23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 91/2008

ta' l-4 ta' Lulju 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jaddotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontabbilità ekonomika għall-agrikoltura fil-Komunità (3) għandu jiġi inkorporat fil-ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Wara l-punt 18ak (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2007) għandu jidħol il-punt li ġej:

“18al.

32008 R 0207: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008 tal-5 ta' Marzu 2008 li jaddotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2009 dwar id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 4).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jżdied mal-punt 24c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32008 R 0212: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 212/2008 tas-7 ta' Marzu 2008 (ĠU L 65, 8.3.2008, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 207/2008 u 212/2008 fl-ilsien Iżlandiż u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Lulju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. S. H. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 257, 25.9.2008, p. 39.

(2)   ĠU L 62, 6.3.2008, p. 4.

(3)   ĠU L 65, 8.3.2008, p. 5.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.