|
13.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 213/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Awwissu 2010
dwar id-determinazzjoni ta’ ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli ħlief iz-zokkor u dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-eliminazzjoni tagħhom fir-rigward tal-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5524)
(It-test bir-Rumen biss huwa awtentiku)
(2010/454/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Kapitolu 3 tal-Anness V tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Paragrafu 2 tal-Kapitolu 3 tal-Anness V tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija jistipula li kwalunkwe ħażna ta’ prodott agrikolu, kemm privata kif ukoll pubblika, li fid-data tal-adeżjoni kienet f’ċirkulazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija (“l-Istati Membri l-ġodda”), u li taqbeż il-kwantità li tista’ tkun ikkunsidrata bħala riport tal-ħażniet normali trid tiġi eliminata bi spejjeż għall-Istati Membri l-ġodda. Il-kunċett ta’ riport tal-ħażniet normali għandu jiġi definit għal kull prodott abbażi ta’ kriterji u għanijiet speċifiċi għal kull organizzazzjoni komuni tas-suq. |
|
(2) |
Kemm il-kriterji kif ukoll l-għanijiet partikolari ta’ kull organizzazzjoni tas-suq u r-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Istati Membri l-ġodda qabel l-adeżjoni u l-prezzijiet Komunitarji jfissru li r-riport tal-ħażniet normali għandu jiġi vvalutat fid-dawl ta’ fatturi li jvarjaw minn settur għal ieħor. |
|
(3) |
Il-bażi li fuqha jsir il-kalkolu tal-livelli tal-ħażniet żejda għandha tkun is-somma tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet imnaqqsa bl-esportazzjonijiet fl-2006, imqabbla mas-somma tal-medja tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet imnaqqsa bl-esportazzjonijiet għat-tliet snin ta’ qabel. |
|
(4) |
Għandu jsir aġġustament fir-riżultati tal-kalkoli biex jikkunsidraw il-fatt li xi kategoriji ta’ prodotti, bħal butir u żejt tal-butir, kwalitajiet differenti ta’ ross, ħops, żrieragħ, alkoħol tal-inbid, tabakk, u ċereali, jistgħu effettivament jinbidlu wieħed mal-ieħor u jistgħu jiġu kkunsidrati bħala grupp, sabiex żieda fil-livelli tal-ħażniet ta’ ċerti prodotti fi grupp tista’ tiġi bbilanċjata bi tnaqqis fil-livelli tal-ħażniet ta’ prodotti oħra fil-grupp. |
|
(5) |
Sabiex jitqies it-tkabbir ekonomiku matul il-perjodu evalwat għall-eżerċizzju ta’ ħażniet żejda u ż-żieda possibbli li tirriżulta fil-konsum tal-ikel, ġiet introdotta funzjoni tax-xejra lineari, billi jintużaw bħala linja ta’ bażi ċ-ċifri tal-produzzjoni u tal-kummerċ tal-2003-2005. F’każijiet fejn li kieku l-funzjoni tax-xejra lineari kienet tirriżulta f’ħażniet żejda ogħla, intużat is-somma tal-medja tal-varjazzjoni fil-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet imnaqqsa bl-esportazzjonijiet għat-tliet snin ta’ qabel. |
|
(6) |
Intuża limitu massimu biex jiġu eliminati ammonti żgħar ta’ ħażniet żejda: fil-każ fejn l-ammont ta’ ħażniet żejda ta’ prodott partikolari ma kienx aktar minn 10 % tal-ammont li seta’ jitqies bħala “riport tal-ħażniet normali” għal dak il-prodott, ġie kkunsidrat li l-Istati Membri ma għandhomx iġarrbu l-ħlas tiegħu. Dan l-10 % jagħmel tajjeb għall-marġini ta’ żbalji tat-tagħrif statistiku miġbur f’ċirkustanzi partikolari tal-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni u l-kumplessità u l-ambitu ta’ dan l-eżerċizzju. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri l-ġodda biex jippreżentaw kwalunkwe diskussjoni dwar sitwazzjonijiet speċifiċi li jiġġustifikaw ħażniet ogħla min-normal u mbagħad evalwathom. Dawn ma rriżultawx f’tibdiliet fiċ-ċifri stabbiliti skont il-metodoloġija deskritta fil-premessi 1 sa 6. |
|
(8) |
Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq id-dejta uffiċjali tal-Eurostat mibgħuta mill-Istati Membri, fejn hija disponibbli. F’każijiet fejn it-tali dejta ma tkunx disponibbli minħabba kunfidenzjalità dwar l-istatistika, għandha tintuża d-dejta mibgħuta uffiċjalment lill-Kummissjoni mill-Istati Membri l-ġodda. |
|
(9) |
Fir-rigward tal-Bulgarija, l-applikazzjoni matematika tal-metodoloġija deskritta fil-premessi 1 sa 6 t-tagħrif tal-istatistika msemmi fil-premessa 8 jirriżulta f’ebda ħażniet żejda, mingħajr il-ħtieġa li titqies kwalunkwe diskussjoni dwar sitwazzjonijiet speċifiċi kif deskritt fil-premessa 7. |
|
(10) |
Għall-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji tal-ħażniet żejda, għandu jiġi kkalkolat il-kost tar-rimi tagħhom. Fin-nuqqas ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-faqqiegħ ippreservat li għalih ġew stabbiliti livelli sinifikanti ta’ ħażniet żejda, għall-benefiċċju ta’ approċċ ekwivalenti, huwa xieraq li jittieħdu bħala bażi d-differenzi fil-prezz bejn il-prezzijiet medji interni u dawk esterni. Minħabba n-natura temporanja tal-konsegwenzi finanzjarji ġejjin mill-istipulazzjoni ta’ ħażniet żejda, l-ammonti li jikkorispondu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri kkonċernati lill-baġit tal-Unjoni. Jeħtieġ li tkun stabbilita d-data ta’ meta jridu jitħallsu dawn il-pagamenti. Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli tal-preżent kif indikat ir-Rumanija, ġie kkunsidrat bħala xieraq li l-perjodu għall-ħlas ta’ dawn l-ammonti jkun estiż għal tul ta’ żmien ta’ erba’ snin. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati b’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kwantitajiet ta’ prodotti agrikoli fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Bulgarija u fir-Rumanija fid-data tal-adeżjoni li jaqbżu l-kwantitajiet li jistgħu jkunu kkunsidrati bħala riport tal-ħażniet normali fl-1 ta’ Jannar 2007, u l-ammonti li għandhom jitħallsu minn dawk l-Istati Membri l-ġodda bħala konsegwenza tal-ispiża tal-eliminazzjoni ta’ dawk il-kwantitajiet huma deskritti fl-Anness.
Artikolu 2
1. L-ammonti deskritti fl-Anness għandhom jitqiesu bħala introjtu għall-baġit tal-Unjoni.
2. Ir-Rumanija tista’ tħallas dawn l-ammonti deskritti fl-Anness lill-baġit tal-Unjoni f’erba’ pagamenti ndaqs. L-ewwel pagament irid jitħallas sal-aħħar jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih din id-Deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Istat Membru l-ġdid konċernat. Il-ħlasijiet sussegwenti għandhom jitħallsu sal-31 ta’ Ottubru 2011, il-31 ta’ Ottubru 2012 u l-31 ta’ Ottubru 2013 rispettivament.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
KWANTITAJIET LI JAQBŻU R-RIPORT TAL-ĦAŻNIET NORMALI U L-AMMONTI LI GĦANDHOM IĦALLSU L-BULGARIJA U R-RUMANIJA
|
|
Ir-Rumanija |
|
|
|
Il-kwantità f’tunnellati |
Ammont f’EUR 1 000 |
|
Faqqiegħ tal-bott |
685 |
108 |
|
Total |
685 |
108 |