|
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 154/50 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10783 – EQT FUTURE / AM FRESH / SNFL / IFG)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 154/11)
1.
Fil-21 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.à.r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), proprjetà esklużiva u kkontrollata b’mod esklużiv minn EQT AB (“EQT”, l-Iżvezja), u maħtura bħala l-manager tal-fund ta’ EQT Future, fond ta’ investiment ta’ EQT, |
|
— |
AM Fresh Group UK Limited (“AM Fresh”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Special New Fruit Licensing Holding Company, S.L. (“SNFL”, Spanja), ikkontrollata minn AM Fresh, |
|
— |
International Fruit Genetics, LLP (“IFG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), proprjetà ta’ Sunridge Nurseries, Inc. (Sunridge) u Grapery, Inc. (Grapery). |
L-avviż jikkonsisti f’żewġ operazzjonijiet interrelatati simultanji. EQT Future u AM Fresh se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SNFL kollha kemm hi. EQT Future u AM Fresh imbagħad jakkwistaw, indirettament permezz ta’ SNFL, u fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-assi ta’ IFG.
L-ewwel konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. It-tieni konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
EQT Future huwa fond ta’ investiment EQT, li ma għandu l-ebda sehem f’kumpaniji involuti fl-istess attivitajiet ta’ SNFL u IFG jew f’attivitajiet li jistgħu jitqiesu upstream jew downstream; |
|
— |
AM Fresh hija attiva fit-tkabbir ta’ frott (inkluż għeneb tal-mejda) u ħxejjex, il-kummerċjalizzazzjoni bl-ingrossa ta’ frott imkessaħ u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ meraq, smoothies, u xorb tajjeb għas-saħħa għall-marka tad-distributur stess; |
|
— |
SNFL u IFG it-tnejn li huma jnisslu u jiżviluppaw varjetajiet protetti ġodda ta’ dwieli tal-għeneb tal-mejda u jilliċenzjawhom madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10783 – EQT FUTURE / AM FRESH / SNFL / IFG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).