European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2553

1.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2553

tal-4 ta’ April 2024

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique dwar l-istatus tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143 (1) li tistabbilixxi Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique).

(2)

Fil-15 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1818 (2) li nediet EUTM Mozambique.

(3)

Fl-4 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill awtorizza lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Mozambique bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ Ftehim dwar l-istatus ta’ EUTM Mozambique.

(4)

Ġie nnegozjat ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Mozambique abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill fl-4 ta’ Novembru 2021.

(5)

Jenħtieġ li l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique dwar l-istatus tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) jiġi approvat f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mozambique dwar l-istatus tal-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (ĠU L 247, 13.7.2021, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1818 tal-15 ta’ Ottubru 2021 li tniedi l-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) (ĠU L 368, 18.10.2021, p. 5).

(3)  It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L, 2024/2552, 1.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/agree_internation/2024/2552/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2553/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)