European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/416

20.2.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/416

tas-17 ta’ Frar 2026

dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

(2)

L-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE sjridu jitwettqu b’mod sħiħ mill-Bord Superviżorju tiegħu, li hu magħmul mill-President, il-Viċi President u erba’ rappreżentanti tal-BĊE, kif ukoll rappreżentant wieħed tal-awtorità kompetenti nazzjonali f’kull Stat Membru parteċipanti.

(3)

Il-Bord Superviżorju huwa korp essenzjali fit-twettiq tal-kompiti superviżorji mill-BĊE. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 ta lill-Kunsill is-setgħa li jaħtar il-President u l-Viċi President tal-Bord Superviżorju.

(4)

Fit-22 ta’ Frar 2021, il-Kunsill ħatar lis-Sur Frank ELDERSON bħala l-Viċi President tal-Bord Superviżorju bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/325 (2) għal perjodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Frar 2021. Il-mandat tal-Viċi-President tal-Bord Superviżorju jintemm fit-23 ta’ Frar 2026.

(5)

Fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2025, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE, wara li sema’ lill-Bord Superviżorju, ippropona li l-mandat tas-Sur Frank ELDERSON bħala Viċi President tal-Bord Superviżorju jigi estiż sat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE li jiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2028.

(6)

Fis-17 ta’ Diċembru 2025, il-BĊE ppreżenta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni proposta biex jiġi estiż il-mandat tas-Sur Frank ELDERSON bħala l-Viċi President tal-Bord Superviżorju. Il-Parlament Ewropew approva dik il-proposta fl-10 ta’ Frar 2026,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Frank ELDERSON huwa b’dan maħtur Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tieni mandat, għal perjodu mill-24 ta’ Frar 2026 sal-14 ta’ Diċembru 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


(1)   ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1024/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/325 tat-22 ta’ Frar 2021 dwar il-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 64, 24.2.2021, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/325/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/416/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)