29.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/23


DEĊIŻJONI (UE) 2022/687 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-27 ta’ April 2022

li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ sitta u għoxrin Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2022. Jenħtieġ li jsiru ħatriet biex jimtlew dawk il-karigi għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028.

(2)

Ġie propost it-tiġdid tal-mandati bħala Imħallfin fil-Qorti Ġenerali tas-Sa Maria José COSTEIRA, is-Sur Ricardo DA SILVA PASSOS, is-Sur Geert DE BAERE, is-Sur Sten FRIMODT NIELSEN, is-Sur Krisztián KECSMÁR, is-Sur Paul NIHOUL, is-Sur Jesper SVENNINGSEN u s-Sur Marc VAN DER WOUDE.

(3)

Is-Sur Goulielmos VALASIDIS ġie propost għall-ewwel mandat tiegħu bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali.

(4)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin Imħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill- 1 ta’ Settembru 2022 sal-31 ta’ Awwissu 2028:

—

is-Sa Maria José COSTEIRA,

—

is-Sur Ricardo DA SILVA PASSOS,

—

is-Sur Geert DE BAERE,

—

is-Sur Sten FRIMODT NIELSEN,

—

is-Sur Krisztián KECSMÁR,

—

is-Sur Paul NIHOUL,

—

is-Sur Jesper SVENNINGSEN,

—

is-Sur Goulielmos VALASIDIS,

—

is-Sur Marc VAN DER WOUDE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2022.

Il-President

P. LÉGLISE-COSTA