26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 255/89


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew

(2009/639/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0423/2008) (2),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0156/2009),

1.

Japprova l-kwittanza għall-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2007;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni formanti parti integranti minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Hans-Gert PÖTTERING

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)   ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-23 ta’ April 2009

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar kwittanza fir-rigward tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima VIII – l-Ombudsman Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1),

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 - Volum I (C6–0423/2008) (2),

—

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità tal-kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2007,

—

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3),

—

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regola 71, u l-Anness V, tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0156/2009),

1.

Jinnota li fl-2007 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal total ta’ 8,2 miljun EUR (2006: EUR 7,7 miljun (6)), b’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 90,48 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra (93,84 %);

2.

Jinnota li, matul il-perjodu 2003-2007, l-approprijazzjonijiet għall-impenji żdiedu b’mod kostanti minn EUR 4,4 miljun għal EUR 8,2 miljun (kważi +86 %) u l-postijiet minn 31 għal 57 unità (+84 %), filwaqt li l-ilmenti żdiedu minn 2 436 għal 3 217 (+32 %) u l-inkjesti ġodda miftuħa minn 253 għal 308 (+22 %); jinnota wkoll li l-għadd ta’ postijiet ma żdidx għat-tieni sena konsekuttiva;

3.

Jirrimarka li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f’ebda osservazzjoni sinifikanti fir-rigward tal-Ombudsman;

4.

Jinnota illi skont ir-rapport tal-Awditur Intern Nru 08/03 magħmul lill-Istituzzjoni, ix-xogħol tal-Awditur Intern fl-2007 wera li “sakemm issir implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet miftiehma […] il-ġestjoni interna tal-Istituzzjoni u s-sistemi ta’ kontroll huma effettivi u jagħti assigurazzjoni raġonevoli li jistgħu jinkisbu l-objettivi tagħha ta’ kontroll fuq bażi konsistenti”;

5.

Ifakkar li r-rapport tal-Awditur Intern lill-Istituzzjoni Nru 06/04, magħmul biex jivvaluta l-adegwatezza tal-ġestjoni u tal-proċeduri ta’ kontroll biex jiġu stabbiliti d-drittijiet individwali tal-persunal “ma kixifx oqsma ta’ riskju sinifikanti fil-ġestjoni u fil-proċeduri tal-kontroll, imma kkonferma li l-Istituzzjoni għandha tindirizza għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi”; ifakkar ukoll li b’konsegwenza ta’ dan kollu kien ġie miftiehem pjan ta’ azzjoni bejn l-Awditur Intern u l-istituzzjoni u li kien ġie ffissat it-30 ta’ Settembru 2007 bħala skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-verifika ta’ follow-up magħmula f’Diċembru 2007, skont liema konklużjonijiet kulma ġie miftiehem fil-pjan ta’ azzjoni li jirrigwarda l-ġestjoni tad-drittijiet individwali kien ġie implimentat fis-sħiħ;

6.

Jinnota li l-verifika ta’ segiwtu tal-pjan ta’ azzjoni miftiehem li jikkonċerna l-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku wriet li, filwaqt li sar xi progress, l-Ombudsman ma kienx għadu implimenta għal kollox iż-żewġ azzjonijiet li kien għad fadal mir-rapport tal-Verifika Interna Nru 06/03; jinkoraġġixxi lill-Ombudsman jipproċedi b’urġenza ħalli jlesti l-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, kif issuġġerixxa l-Awditur Intern; jilqa’ l-fatt li, abbażi ta’ dawn is-sejbiet, l-Awditur Intern inkluda verifika tal-proċess ta’ akkwist pubbliku fil-programm ta’ xogħol 2008, u jistenna r-riżultanzi ta’ din il-verifika ta’ follow-up;

7.

Jinnota l-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċjal Prinċipali li Jawtorizza għad-Delegazzjonijiet fir-rapport ta’ ħidma tal-2007 bir-riżultat li l-awto-valutazzjoni dwar l-effiċjenza tal-qafas ta’ kontroll intern tas-servizzi tal-Ombudsman twettaq kmieni fl-2008 u li l-istampa globali li rriżultat minn dan l-eżerċizzju kienet ta’ sodisfazzjoni ġenerali dwar il-livell tat-twettiq tal-istandards ta’ kontroll intern (88 % meta mqabbla ma’ 85 % fl-2006 u 74 % fl-2004);

8.

Jinnota wkoll, madankollu, li ġie meqjus li kien hemm ħtieġa ta’ titjib fl-effettività f’xi oqsma (l-identifikazzjoni ta’ funzjonijiet sensittivi, it-titjib tal-ippjanar u l-ipprogrammar, l-indikaturi tar-rendiment); jinkoraġixxi lill-Ombudsman jagħmel kull sforz biex itejjeb aktar l-effiċjenza tal-qafas ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni;

9.

Jinnota b’sodisfazzjon li l-ftehim ta’ qafas il-ġdid dwar il-kooperazzjoni ta’ tul ta’ żmien indefinit bejn l-Ombudsman u l-Parlament, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2006, u beda jagħti l-frott fl-2007; jinnota wkoll li dan il-ftehim jirrigwarda l-għoti ta’ ċerti servizzi amministrattivi, inklużi l-binjiet, l-IT, il-komunikazzjonijiet, il-pariri legali, is-servizzi mediċi, it-taħriġ, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni;

10.

Ifaħħar lill-Ombudsman talli ssokta fl-isforzi tiegħu li jiżviluppa r-rabtiet interistituzzjonali ma’ korpi oħrajn (b’mod partikolari l-OPOCE, l-EAS u l-EPSO) u maċ-Ċentru tat-Traduzzjonijiet; jinnota li 70 % tal-nefqa operazzjonali tiegħu kienet diretta u minfuqa abbażi tal-koperazzjoni interistituzzjonali;

11.

Jinnota b’sodisfazzjon l-implimentazzjoni b’suċċess minn Mejju 2007 tar-riorganizzazzjoni tad-Dipartiment Legali, li jiżgura monitoraġġ effettiv tal-immaniġġjar tar-rikjesti u t-tħejjija tad-deċiżjoni, u li jinżamm il-momentum fihom;

12.

Josserva li, skont ir-rapport annwali, l-Ombudsman għandu anqas diffikultajiet milli kellu fis-snin l-imgħoddija dwar l-ingaġġ ta’ avukati kkwalifikati u tibdil tal-persunal għoli;

13.

Jilqa’ b’sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Ombudsman fl-14 ta’ Diċembru 2007 tad-deċiżjoni dwar l-istqarrija annwali tal-interessi tal-Ombudsman; jinnota b’sodisfazzjon li din l-istqarrija tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Ombudsman;

14.

Jifraħ lill-Ombudsman talli fit-2 ta’ Ġunju 2008 aderixxa għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rigward l-istħarriġiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (7) fl-applikazzjoni tas-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (8); jinnota b’sodisfazzjon li dakinhar stess l-Ombudsman ħa deċiżjoni dwar il-pattijiet u l-kundizzjonijiet tal-investigazzjonijiet interni in relazzjoni għall-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali detrimentali għall-interessi tal-Komunitajiet;

15.

Jitlob li fir-rapport ta’ attività li jmiss tiegħu (sena finanzjarja 2008), l-Ombudsman jinkludi kapitlu li jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu li jkun sar matul is-sena għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza preċedenti tal-Parlament, li jkun jinkludi spjegazzjonijiet possibbli għalfejn ma ġewx segwiti r-rakkomandazzjonijiet;

16.

Jinnota li, minkejja l-emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu dwar ix-xiri pubbliku għadhom kumplessi żżejjed għal istituzzjonijiet iżgħar, bħall-Ombudsman, speċjalment fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti għal kuntratti li jittrattaw ammonti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni - meta twettaq ix-xogħol preliminari tagħha qabel ma tfassal kwalunkwe proposta futura għal emenda għar-Regolament Finanzjarju - biex tikkonsulta mal-Ombudsman u s-Segretarjat tiegħu sabiex ikun żgurat li jittieħed kont sħiħ tat-tħassib tagħhom fl-abbozz finali.

(1)   ĠU L 77, 16.3.2007.

(2)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.

(3)   ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.

(4)   ĠU C 287, 10.11.2008, p. 111.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  2005: EUR 7,2 miljun.

(7)   ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

(8)  Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).