrepeti l-argumenti mqajma fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, hija ssostni li l-argument tar-Repubblika Ellenika li n-natura indikattiva tat-terminu msemmi fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 hija kkonfermata mill-Artikolu 17(1) tal-istess regolament għandu jiġi ddikjarat inammissibbli inkwantu huwa intiż sabiex jikseb eżami mill-ġdid tal-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, barra minn hekk, li ma jistax jiġi dedott mill-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000 li t-terminu previst fl-Artikolu 16(1) għandu natura indikattiva, inkwantu r-rwol u l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huma differenti. B’hekk, l-Artikolu 16(2) japplika biss fil-każ ta’ trażmissjoni inkompleta jew tardiva tal-informazzjoni, u dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7575"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Ellenika bbażata fuq nuqqas tat-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>[s]a mhux aktar tard<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fil-verżjoni Griega tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, il-Kummissjoni ssostni li huwa inammissabbli sa fejn huwa intiż sabiex jikseb eżami ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali. Fuq il-mertu, hija ssostni li n-nuqqas tal-imsemmija termini fil-verżjoni Griega ma jikkostitwixxix element ta’ interpretazzjoni essenzjali sabiex tiġi evalwata n-natura tat-terminu kkontestat u li, f’kull każ, dan ma jurix li t-terminu huwa indikattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, b’risposta għall-argument li n-natura indikattiva tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 huwa msaħħaħ mill-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li aċċettat informazzjoni mibgħuta barra t-terminu, din issostni li l-Qorti Ġenerali ġustament qieset li Stat Membru ma jistax jeżiġi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi mibgħuta barra t-terminu u li l-Kummissjoni tista’ tiċħad tali talba fil-każ fejn l-adozzjoni fi żmien utli tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi lill-Istati Membri tirriżulta impossibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq l-ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa minnu li jirriżulta minn ġurisprudenza kostanti li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFEU, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 112(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, appell għandu jindika b’mod preċiż l-elementi kkontestati tas-sentenza li tagħha jintalab l-annullament, kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu b’mod speċifiku din it-talba. B’hekk appell li jillimita ruħu li jirrepeti jew li jirriproduċi kelma b’kelma<?PAGE NO="I-7576"?> l-motivi u l-argumenti li kien ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali ma jirriflettix ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet (ara b’mod partikolari s-sentenza tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>, Erste Group Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-125/07 P+C-133/07 P+C-135/07 P+C-137/07 P" PAGE.ECR="I-8681" YEAR="2009">C-125/07 P, C-133/07 P, C-135/07 P u C-137/07 P, Ġabra p. I-8681</REF.DOC.ECR>, punt 131).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, meta appellant jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju min-naħa tal-Qorti Ġenerali, il-punti ta’ liġi evalwati fl-ewwel istanza jistgħu jerġgħu jiġu diskussi mill-ġdid waqt l-appell. Fil-fatt, li kieku rikorrent ma jkunx jista’ jibbaża l-appell tiegħu fuq motivi u argumenti li jkunu diġà ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, il-proċedura tal-appell titlef parti mis-sens tagħha (sentenza tat-<DATE ISO="20090413">13 ta’ April 2009</DATE>, AEPI vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-425/07 P" PAGE.ECR="I-3205" YEAR="2009">C-425/07 P, Ġabra p. I-3205</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel aggravju mqajjem mir-Repubblika Ellenika huwa intiż preċiżament sabiex iqiegħed inkwistjoni l-interpretazzjoni tal-Artikoli 16 u 17 tar-Regolament Nru 1227/2000 mogħtija mill-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant huwa għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 jiddisponi, fil-biċċa l-kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi, li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[s]a mhux aktar tard<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mill-10 ta’ Lulju ta’ kull sena l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7577"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li tali formulazzjoni tagħti l-imsemmi terminu natura perentorja. Il-fatt li tliet verżjonijiet lingwistċi, waħda minnhom il-Griega, jiddisponu li l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-imsemmija informazzjoni lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>sal-<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>10 ta’ Lulju ta’ kull sena ma jagħtix lil dan l-artikolu sens differenti meta mqabbla ma’ verżjonijiet lingwistiċi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata kemm mill-istruttura tar-Regolament Nru 1227/2000 kif ukoll mill-finalità tal-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi kkonstatat li l-argument tar-Repubblika Ellenika, li n-natura indikattiva tat-terminu previst f’din id-dispożizzjoni tirriżulta mill-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000, huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li din id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll il-każ ta’ Stat Membru li naqas milli jibgħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament, filwaqt li jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tagħha li huma biss ikkonċernati d-dikjarazzjonijiet inkompleti li ma ġewx ikkompletati fid-data tal-10 ta’ Lulju ta’ kull sena.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000 fil-fatt, meta l-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa li jgħaddu lill-Kummissjoni skont l-imsemmi Artikolu 16(1) tkun inkompleta jew l-iskadenza ma tkunx intlaħqet, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-avvanzi fid-dħul tal-kontijiet tal-ispejjeż agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument tar-Repubblika Ellenika ma jistax jintlaqa’ fuq dan il-punt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7578"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Għall-bqija, għandu jiġi rrelevat li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000 jikkonċerna l-avvanzi fid-dħul tal-kontijiet tal-ispejjeż agrikoli fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 1258/1999, u mhux l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont dan l-artikolu, għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Istati Membri mill-Kummissjoni permezz ta’ avvanzi fuq il-provvediment tan-nefqa effettwati matul perjodu taż-żmien ta’ referenza ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex ikopru n-nefqa riferita fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dan ir-regolament. Skont l-Artikolu 7(2) tal-istess regolament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-avvanzi ta’ kull xahar fuq il-provvediment għan-nefqa effetwata mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas. L-avvanzi għandhom jiġu mħallsa lill-Istat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar ta’ wara dak li fih tiġi effettwata n-nefqa.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000 jipprevedi li, meta l-informazzjoni li l-Istati Membri huma meħtieġa li jgħaddu lill-Kummissjoni skont l-istess Artikolu 16(1) tkun inkompleta jew l-iskadenza ma tkunx intlaħqet, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-għotjiet fid-dħul tal-kontijiet tal-ispejjeż agrikoli fuq bażi temporanja u b’rata fissa.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1227/2000 huwa intiż preċiżament sabiex jinkoraġġixxi l-Istai Membri sabiex jirrispettaw l-obbligu tagħhom ta’ dikjarazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 16(1).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argument tar-Repubblika Ellenika li l-kliem tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 jikkonfermaw in-natura indikattiva tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tal-imsemmi regolament ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7579"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont dan l-artikolu, spejjeż li attwalment intefqu, ivvalidati u ddikjarati għal kwalunkwe sena finanzjarja partikolari għandhom jiġu ffinanzjati ġol-limiti tal-ammonti nnotifikati lill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 16(1) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Għal kuntrarju ta’ dak li tafferma r-Repubblika Ellenika, xejn fil-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma jindika li l-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni reali u għaldaqstant tieħu inkunsiderazzjoni r-rettifiki magħmula mill-Istati Membri wara l-iskadenza tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta espressament mill-Artikolu 17(4) tal-imsemmi regolament li, b’deroga għall-imsemmi Artikolu 17(1), hija imposta sanzjoni fejn il-medda totali nnotifikata taħt l-Artikolu 16(1)(a) ta’ dan ir-regolament hija inqas min-numru ta’ ettari indikati fl-allokazzjoni għas-sena finanzjarja magħmula lill-Istat Membru taħt l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1493/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tibbaża ruħha, għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi, fuq medda totali reali, iżda biss fuq dik li ġiet innotifikata lilha fit-terminu msemmi fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, jirriżulta mill-għan imfittex mid-dikjarazzjoni prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, li d-data tal-10 ta’ Lulju hija intiża sabiex tippermetti lill-Kummissjoni tadotta fi żmien utli d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija lill-Istati Membri, b’mod li din ma tistax tiġi obbligata tibbaża ruħha fuq informazzjoni emendata mibgħuta wara din id-data għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7580"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1493/1999, il-Kummissjoni għandha tagħmel allokazzjonijiet inizjali lejn l-Istati Membri kull sena fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi li jieħdu inkunsiderazzjoni sitwazzjonijiet u bżonnijiet partikolari, u l-ħidma li trid issir fid-dawl tal-għan tal-iskema. Skont l-Artikolu 14(2), l-allokazzjonijiet inizjali għandhom, f’fażi sussegwenti, jiġu adattati skont l-infieq reali u fuq il-bażi tal-previżjonijiet tal-infieq rivedut ppreżentati mill-Istati Membri fid-dawl tal-għan tal-iskema u fil-limitu tal-fondi disponibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-obbligu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 huwa intiż sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ jkollha l-elementi neċessarji sabiex tistabbilixxi b’mod definittiv l-allokazzjonijiet finanzjarji, skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament Nru 1493/1999.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, hija biss interpretazzjoni stretta tat-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 li tippermetti li jiġi ggarantit li l-allokazzjonijiet finanzjarji allokati lill-Istati Membri, li huma inizjalment mogħtija biss provviżorjament skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1493/1999, ikunu jistgħu jiġu adattati fi żmien utli mill-Kummissjoni skont l-infiq reali.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, minn naħa, li skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament Nru 1277/2000, referenzi għal xi sena finanzjarja għandhom jirreferu għal ħlasijiet fil-fatt magħmula mill-Istati Membri bejn is-16 ta’Ottubru ta’ sena u l-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara u, min-naħa l-oħra, li skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1258/1999, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-avvanzi ta’ kull xahar fuq il-provvediment għan-nefqa effettwata mill-aġenziji akkreditati tal-ħlas. In-nefqa għal Ottubru għandha tiġi attribwita għal Ottubru jekk tkun effettwata mill-1<?PAGE NO="I-7581"?> sal-15 ta’ Ottubru u għal Novembru jekk tkun effettwata mis-16 sal-31 ta’ Ottubru. L-imsemmija avvanzi għandhom jitħallsu lill-Istat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar ta’ wara dak li fih tiġi effettwata n-nefqa.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, huwa neċessarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jħallsu, qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja kurrenti, l-aħħar pagamenti relatati man-nefqa ddikjarata taħt l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 u jiksbu r-rimbors tagħhom mill-Kummissjoni, qabel it-tmiem tas-sena baġitarja, fuq il-linji baġitarji disponibbli għal din is-sena finanzjarja, li d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja kkonċernata tiġi adottata qabel it-tmiem tagħha, jiġifieri qabel il-15 ta’ Ottubru.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Sabiex il-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tadotta u tippubblika d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-imsemmija allokazzjonijiet finanzjarji definittivi qabel din id-data, huwa importanti, fid-dawl tar-restrizzjonijiet proċedurali imposti fuqha, li hija jkollha informazzjoni fuq l-Istati Membri kollha sa l-iktar tard fl-10 ta’ Lulju tas-sena kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 17(3) tar-Regolament Nru 1227/2000, kull bidla iżolata tal-allokazzjoni finanzjarja mogħtija lil Stat Membru hija eskluża. Skont din id-dispożizzjoni fil-fatt, it-talbiet ta’ finanzjament ulterjuri tan-nefqa tas-sena kurrenti, imsemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tal-imsemmi regolament, għandhom jiġu aċċettati biss sa fejn ikun hemm ammonti disponibbli wara li jitnaqqas, mill-ammont totali allokat lill-Istati Membri, is-somma għall-Istati<?PAGE NO="I-7582"?> Membri kollha, tal-ammonti nnotifikati skont l-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament Nru 1227/2000 u l-ammonti ddikjarati skont l-Artikolu 16(1)(b).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tiġi obbligata taċċetta informazzjoni li ntbagħtitilha barra t-terminu, inkwantu dan jista’ jimpedixxi l-adozzjoni fi żmien utli tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma ġietx invalidata mill-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li teħid inkunsiderazzjoni min-naħa tagħha ta’ informazzjoni kkomunikata tard ma huwiex totalment eskluż, sa fejn it-terminu previst skada għal perijodu qasir jew fejn l-adozzjoni, qabel il-15 ta’ Ottubru, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja kkonċernata hija possibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjoni preċedenti kollha jirriżulta li l-ewwel aggravju ma huwiex fondat. Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata ta’ diversi prinċipji ġenerali tad-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Dan l-aggravju jinqasam f’żewġ partijiet.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7583"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggarvju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ kooperazzjoni leali, ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> u ta’ amministrazzjoni tajba</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-Kummissjoni, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata li nbagħtitilha mill-awtoritajiet Griegi u billi żammet informazzjoni manifestament żbaljata, filwaqt li hija kellha żmien biżżejjed biex iddaħħal l-informazzjoni rettifikata fid-deċiżjoni tagħha, ma kisritx il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ssostni li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli sa fejn din tirrepeti l-argumenti diġà mqajma fl-ewwel istanza mingħajr ma wriet fejn l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, ir-Repubblika Ellenika ssostni, essenzjalment, li l-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> kellhom iwasslu lill-Kummissjoni, minn naħa, sabiex ma tiħux inkunsiderazzjoni<?PAGE NO="I-7584"?> informazzjoni manifestament żbaljata li ntbagħtitilha u, min-naħa l-oħra, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata peress li hija kellha ż-żmien neċessarju sabiex iddaħħalhom fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrelevat qabel kollox li, billi għamlet hekk, ir-Repubblika Ellenika qed tipprova, essenzjalment, tqiegħed inkwistjoni l-evalwazzjonijiet ta’ fatt mwettqa mill-Qorti Ġenerali fil-punti 57 sa 59 tas-sentenza appellata. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali tqis, minn naħa, fil-punt 57 tas-sentenza appellata, li natura żbaljata tal-informazzjoni mibgħuta fl-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE> mill-awtoritajiet Griegi ma kienet bl-ebda mod evidenti. Min-naħa l-oħra, fil-punt 59, hija tqis, essenzjalment, li meta l-informazzjoni rettifikata ġiet trażmessa lill-Kummissjoni, din ma kellhiex iktar żmien neċessarju sabiex teħodha inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni fi żmien utli tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi mfakkar li, skont l-Artikolu 225(1) KE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appell huwa limitat għall-punti ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali hija għaldaqstant unikament kompetenti sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti u biex tevalwa l-provi. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u provi għaldaqstant ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi, suġġett bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara b’mod partikolari s-sentenzi tad-<DATE ISO="20020919">19 ta’ Settembru 2002</DATE>, DKV vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-104/00 P" PAGE.ECR="I-7561" YEAR="2002">C-104/00 P, Ġabra p. I-7561</REF.DOC.ECR>, punt 22, u tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Deutsche Sisi-Werke vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/04 P" PAGE.ECR="I-551" YEAR="2006">C-173/04 P, Ġabra p. I-551</REF.DOC.ECR>, punt 35 u tal-<DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, Schräder vs OCVV, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-38/09 P" PAGE.ECR="I-3209" YEAR="2010">C-38/09 P, Ġabra p. I-3209</REF.DOC.ECR>, punt 69).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-Repubblika Ellenika la wriet u lanqas invokat xi żnaturament tal-fatti jew provi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, hemm lok li tiġi miċħuda l-ewwel parti tat-tieni aggravju bħala inammmissibli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7585"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju, ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li l-Kummissjoni, billi rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni rettifikata li ġew trażmessi lilha tard, ma kisritx il-prinċipju ġenerali ta’ trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont dan l-Istat Membru, l-aġir tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-Istati membri sa fejn l-imsemmija istituzzjoni taċċetta b’mod arbitrarju informazzjoni trażmessa barra mit-terminu minn Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummmissjoni ssostni li dan l-argument għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli peress li diġà ġie invokat għall-ewwel darba fl-istadju tal-appell u ma jsemmix l-elementi ta’ dritt u ta’ fatti fondamentali li fuqhom huwa bbażat dan l-ilment. Sussidjarjament, hija ssostni li dan l-argument huwa infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, jekk parti titħalla tqajjem għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja aggravju li hija ma tkunx invokat quddiem il-Qorti Ġenerali, dik il-parti tkun qiegħda titħalla tressaq<?PAGE NO="I-7586"?> quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha fejn jidħol appell hija limitata, kawża iktar estiża minn dik imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-kuntest ta’ appell, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-evalwazzjoni tas-soluzzjoni legali li ngħatat lill-motivi diskussi quddiem il-qorti tal-ewwel istanza (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19940601">1 ta’ Ġunju 1994</DATE>, Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> , <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/92 P" PAGE.ECR="I-1981" YEAR="1994">C-136/92 P, Ġabra p. I-1981</REF.DOC.ECR>, punti 58 u 59; tat-<DATE ISO="20000330">30 ta’ Marzu 2000</DATE>, VBA vs VGB <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/97 P" PAGE.ECR="I-2135" YEAR="2000">C-266/97 P, Ġabra p. I-2135</REF.DOC.ECR>, punt 79; tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Henkel vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/01 P+C-457/01 P" PAGE.ECR="I-5089" YEAR="2004">C-456/01 P u C-457/01 P, Ġabra p. I-5089</REF.DOC.ECR>, punt 50; kif ukoll tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, C-136/92 C-266/97 C-456/01 C-457/01, Les Éditions Albert René vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/06 P" PAGE.ECR="I-10053" YEAR="2008">C-16/06 P, Ġabra p. I-10053</REF.DOC.ECR>, punt 126).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-ilment tar-Repubblika Ellenika li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali meta aċċettat barra mit-terminu informazzjoni li ġejja minn Stati Membri oħra ma ġietx invokata quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi miċħud it-tieni aggravju fl-intier tiegħu bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq motivazzjoni kontradittorja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali kkontradixxiet lilha nfisha meta affermat, min-naħa, fil-punti 25, 36 u 43 tas-sentenza appellata, li t-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 għandu natura perentorja, u billi<?PAGE NO="I-7587"?> kkunsidrat, min-naħa l-oħra, fil-punt 59 tal-imsemmija sentenza, li l-informazzjoni kkomunikata tard lill-Kummissjoni tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni minn din tal-aħħar sa fejn ikun hemm żmien qasir wara l-iskadenza tat-terminu u meta dan ma jimpedixxix l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi mogħtija lill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-motivazzjoni tas-sentenza appellata ma hijiex kontradittorja iżda hija parti minn loġika waħda u l-istess, jiġifieri din tal-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni u, fl-istess waqt, tal-osservanza tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali mal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali hijiex kontradittorja tikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt li tista’, bħala tali, tiġi invokata fil-kuntest ta’ appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punt 90, kif ukoll tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/07 P" PAGE.ECR="I-6155" YEAR="2009">C-385/07 P, Ġabra p. I-6155</REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali affermat, fil-punti 25, 36 u 43 tas-sentenza appellata, li t-terminu previst fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 għandu natura perentorja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7588"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ssostni li l-Qorti Ġenerali kkontradixxiet ruħha meta kkunsidrat imbagħad fil-punt 59 tas-sentenza appellata li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni kkomunikata tard minn Stat Membru lill-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 ma huwiex totalment eskluż.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax mandankollu jiġi milqugħ.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt għandu jiġi rrelevat li, fil-punti 31 u 32 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li d-data tal-10 ta’ Lulju, prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000 ġiet iddeterminata sabiex il-Kummissjoni jkollha ż-żmien meħtieġ sabiex tadotta u tippubblika d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finazjarji definittivi qabel il-15 ta’ Ottubru. L-imsemmija qorti indikat ukoll, fil-punt 43 tas-sentenza appellata, li dan it-terminu għandu natura perentorja għall-Istati Membri, fis-sens li dawn ma għandhomx id-dritt li jeżiġu mill-Kummissjoni li hija tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li ġew ikkomunikati lilha wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Sussegwentement, Il-Qorti Ġenerali setgħet tafferma, mingħajr ma tikkontradixxi lilha nfisha, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni kkomunikata barra t-terminu kien konċepibbli biss sa fejn kien hemm perijodu qasir wara l-iskadenza tat-terminu u fejn l-adozzjoni, qabel il-15 ta’ Ottubru, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi allokati lill-Istati Membri għas-sena finanzjarja kkonċernata ma kinitx kompromessa. Fil-fatt, jekk l-Istati għandhom l-obbligu li jibagħtu lill-Kummissjoni, sa l-iktar tard fl-10 ta’ Lulju ta’ kull sena, l-informazzjoni prevista fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 1227/2000, il-Kummissjoni għandha, min-naħa tagħha, il-fakultà li tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li kellha tiġi trażmessa lilha wara din id-data, u<?PAGE NO="I-7589"?> għal dan il-għan li ma teskludix mid-deċiżjoni finali l-Istati Membri li qabżu dan it-terminu bi ftit ġranet biss.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kontradizzjoni ta’ aggravji invokati mir-Repubblika Ellenika ma tistax tiġi kkunsidrata bħala fondata. Għalhekk, it-tielet aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjoni preċedenti kollha jirriżulta li ebda mill-aggravji invokati mir-Repubblika Ellenika insostenn tal-appell tagħha ma jistgħu jintlaqgħu u, għaldaqstant, dan jista’ biss jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 118 tal-istess Regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika Ellenika tilfet l-appell prinċipali, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, hekk kif talbet il-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7590"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>