|
7.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 269/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10268 — SYNNEX/Tech Data)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 269/06)
1.
Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SYNNEX Corporation (“SYNNEX”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Tech Data Corporation (“Tech Data”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
SYNNEX takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Tech Data. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SYNNEX: il-forniment ta’ prodotti teknoloġiċi u soluzzjonijiet għas-sistemi tal-IT lil rivendituri u klijenti bl-imnut barra mill-Unjoni Ewropea kif ukoll loġistika komprensiva, distribuzzjoni, disinn tas-sistemi, u servizzi ta’ integrazzjoni għall-industrija tat-teknoloġija. Fiż-ŻEE (2), SYNNEX hija attiva biss fl-iżvilupp u l-bejgħ ta’ servers magħmula apposta u soluzzjonijiet ta’ ħżin għall-utenti taċ-ċentri tad-data, |
|
— |
Tech Data: distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti teknoloġiċi u soluzzjonijiet lil bejjiegħa mill-ġdid fuq bażi globali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10268 – SYNNEX/Tech Data
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) Żona Ekonomika Ewropea