Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ikkomunikata permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Diċembru 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti Nru 10234 “Trasport u d-distribuzzjoni ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali, kotba, kif ukoll perjodiċi u pubblikazzjonijiet oħra” (ĠU 2009/S 176 253034) u li tagħti l-kuntratt lill-offerent magħżul u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) bpost NV van publiek recht hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.