|
24.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 22/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/157
tat-23 ta’ Jannar 2023
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 fir-rigward tar-referenza għaċ-ċertifikat u għall-awtoċertifikazzjoni tal-produtturi żgħar u indipendenti tax-xorb alkoħoliku fid-dokument amministrattiv simplifikat elettroniku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23a(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 23a(1) u (2) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri, fuq talba, huma meħtieġa jipprovdu ċertifikat annwali għall-produtturi żgħar u indipendenti stabbiliti fit-territorju rispettiv tagħhom, u jippermettu lill-produtturi żgħar u indipendenti jiċċertifikaw huma stess, u b’hekk jikkonfermaw il-produzzjoni annwali totali tal-produtturi kif ukoll il-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti f’dik id-Direttiva. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 (2) jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokument amministrattiv u fid-dokument ta’ akkumpanjament simplifikat li għandhom jirreferu għal dak iċ-ċertifikat jew dik l-awtoċertifikazzjoni għall-moviment tal-oġġetti skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (3). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2008/118/KE ġiet sostitwita bid-Direttiva (UE) 2020/262 (4) b’effett mit-13 ta’ Frar 2023. Is-sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (“is-sistema kompjuterizzata”) tintuża biex tissorvelja l-movimenti ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa li jkollhom arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2020/262. Id-Direttiva (UE) 2020/262 testendi l-użu tas-sistema kompjuterizzata għas-superviżjoni tal-oġġetti soġġetti għas-sisa rrilaxxati għall-konsum fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u mbagħad ittrasferiti lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor sabiex jitwasslu hemmhekk għal finijiet kummerċjali kif stabbilit fil-Kapitolu V, it-Taqsima 2, tad-Direttiva (UE) 2020/262. Sat-13 ta’ Frar 2023, japplika r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 (6) fejn dawn il-movimenti jsiru taħt il-kopertura tad-dokument ta’ akkumpanjament simplifikat, dokument f’forma stampata. B’effett minn dik id-data, ir-Regolament (KEE) Nru 3649/92 tħassar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 (7) u dawn il-movimenti għandhom isiru taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku simplifikat ippreżentat mill-konsenjatur bl-użu tas-sistema kompjuterizzata. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 għad-Direttiva 2008/118/KE jenħtieġ li jiġu sostitwiti b’referenzi għad-Direttiva (UE) 2020/262, u r-referenzi għad-dokument ta’ akkumpanjament simplifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 jenħtieġ li jitħassru minn dik id-data. |
|
(3) |
L-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti amministrattivi elettroniċi skambjati permezz tas-sistema kompjuterizzata huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (8), li ġie sostitwit bir-Regolament Delegat (UE) 2022/1636 b’effett mit-13 ta’ Frar 2023. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 għar-Regolament (KE) Nru 684/2009 jenħtieġ li jiġu sostitwiti bir-referenzi għar-Regolament Delegat (UE) 2022/1636. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Peress li l-estensjoni tal-użu tas-sistema kompjuterizzata stabbilita fid-Direttiva (UE) 2020/262 għandha tapplika mit-13 ta’ Frar 2023, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita għal dik id-data. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2266 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 jitħassar; |
|
(3) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 6 jitħassar. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2266 tas-17 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni u l-awtoċertifikazzjoni ta’ produtturi żgħar u indipendenti ta’ xorb alkoħoliku għall-iskop tad-dazju tas-sisa (ĠU L 455, 20.12.2021, p. 26).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4).
(5) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/263 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 43).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3649/92 tas-17 ta’ Diċembru 1992 dwar dokument ta’ sostenn simplifikat għall-ispostament ta’ ġewwa l-Komunità ta’ prodotti soġġetti għat-taxxa tas-sisa li ġew mogħtija għall-konsum fl-Istat Membru ta’ dispaċċ (ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1636 tal-5 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 billi jistabbilixxi l-istruttura u l-kontenut tad-dokumenti skambjati fil-kuntest tal-moviment tal-oġġetti soġġetti għas-sisa, u li jistabbilixxi limitu għat-telf minħabba n-natura tal-oġġetti (ĠU L 247, 23.9.2022, p. 2).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).