30.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 171/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 38/2011

tal-1 ta’ April 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 (1).

(2)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/379/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 dwar il-valutazzjoni tar-riskju tan-nuqqasijiet li jinstabu waqt spezzjonijiet tekniċi (ta’ vetturi kummerċjali) fit-triq skont id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Taħt l-intestatura “ ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA ” il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 36b (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/19/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“36c.

32010 H 0379: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/379/UE tal-5 ta’ Lulju 2010 dwar il-valutazzjoni tar-riskju tan-nuqqasijiet li jinstabu waqt spezzjonijiet tekniċi (ta’ vetturi kummerċjali) fit-triq skont id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 8.7.2010, p. 97).”

Artikolu 2

It-testi tar-Rakkkomandazzjoni 2010/379/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ April 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 93, 7.4.2011, p. 33.

(2)   ĠU L 173, 8.7.2010, p. 97.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.