<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-202/21 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0202</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:734">EU:C:2022:734</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>28</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20220929">29.9.2022</DATE> – Kawża C‑202/21 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">ABLV Bank vs SRB</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L‑Ewwel Awla)</P><P>29 ta’ Settembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Politika ekonomika u monetarja</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni Bankarja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 806/2014</KEYWORD><KEYWORD>Mekkaniżmi uniċi ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment</KEYWORD><KEYWORD>Fond uniku ta’ riżoluzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjonijiet annwali</KEYWORD><KEYWORD>Stralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Pro rata temporis</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑202/21 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit‑30 ta’ Marzu 2021,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ABLV Bank AS</HT>, fi stralċ, irrappreżentata minn O. Behrends, Rechtsanwalt,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)</HT>, irrappreżentat minn C. J. Flynn u J. Kerlin, bħala aġenti, assistiti minn S. Ianc, T. Klupsch, B. Meyring u S. Schelo, Rechtsanwälte,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Nijenhuis, A. Steiblytė u D. Triantafyllou, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u A. Kumin, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑28 ta’ April 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, ABLV Bank AS, fi stralċ, titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal‑20 ta’ Jannar 2021, ABLV Bank vs SRB (T‑758/18, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:28">EU:T:2021:28</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tas‑17 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad it-talba tagħha intiża, minn naħa, sabiex tiġi kkalkolata mill-ġdid il-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas-sena 2018 u sabiex tiġi rrimborsata lilha d-dħul eċċessiv kif ukoll, min-naħa l-oħra, li tiġi rrimborsata lilha parti mill-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas-sena 2015 wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament (UE) Nru 806/2014</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="225" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 225, p. 1</REF.DOC.OJ>), hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti f’ Stat Membru parteċipanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>impriżi prinċipali, inklużi kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta. stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti, fejn ikunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-BĊE […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti meta jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali mwettqa mill-BĊE […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fejn, skont dan ir-Regolament, il-Bord iwettaq kompiti u jeżerċita setgħat, li […] għandhom jiġu mwettqa jew eżerċitati mill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, il-Bord, għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament […] li huwa l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti jew, fil-każ ta’ riżoluzzjoni tal-grupp transkonfinali, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti fil-livell ta’ grupp.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(2) u (4) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull sena, il-Bord, wara li jikkonsulta l-BĊE jew l-awtorità nazzjonali kompetenti u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, għandu jikkalkula l-kontribuzzjonijiet nazzjonali biex jiżgura li l-kontribuzzjonijiet dovuti mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha ma jaqbżux 12,5 % tal-livell fil-mira.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="070.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kontribuzzjonijiet riċevuti debitament ta’ kull entità msemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu rimborsati lil dawk l-entitajiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament ta’ Delega 2015/63</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal‑21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="011" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 11, p. 44</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 156, p. 38</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1434 tal‑14 ta’ Diċembru 2015 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="233" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 233, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolament ta’ Delega 2015/63<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Artikolu 5(1) tar-[Regolament Nru 806/2014] jipprovdi li [s-SRB], għall-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament […], jitqies bħala l-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni rilevanti meta l-Bord iwettaq kompiti u jeżerċita poteri li, […] jitwettqu jew jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni. Meta jitqies li l-Artikolu 70(7) tar-[Regolament Nru 806/2014] jagħti s-setgħa lill-Bord biex jikkalkula l-kontribuzzjonijiet tal-istituzzjonijiet għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, il-kunċett ta’ awtorità ta’ riżoluzzjoni taħt dan ir-Regolament jinkludi wkoll il-Bord.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament ta’ delega jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[…] Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijet li ġejjin jgħoddu […]:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kontribuzzjoni annwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-ammont […] miġbur mill-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-arranġament nazzjonali ta’ finanzjament matul il-perjodu ta’ kontribuzzjoni minn kull istituzzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta istituzzjoni tkun istituzzjoni taħt superviżjoni ġdida għal parti biss minn perjodu kontributorju, il-kontribuzzjoni parzjali tiġi ddeterminata billi tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita f’din it-Taqsima għall-ammont tal- kontribuzzjoni annwali tagħha kalkulat matul il-perjodu kontributorju sussegwenti b’referenza għall-għadd ta’ xhur sħaħ mill-perjodu kontributorju li tulhom l-istituzzjoni tkun taħt superviżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bidla fl-istatus ta’ istituzzjoni, inkluża istituzzjoni żgħira, matul il-perjodu kontributorju ma jkollha l-ebda effett fuq il-kontribuzzjoni annwali li trid titħallas f’dik is-sena partikolari.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(3) u (4) tal-istess regolament ta’ delega jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-informazzjoni ppreżentata mill-istituzzjonijiet lill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun soġġetta għal rapporti mill-ġdid jew reviżjonijiet, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni taġġusta l-kontribuzzjoni annwali skont l-informazzjoni aġġornata meta tikkalkula l-kontribuzzjoni annwali ta’ dik l-istituzzjoni għall-perjodu ta’ kontribuzzjoni li jmiss.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe differenza bejn il-kontribuzzjoni annwali kalkulata u mħallsa fuq il-bażi tal-informazzjoni soġġetti għal rappurtar mill-ġdid jew reviżjoni u l-kontribuzzjoni annwali li suppost kellha titħallas wara l-aġġustament tal-kontribuzzjoni annwali tiġi saldata fl-ammont tal-kontribuzzjoni annwali dovuta għall-perjodu kontributorju li jmiss. Dan l-aġġustament isir billi jitnaqqsu jew jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet għall-perjodu kontributorju li jmiss.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/81</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad‑19 ta’ Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="015" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 15, p. 1</REF.DOC.OJ>) jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-impenji ta’ pagament irrevokabbli ta’ istituzzjoni li ma tibqax taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiġu kkanċellati u jintradd il-kollateral li jagħti sostenn lil dawn l-impenji.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L‑Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Matul il-perijodu inizjali, meta jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet individwali ta’ kull istituzzjoni, il-Bord għandu jieħu kont tal-kontribuzzjonijiet miġbura mill-Istati Membri parteċipanti f’konformità mal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2014/59/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="173" PAGE.FIRST="190" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 173, p. 190</REF.DOC.OJ>)] u ttrasferiti lill-Fond […], billi dawn jitnaqqsu mill-ammont dovut minn kull istituzzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Delegat (UE) 2017/2361</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2), (4) u (5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 tal‑14 ta’ Settembru 2017 dwar is-sistema finali ta’ kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 337, p. 6</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-istatus ta’ entità jew grupp jinbidel bejn il-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 4(1) matul sena finanzjarja, il- kontribuzzjoni annwali individwali tagħhom għal dik is-sena finanzjarja għandha tkun ikkalkolata abbażi tan-numru ta’ xhur li għalihom l-entità jew grupp waqgħu taħt il-kategorija rispettiva fl-aħħar jum tax-xahar.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn seħħet bidla kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u ġiet irrapportata mill-BĊE […], il-Bord għandu jikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjoni annwali individwali biss ta’ dik l-entità jew grupp għas-snin finanzjarji kkonċernati. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-ammont ta’ kontribuzzjoni annwali individwali mħallas huwa ogħla mill-ammont ikkalkolat mill-ġdid skont il-paragrafu 4, il-Bord għandu jħallas lura d-differenza lill-entità jew grupp ikkonċernati. Fejn l-ammont ta’ kontribuzzjoni annwali individwali mħallas huwa inqas mill-ammont ikkalkolat mill-ġdid skont il-paragrafu 4, l-entità jew grupp ikkonċernati għandhom iħallsu lura d-differenza lill-Bord. Għall-iskopijiet ta’ ħlas lura jew ġbir ta’ ammont dovut skont dan il-paragrafu, il-Bord għandu jnaqqas jew iżid il-kontribuzzjoni annwali individwali tal-entità jew grupp ikkonċernati fis-sena finanzjarja ta’ wara l-kalkolu mill-ġdid skont il-paragrafu 4.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>ABLV Bank kienet istituzzjoni ta’ kreditu Latvjana awtorizzata li kienet suġġetta għas-superviżjoni tal-BĊE fil-kuntest tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (SRM).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2015, ABLV Bank irċeviet avviż għall-ħlas mingħand il-Finanšu un kapitāla tirgus komisija (il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital, il-Latvja), li kien jinformaha bl-ammont dovut bħala kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas‑sena 2015. Din il-kontribuzzjoni, imħallsa mill-appellanti, ġiet ittrasferita lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit‑23 ta’ Frar 2018, il-BĊE kkonkluda li l-appellanti qiegħda tfalli jew x’aktarx li tfalli. Fl-istess jum, fid-Deċiżjoni SRB/EES/2018/09 tiegħu, is-SRB ikkunsidra li miżura ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-appellanti ma kinitx neċessarja fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑26 ta’ Frar 2018, l-azzjonisti ta’ ABLV Bank bdew proċedura li tippermetti lil din tal-aħħar tikkonkludi l-istralċ tagħha stess u ressqu quddiem il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital talba għal approvazzjoni tal-pjan ta’ stralċ volontarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2018/03 tat‑12 ta’ April 2018, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għall-2018, is-SRB approva l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2018. Permezz ta’ ittra tas‑27 ta’ April 2018, il-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital informat lil ABLV Bank li s-SRB kien adotta din id-deċiżjoni u indikatilha l-ammont li kellha tħallas abbażi tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas-sena 2018. L-appellanti ħallset dan l-ammont fit‑3 ta’ Lulju 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil‑11 ta’ Lulju 2018, il-BĊE adotta, wara proposta tal-Kummissjoni tas-Swieq Finanzjarji u tal-Kapital, deċiżjoni ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas‑17 ta’ Settembru 2018, din tal-aħħar talbet lis-SRB ir-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjoni mħallsa għas-sena 2015, il-kalkolu ġdid tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha dovuta għas-sena 2018 u r-rimbors tad-dħul eċċessiv f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, is-SRB ċaħad din it-talba. Is-SRB qies, abbażi tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, li ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ regolamenti ma kienet tipprevedi l-kalkolu ġdid tal-kontribuzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas-sena 2018 jew ir-rimbors ta’ parti minnha. Is-SRB indika, b’mod partikolari, li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu<?PAGE NO="6"?> mill-BĊE kien jikkostitwixxi bidla fl-istatus fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63. Minbarra dan, is-SRB qies li l-entitajiet li kienu ħallsu kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 u li l-awtorizzazzjoni tagħhom kienet ġiet sussegwentement irtirata ma kinux jibbenefikaw minn dritt għar-rimbors ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, kif ma kinux jibbenefikaw, konformement mal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, minn dritt għar-rimbors ta’ kull kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> oħra debitament imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑rikors quddiem il‑Qorti Ġenerali u s‑sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑21 ta’ Diċembru 2018, ABLV Bank ippreżentat rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, hija invokat għaxar motivi. Permezz tal-ewwel tliet motivi, l-appellanti essenzjalment ikkritikat lis-SRB li ma ħax debitament inkunsiderazzjoni n-natura <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>. Ir-raba’ u l-ħames motiv kienu bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata, minn naħa, tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63. Is-sitt, is-seba’, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar motiv kienu bbażati fuq ksur, rispettivament, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tal-massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur propriam turpitudinem allegans</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur</HT><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), tal-projbizzjoni li tittieħed azzjoni b’mod kontradittorju kif ukoll tad-dritt għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ April 2019, il-Kummissjoni Ewropea ġiet ammessa tintervjeni insostenn tat-talbiet tas-SRB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn ABLV Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara li ddikjarat dan ir-rikors ammissibbli, il-Qorti Ġenerali eżaminat flimkien, fil-punti 52 sa 129 tas-sentenza appellata, l-ewwel ħames motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fi tmien dan l-eżami, hija ddeċidiet, fil-punt 130 ta’ din is-sentenza, li s-SRB ma kienx wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni mill-BĊE, matul il-perijodu ta’ kontribuzzjoni, ma kienx ċirkustanza li kienet tagħti lil din l-istituzzjoni dritt għal kalkolu <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> ġdid tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għal dan il-perijodu u meta għaldaqstant iddeċieda li ma jirrimborsax lil ABLV Bank parti mis-somma li hija kienet ħallset bħala l-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas‑sena 2018. Din ikkunsidrat ukoll li s-SRB ma kienx wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni mill-BĊE, matul il-perijodu inizjali previst mir-Regolament Nru 806/2014, ma kienx ċirkustanza li kienet tagħti lil din l-istituzzjoni dritt għar-rimbors tal-bilanċ rimanenti tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha mħallsa għas-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija ċaħdet, fil-punt 131 tas-sentenza appellata, l-ewwel ħames motivi mressqa minn ABLV Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punti 132 sa 180 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali eżaminat u ċaħdet is-sitt sal-għaxar motiv imqajjem minn ABLV Bank.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, ABLV Bank titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi, u</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx fi stat li tiddeċiedi dwar ir-rikors fl-ewwel istanza, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil ABLV Bank għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>ABLV Bank tinvoka tlettax-il aggravju insostenn tal-appell tagħha bbażati, l-ewwel, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, it-tieni, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, it-tielet, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361, ir-raba’, fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>arrikkiment indebitu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, il-ħames, fuq ommissjoni ta’ deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ illegalità, is-sitta, fuq żbalji fir-rigward tat-teħid inkunsiderazzjoni tad-Deċiżjoni tas-SRB SRB/SRF/2018/03, is-seba’, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, it-tmienja, fuq żbalji fir-rigward tas-sistema ta’ impenji irrevokabbli ta’ pagament, id-disa’ fuq żbalji ta’ liġi u fuq ommissjoni ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015, l-għaxra, fuq żbalji ta’ liġi fiċ-ċaħda tas-sitt motiv ippreżentat fl-ewwel istanza, il-ħdax, fuq żbalji ta’ liġi fiċ-ċaħda tas-seba’ motiv ippreżentat fl-ewwel istanza, it-tnax, fuq żbalji ta’ liġi fiċ-ċaħda tat-tmien u tad-disa’ motiv ippreżentati fl-ewwel istanza kif ukoll, it-tlettax, fuq żbalji fir-rigward tan-natura suffiċjentement motivata tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li diversi minn dawn l-aggravji huma inammissibbli.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Is-SRB isostni li l-ewwel, ir-raba’, il-ħames u t-tmien aggravji huma inammissibbli sa fejn ma jidentifikawx il-punti tas-sentenza appellata li huma relatati magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li diversi aggravji, b’mod partikolari l-ewwel, it-tielet, is-seba’ u t-tmien aggravju, ma jirrelataw ma’ ebda punt speċifiku tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 256 TFUE, mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mill-Artikolu 168(1)(d) u mill-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li appell għandu jindika b’mod preċiż il-punti kkritikati tas-sentenza li tagħha qiegħed jintalab l-annullament kif ukoll l-argumenti legali li jsostnu lil din it-talba b’mod speċifiku taħt piena ta’ inammissibbiltà tal-appell jew tal-aggravju kkonċernat (sentenza tat‑13 ta’ Jannar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dragnea vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/20 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:8">EU:C:2022:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti u għandu jiġi ddikjarat inammissibbli appell nieqes minn struttura koerenti, li huwa limitat għal dikjarazzjonijiet ġenerali u li ma jinkludux indikazzjonijiet preċiżi dwar il-punti tas-sentenza appellata li huma possibbilment ivvizzjati bi żball ta’ liġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Telefónica u Telefónica de España vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2062">EU:C:2014:2062</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm ċertament lok li jiġi kkonstatat li l-aggravji msemmija mill-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà eċċepita mis-SRB u mill-Kummissjoni ma jinkludux riferiment sistematiku għall-punti tas-sentenza appellata li magħhom huma relatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, dawn l-aggravji huma ppreżentati skont l-istruttura tas-sentenza appellata, kif barra minn hekk tippreċiża b’mod espliċitu l-parti introduttiva tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, l-indikazzjonijiet ipprovduti fl-appell jippermettu li jiġu identifikati faċilment il-punti tas-sentenza appellata li għalihom jirreferi kull wieħed mill-aggravji, peress li l-argumenti mressqa bħala difiża mis-SRB u mill-Kummissjoni jikkonfermaw barra minn hekk li dawn kienu f’pożizzjoni li jidentifikaw dawn il-punti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-nuqqas ta’ preċiżjoni tal-ewwel, tat-tielet sal-ħames, tas-seba’ u tat-tmien aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal‑Artikolu 70(4) tar‑Regolament Nru 806/2014</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottata mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata, sa fejn din id-dispożizzjoni timplika sempliċement li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> ma jikkostitwixxux depożiti rimborsabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali ma segwietx is-sens komuni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dovut<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u t-teorija tal-arrikkiment indebitu meta kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dovuta<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> kull somma mħallsa debitament inizjalment, anki jekk jirriżulta ulterjorment li din ma kellhiex titħallas għall-perijodu rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-portata taċ-ċaħda li tinsab fl-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 ma hijiex daqshekk ċara daqs kemm affermat il-Qorti Ġenerali. Il-portata ta’ din iċ-ċaħda tiddependi mis-suġġett tagħha, jiġifieri depożitu rimborsabbli jew eżami mill-ġdid ulterjuri tal-ammonti dovuti. L-assenza ta’ riferiment, f’din id-dispożizzjoni, għal possibbiltà li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jiġu aġġustati f’każ ta’ telf tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata lanqas ma hija determinanti, fid-dawl tan-natura ftit iddettaljata tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ABLV Bank issostni li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottata fis-sentenza appellata hija inkoerenti ma’ punti oħra tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kontradetta mill-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 u mill-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, li jipprevedu possibbiltajiet ta’ rimbors tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-imsemmija interpretazzjoni hija wkoll inkompatibbli mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, peress li huwa illoġiku li din id-dispożizzjoni tiddefinixxi ċerti bidliet bħala irrilevanti għal determinazzjoni ulterjuri ta’ dejn jekk tali determinazzjoni hija fi kwalunkwe każ eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex koerenti mar-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International GmbH</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, dan ir-raġunament, li huwa relatat mal-assenza ta’ rilevanza tal-bidla fl-istatus ta’ istituzzjoni li seħħet matul perijodu ta’ kontribuzzjoni għall-SRF, ma huwiex ibbażat fuq l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, iżda fuq l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kienet evalwat b’mod żbaljat in-natura tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> billi ddeċidiet li dawn ma jikkostitwixxux kontribuzzjonijiet individwali ddeterminati skont riskji proprji għal istituzzjoni u relatati ma’ perijodi speċifiċi, bħall-primjums tal-assigurazzjoni. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kontribuzzjonijiet individwali huma determinati skont riskji u l-possibbiltà li jinġabru kontribuzzjonijiet ġodda wara l-perijodu inizjali previst mir-Regolament Nru 806/2014. Barra minn hekk, il-fatt li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> huma mqassma fiż-żmien u ma humiex awtomatikament marbuta ma’ korrispettiv ma huwiex rilevanti, peress li dawn huma karatteristiċi komuni għas-sistemi kollha ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rimbors mitlub minn ABLV Bank huwa, fi kwalunkwe każ, ukoll possibbli f’kuntest li jixbah dak tad-dritt fiskali, mingħajr ma l-għan stabbilit li jintlaħaq livell speċifiku ġdid ta’ riżervi huwa biżżejjed sabiex jeskludi rimbors possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li l-ewwel aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 jipprovdi li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> rċevuti debitament mill-istituzzjonijiet ma humiex rimborsati lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-punti 66 u 67 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, l-ewwel nett, enfasizzat li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kienet timplika, mingħajr ekwivoku, li kontribuzzjoni debitament imħallsa ma tistax tkun is-suġġett ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali rreferiet, fil-punti 68 sa 73 tal-imsemmija sentenza, għall-kuntest madwar l-imsemmija dispożizzjoni. Hija rrilevat b’mod partikolari li mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kien jirriżulta li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> ma jirrigwardawx sena partikolari u li ma jiggarantixxux kwalunkwe korrispettiv, peress li dawn l-elementi jiddistingwixxu dawn il-kontribuzzjonijiet minn primjums tal-assigurazzjoni li r-rimbors tagħhom għandu jkun previst fil-każ ta’ bidla fis-sitwazzjoni li tkun seħħet matul is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali rrilevat, fil-punti 74 u 75 tal-istess sentenza, li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni legali u finanzjarja tal-istituzzjonijiet ikkonċernati matul is-sena finanzjarja huwa ta’ natura li jostakola t-twettiq tal-għan li għandu jintlaħaq mir-Regolament Nru 806/2014 u mir-Regolament ta’ Delega 2015/63, jiġifieri li jiġi żgurat li, fi tmiem perijodu inizjali ta’ tmien snin, il-mezzi finanzjarji disponibbli tas-SRF jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali kkonstatat ġustament, fil-punt 67 tas-sentenza appellata, li mill-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jeskludi, b’mod ġenerali, ir-rimbors tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li ġew irċevuti debitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali adottat, fis-sentenza appellata, interpretazzjoni li ma tinkludix is-sens ordinarju tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dovut<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmija dispożizzjoni ma tirreferix għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kontribuzzjonijiet dovuti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, iżda għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kontribuzzjonijiet riċevuti debitament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, u b’hekk tindika li r-regola ta’ nuqqas ta’ rimbors li hija tistabbilixxi tapplika għall-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li kienu ġew regolarment irċevuti fid-data tal-ħlas tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm ABLV Bank tirreferi għan-natura ftit iddettaljata tal-istess dispożizzjoni sabiex tiċħad ir-rilevanza tal-konstatazzjoni, magħmula fil-punt 67 tas-sentenza appellata, li ma hemm ebda riferiment fiha għal possibbiltà li jiġu aġġustati <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, mingħajr madankollu ma tikkontesta s-sustanza tagħhom, għandu jiġi kkonstatat li din il-formulazzjoni tirrifletti l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jistabbilixxi regola mingħajr eċċezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-argument ta’ ABLV Bank li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottata mill-Qorti Ġenerali tikkontradixxi dispożizzjonijiet oħra tad-dritt sekondarju ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabelxejn, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 sempliċement jistabbilixxi ċerti regoli applikabbli għall-impenji irrevokabbli ta’ pagament ipprovduti minn istituzzjoni, li għandhom karatteristiċi partikolari li wasslu lil-leġiżlatur tal-Unjoni, kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 111 tas-sentenza appellata, sabiex jistabbilixxi sistema speċifika għal dawn l-impenji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Sussegwentement, għalkemm l-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 jipprevedi ċertament it-teħid inkunsiderazzjoni tal-eventwali differenza bejn kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> mħallsa abbażi ta’ informazzjoni li hija s-suġġett ta’ rapporti mill-ġdid jew ta’ reviżjonijiet u l-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li kellha titħallas, minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li dan it-teħid<?PAGE NO="11"?> inkunsiderazzjoni ma għandux isir fil-forma ta’ rimbors, kif mitlub minn ABLV Bank lis-SRB f’dan il-każ, iżda fil-kuntest tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għall-perijodu ta’ kontribuzzjoni sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li tallega l-appellanti, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 mogħtija fil-punti 66 sa 75 tas-sentenza appellata ma tistax titqies li ċċaħħad l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 minn kull utilità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn naħa, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tagħha, l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 għandu b’mod partikolari l-għan li jevita kull inċertezza dwar il-portata tal-Artikolu 12(1) ta’ dan ir-regolament ta’ delega, sa fejn dan jipprevedi deroga mill-prinċipju li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> huma kkalkolati abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil‑31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel il-perijodu ta’ kontribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 għandhom kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> differenti. Fil-fatt, filwaqt li l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tirrigwarda biss il-kontribuzzjonijiet għas-SRF, it-tieni waħda tirrigwarda, konformement mal-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, il-kontribuzzjonijiet miġbura mill-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-arranġament nazzjonali ta’ finanzjament, kunċett li għandu jinftiehem, skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 806/2014, bħala li jirreferi wkoll għas-SRB, hekk kif tindika l-premessa 7 ta’ dan ir-regolament ta’ delega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-fatt li, fis-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet relatata mal-kalkolu ta’ kontribuzzjoni għal fond nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja sempliċement interpretat l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, l-unika dispożizzjoni li dwarha hija kienet barra minn hekk ġiet mistoqsija, ma jistax jimplika li hija ċaħdet impliċitament l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottata fis-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-analoġija invokata minn ABLV Bank bejn il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u l-primjums tal-assigurazzjoni ma tistax, fi kwalunkwe każ, timponi fuq is-SRB li jissostitwixxi mal-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, regola kuntrarja, minħabba li din ir-regola hija, skont l-appellanti, normali fil-qasam tal-assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argumenti ta’ ABLV Bank intiżi li juru li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx, fid-dawl tal-elementi stabbiliti fil-punti 68 sa 72 tas-sentenza appellata, tiċħad, fil-punt 73 tagħha, is-similitudni tal-karatteristiċi tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u ta’ dawk tal-primjums tal-assigurazzjoni għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-argument ta’ ABLV Bank dirett kontra l-punti 74 u 75 tas-sentenza appellata, ibbażat fuq il-fatt li kien ikun possibbli li jintlaħaq l-għan li jinkisbu mezzi finanzjarji suffiċjenti lis-SRF fi tmiem perijodu inizjali ta’ tmien snin, filwaqt li jsir rimbors ta’ kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> meta istituzzjoni toħroġ mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 806/2014, lanqas ma huwa ta’ natura li jikkontesta l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) ta’ dan ir-regolament adottata fil-punt 76 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fil-fatt, iċ-ċirkustanza li l-leġiżlatur tal-Unjoni seta’ wkoll jilħaq l-għan imsemmi fil-punt 74 tal-imsemmija sentenza billi jawtorizza tali rimborsi, jekk titqies bħala stabbilita, ma tippermettix li jitwarrbu l-għażliet tal-leġiżlatur fir-rigward tal-mezzi l-iktar adegwati sabiex jintlaħaq dan<?PAGE NO="12"?> l-għan, għażliet li huma espressi mill-formulazzjoni ċara tal-imsemmija dispożizzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑17 ta’ Marzu 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brussels Hoofdstedelijk Gewest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑275/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:154">EU:C:2011:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li l-ewwel aggravju jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal‑Artikolu 12 tar‑Regolament ta’ Delega 2015/63</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-telf tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija inkoerenti mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottata fis-sentenza appellata. Fil-fatt, jekk kull rimbors kien eskluż b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, ikun inutli li tiġi eskluża, fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, il-possibbiltà li jsir tali rimbors fil-każ ta’ bidla fl-istatus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-aħħar dispożizzjoni kienet tikkonċerna biss l-ammont tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u mhux il-prinċipju nnifsu ta’ ħlas ta’ tali kontribuzzjoni. Din l-interpretazzjoni tirriżulta b’mod ċar mill-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża tal-imsemmija dispożizzjoni u hija kompatibbli mal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra tagħha. Qabel ma tat deċiżjoni li amalgamazzjoni transkonfinali kellha titqies bħala li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet barra minn hekk ibbażat ruħha, fil-punt 47 tas-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fuq iċ-ċirkustanza li, sussegwentement għal tali operazzjoni, l-istituzzjoni kkonċernata kompliet taqa’ taħt il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li t-tieni aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 jipprevedi metodu speċifiku ta’ kalkolu tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li għandu jiġi applikat meta istituzzjoni tkun issorveljata għal parti biss mill-perijodu ta’ kontribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-regolament ta’ delega jipprovdi li bidla fl-istatus ta’ istituzzjoni, inkluża istituzzjoni żgħira, matul il-perijodu ta’ kontribuzzjoni ma għandhiex effett fuq il-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> dovuta għas-sena inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Wara li esponiet, fil-punt 77 tas-sentenza appellata, il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Qorti Ġenerali ċċitat, fil-punti 80 sa 83 ta’ din is-sentenza, parti kbira mill-punti 35 sa 48 tas-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 84 u 87 tas-sentenza appellata, li, għall-istess raġunijiet bħal dawk adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑14 ta’<?PAGE NO="13"?> Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu mill-BĊE għandu jitqies bħala tali bidla fl-istatus, anki jekk dan l-irtirar jimplika li l-istituzzjoni inkwistjoni ma taqax iktar taħt is-SRM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, użati fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, jistgħu jinkludu kull tip ta’ bidla fis-sitwazzjoni legali jew fattwali ta’ istituzzjoni li jista’ jkollha effett fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Il-kuntest li fih din id-dispożizzjoni taqa’ jimplika, barra minn hekk, li operazzjoni li tikkostitwixxi bidla fl-istatus, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma tibbenefikax, bħala prinċipju, mill-kalkolu tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> previst fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, sa fejn din l-aħħar dispożizzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, għalkemm l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni kellhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tas-sitwazzjoni legali u finanzjarja tal-istituzzjonijiet matul is-sena finanzjarja kkonċernata, ikun diffiċli għalihom li jikkalkolaw b’mod affidabbli l-kontribuzzjonijiet ordinarji dovuti matul is-sena ta’ wara u, konsegwentement, iwettqu l-għan li jikkonsisti li jintlaħaq, mhux iktar tard mill‑31 ta’ Diċembru 2024, mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti koperti mill-istituzzjonijiet awtorizzati kollha fit-territorju ta’ Stat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, previst fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, għandu jinftiehem b’mod wiesa’ bħala li jinkludi, b’mod partikolari, amalgamazzjoni transkonfinali permezz ta’ akkwist li seħħet matul il-perijodu ta’ kontribuzzjoni (sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-kunsiderazzjonijiet dwar il-formulazzjoni, il-kuntest u l-għan tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 imfakkra fil-punti 76 sa 78 ta’ din is-sentenza huma rilevanti fir-rigward tat-telf tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu matul sena partikolari, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, ġustament, fil-punt 84 tas-sentenza appellata, li dawn il-kunsiderazzjonijiet kienu jiġġustifikaw li tali telf ta’ awtorizzazzjoni jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ċaħdet, fil-punt 87 tas-sentenza appellata, l-argument ta’ ABLV Bank li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, ma jinkludix il-bidliet li jwasslu li istituzzjoni ma taqax iktar, fil-futur, taħt is-SRM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li l-formulazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 ma tagħmel ebda distinzjoni bejn il-bidliet fl-istatus tal-istituzzjonijiet skont jekk iwasslux jew le sabiex joħorġu lill-istituzzjoni kkonċernata mis-SRM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Il-fatt, invokat minn ABLV Bank, li l-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża ta’ din id-dispożizzjoni tirreferi biss għall-ammont tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 47 tas-sentenza tal‑14 ta’ Novembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>State Street Bank International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑255/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:967">EU:C:2019:967</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huma intiżi biss, kif jindika l-punt 45 ta’ din is-sentenza, sabiex jikkonfermaw l-interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament 2015/63, li l-fondatezza tiegħu kienet diġà stabbilita fil-punt 44 tal-imsemmija sentenza, ma jistgħux jinqraw bħala li jimplikaw li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-intenzjoni li tillimita l-portata ta’ din l-interpretazzjoni wiesgħa unikament għall-bidliet tas-sitwazzjoni ta’ istituzzjoni li ma jwasslux għall-ħruġ tagħha mis-SRM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument imressaq minn ABLV Bank li l-interpretazzjonijiet tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 u tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 adottati fis-sentenza appellata huma kontradittorji għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet esposti fil-punti 61 sa 63 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tielet aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal‑Artikolu 7 tar‑Regolament Delegat 2017/2361</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, ABLV Bank issostni, minn naħa, li l-Qorti Ġenerali imponitilha b’mod żbaljat li tistabbilixxi rabta bejn l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361 u l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, billi bbażat ruħha fuq l-idea żbaljata li l-istess espressjoni bħala prinċipju għandu jkollha sens differenti meta tintuża f’żewġ dispożizzjonijiet distinti, sakemm ma tkunx teżisti rabta speċifika bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-oppożizzjoni sostnuta mill-Qorti Ġenerali bejn l-interess pubbliku kopert mill-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u l-interessi iktar partikolari tal-istituzzjoni inkwistjoni moqdija mill-kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż amministrattivi tas-SRB hija manifestament żbaljata. Huwa iktar rilevanti li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jippreżentaw rabta eqreb mal-istituzzjoni kkonċernata, peress li huma marbuta mal-profil ta’ riskju ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li t-tielet aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2), (4) u (5) tar-Regolament Delegat 2017/2361 jipprevedi metodu ta’ kalkolu <HT TYPE="ITALIC">prorata temporis</HT> tal-kontribuzzjoni annwali individwali għall-ispejjeż amministrattivi tas-SRB meta l-istatus ta’ entità jew ta’ grupp ikollu ċerti bidliet matul is-sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-punt 86 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bidla fl-istatus<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, ma setax jinftiehem bħala li jirreferi biss għall-każijiet koperti mill-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361, fid-dawl tad-differenzi fis-suġġett u fl-iskop bejn dawn iż-żewġ atti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu f’dan il-punt 86, jidher li l-argument ta’ ABLV Bank li l-Qorti Ġenerali imponitilha, b’mod żbaljat, li tistabbilixxi rabta bejn l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361 huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata, peress li l-Qorti Ġenerali ma bbażatx ruħha, fl-imsemmi punt, fuq l-assenza ta’ rabta stabbilita bejn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ABLV Bank ma tikkontestax l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u l-kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż amministrattivi tas-SRB ma għandhomx l-istess suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Peress li din id-differenza fis-suġġett hija suffiċjenti sabiex tiġġustifika li dawn jiġu kkalkolati permezz ta’ metodi distinti u indipendenti, hemm lok li jitqies li ABLV Bank ma stabbilixxietx li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361 għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir‑raba’ aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal‑kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>arrikkiment indebitu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-punti 92 sa 96 tas-sentenza appellata huma bbażati fuq l-idea żbaljata li l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>arrikkiment indebitu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> timplika li tiġi eżaminata biss il-ġustifikazzjoni inizjali tal-pagament. Għall-kuntrarju, fil-prinċipju hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni żviluppi li seħħew ulterjorment li jkollhom konsegwenzi fuq ir-regolarità ta’ pagament, raġuni li għaliha l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 jeskludi t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti bidliet għal finijiet ta’ sempliċità amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li r-raba’ aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-punti 94 sa 96 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-pagamenti inkwistjoni kellhom bħala bażijiet legali l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, bażijiet legali li jeskludu rimbors parzjali tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2018 u li l-validità tagħha ma kinitx ġiet ikkontestata minn ABLV Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha espliċitament, sabiex tikkonstata l-eżistenza ta’ bażi legali għall-arrikkiment tas-SRF li tirriżulta mill-ġbir u mill-konservazzjoni tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2018 ta’ ABLV Bank, fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet rilevanti jeskludu r-rimbors ta’ din il-kontribuzzjoni fil-każ ta’ bidla fl-istatus tal-istituzzjoni kkonċernata matul is-sena 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali qieset li arrikkiment indebitu seta’ jiġi miċħud mis-sempliċi fatt li l-ġustifikazzjoni inizjali tiegħu kienet stabbilita, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tal-eżistenza ta’ bażi legali għaż-żamma tal-ammonti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Isegwi li r-raba’ aggravju invokat minn ABLV Bank huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑ħames aggravju, ibbażat fuq ommissjoni ta’ deċiżjoni dwar eċċezzjoni ta’ illegalità</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli twieġeb għal eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma fil-punt 40 tar-risposta tagħha għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, tat‑12 ta’ Ġunju 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li l-ħames aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fil-punt 95 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li s-sottomissjonijiet bil-miktub tal-appellanti ma kienu jinkludu, espliċitament jew impliċitament, ebda eċċezzjoni ta’ illegalità dwar l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u dwar l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Peress li ABLV Bank issostni li għalhekk il-Qorti Ġenerali kienet naqset milli tiddeċiedi dwar eċċezzjoni ta’ illegalità espressa fil-punt 40 tan-nota tagħha tat‑12 ta’ Ġunju 2020, għandu jitfakkar, minn naħa, li, fil-kuntest tal-appell, l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu l-għan, b’mod partikolari, li jivverifika jekk il-Qorti Ġenerali weġbitx b’mod suffiċjenti fid-dritt għall-argumenti kollha invokati mill-appellanti u, min-naħa l-oħra, li l-aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ tweġiba mill-Qorti Ġenerali għal argumenti invokati fl-ewwel istanza essenzjalment iwassal sabiex jiġi invokat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, applikabbli għall-Qorti Ġenerali skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-istess statut, u skont l-Artikolu 117 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ellinikos Chrysosvs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:194">EU:C:2017:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimponix fuq il-Qorti Ġenerali li tipprovdi espożizzjoni li, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, issegwi r-raġunamenti kollha fformulati mill-partijiet fil-kawża, u b’hekk il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tista’ tkun impliċita għall-kundizzjoni li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet li għalihom il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-argumenti tagħhom u tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ellinikos Chrysos vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑100/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:194">EU:C:2017:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Issa, jidher li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 95 tas-sentenza appellata, qieset, impliċitament iżda neċessarjament, li l-punt 40 tan-nota tat‑12 ta’ Ġunju 2020 tal-appellanti, li jistabbilixxi li huwa illegali li tiġi adottata l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 proposta mis-SRB, kien relatat mal-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu u mhux mal-validità tiegħu, mingħajr ma wettqet, b’dan il-mod, żnaturament ta’ din in-nota.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is‑sitt aggravju, ibbażat fuq żbalji fir‑rigward tat‑teħid inkunsiderazzjoni tad‑Deċiżjoni tas‑SRB SRB/ES/SRF/2018/03</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt aggravju tagħha, ABLV Bank tallega li l-applikazzjoni tar-regola li prassi ma tistax tbiddel il-kuntest ġuridiku fis-seħħ ma hijiex xierqa f’dan il-każ. Fil-fatt, filwaqt li d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/ES/SRF/2018/03 kienet ordnat ir-rimbors ta’ kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> mħallsa, huwa paċifiku li tali rimbors jista’ jiġi previst biss bħala riżultat ta’ dritt iggarantit lill-benefiċjarju ta’ dan ir-rimbors, mingħajr ma jkun jista’ jiġi ammess għoti mis-SRB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>L-argument sostnut sussidjarjament mill-Qorti Ġenerali dwar id-Deċiżjoni tas-SRB SRB/ES/SRF/2018/03 huwa purament semantiku, peress li rimbors ma jbiddilx in-natura tiegħu peress li huwa ppreżentat bħala ħlas negattiv jew li jippreżumi operazzjoni matematika. Barra minn hekk, ikun arbitrarju li ssir differenza bejn tnaqqis applikat għall-ammont ta’ kontribuzzjoni u rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li s-sitt aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fil-punti 98 u 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-argumenti ta’ ABLV Bank indirizzati kontra d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/ES/SRF/2018/03 kienu ineffettivi, sa fejn sempliċi prassi tas-SRB ma tistax ikollha bħala konsegwenza li tbiddel il-kontenut tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli, qabel ma tispeċifika, sussidjarjament, fil-punti 100 sa 102 ta’ din is-sentenza, li dawn l-argumenti ma kinux fondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali ġustament fakkret, fil-punt 98 tas-sentenza appellata, li sempliċi prassi ta’ istituzzjoni, ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni ma hijiex ta’ natura li tidderoga mir-regoli imposti fuqhom u li toħloq preċedent li huma obbligati jsegwu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Marzu 1996, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:133">EU:C:1996:133</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑1 ta’ Ottubru 2009, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:590">EU:C:2009:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, anki jekk is-SRB effettivament aċċetta, fid-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2018/03 tiegħu, il-possibbiltà li jwettaq ċerti rimborsi ta’ kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, din id-deċiżjoni ma hijiex ta’ natura li tqajjem dubju dwar l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Il-fatt li s-SRB ma jistax validament jagħti għotjiet lil istituzzjonijiet ta’ kreditu huwa, f’dan il-kuntest, irrilevanti, sa fejn ma jistax jiġi preżunt li s-SRB, meta adotta d-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2018/03, ikkonforma ruħu ma’ din ir-regola u, barra minn hekk, interpreta b’mod korrett ir-regoli tad-dritt sekondarju li ġew imposti fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Isegwi li l-argument tal-appellanti dirett kontra l-punti 98 u 99 tas-sentenza appellata għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-punti 100 sa 102 ta’ din is-sentenza għandhom jitqiesu bħala superfluwi, li jimplika li l-argument intiż li jikkontesta dawn il-punti huwa ineffettiv (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dovgan vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:487">EU:C:2020:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>B’konsegwenza, hemm lok li s-sitt aggravju jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is‑seba’ aggravju, ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal‑Artikolu 17 tar‑Regolament ta’ Delega 2015/63</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar l-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi, peress li l-possibbiltà ta’ reviżjoni tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> prevista f’din id-dispożizzjoni turi li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 magħmula mill-Qorti Ġenerali ma hijiex korretta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Is‑SRB isostni li s-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli jew, fi kwalunkwe każ, bħala infondat. Il-Kummissjoni ssostni li dan l-aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Wara li fakkret, fil-punt 105 tas-sentenza appellata, il-formulazzjoni tal-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 107 u 108 ta’ din is-sentenza, li l-interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet proposta mill-appellanti, li tgħid li kull kontribuzzjoni tista’ tkun is-suġġett ta’ aġġustamenti sussegwenti, ma kinitx sostnuta mill-formulazzjoni tagħhom u li l-bdil fiċ-ċirkustanzi invokat minnha ma kienx paragunabbli mar-rapporti mill-ġdid jew mar-reviżjonijiet ta’ kontabbiltà msemmija fl-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Jidher li, permezz tas-seba’ aggravju tagħha, ABLV Bank tikkritika lill-Qorti Ġenerali li b’mod żbaljat ma ċaħditx l-applikazzjoni tal-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, iżda talli adottat interpretazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 inkompatibbli ma’ dan l-Artikolu 17(3) u (4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Issa, għar-raġunijiet esposti fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, tali argument ma jistax jiġi aċċettat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok, mingħajr ma hemm bżonn li tiġi evalwata l-ammissibbiltà tas-seba’ aggravju, li dan jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tmien aggravju, ibbażat fuq żbalji fir‑rigward tas‑sistema ta’ impenji irrevokabbli ta’ pagament</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Permezz tat-tmien aggravju tagħha, ABLV Bank tqis li l-Qorti Ġenerali żnaturat l-argument tagħha, sa fejn ma sostnietx, fis-sottomissjonijiet bil-miktub tal-ewwel istanza tagħha, li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha kienu jikkostitwixxu impenji irrevokabbli ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 juri li kalkoli għandhom isiru meta entità titlaq mis-SRF u, għaldaqstant, li l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 806/2014 adottata mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li t-tmien aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 jipprevedi li l-impenji irrevokabbli ta’ pagament ta’ istituzzjoni li ma jaqgħux iktar taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 806/2014 huma annullati u li l-garanziji inklużi fihom jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, fil-punt 111 tas-sentenza appellata, li tali impenji għandhom natura differenti minn dik tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u huma, għal din ir-raġuni, suġġetti għal sistema speċifika li ma tistax tiġi applikata, b’analoġija, għal kontribuzzjonijiet bħal dawk imħallsa minn ABLV Bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li mill-punti 110 u 111 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li l-appellanti kienet sostniet li l-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tagħha għas-sena 2018 kienet ikkostitwita minn impenji irrevokabbli ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti Ġenerali ċaħdet espressament, fil-punt 111 tal-imsemmija sentenza, il-possibbiltà li jiġi applikat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>b’analoġija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Isegwi li l-argument ibbażat fuq żnaturament tas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-ewwel istanza ta’ ABLV Bank għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-appellanti ċertament issostni, ġustament, li l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 jimplika li l-ħruġ ta’ istituzzjoni mill-kamp tas-SRM jista’ jimplika l-adozzjoni, mis-SRB, ta’ ċerti miżuri relatati mal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> mħallsa minn din l-istituzzjoni. Madankollu, hija bl-ebda mod ma tikkritika l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar id-differenzi li jiddistingwixxu l-impenji irrevokabbli ta’ pagament minn kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> oħra u tinsisti, għall-kuntrarju, dwar ir-realtà ta’ dawn id-differenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>L-argument tal-appellanti ma jistax, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jippermetti li jiġi kkonstatat li l-punt 111 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għalhekk, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment ineffettiv u bħala parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id‑disa’ aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u fuq ommissjoni ta’ deċiżjoni fir‑rigward tal‑kontribuzzjonijiet <HT TYPE="NORMAL">ex ante</HT> għas‑sena 2015</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Permezz tad-disa’ aggravju tagħha, ABLV Bank tirreferi għal diversi żbalji mwettqa mill-Qorti Ġenerali meta ddeċidiet dwar l-argument tal-appellanti dwar il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat xebhet dawn il-kontribuzzjonijiet mal-kontribuzzjonijiet sussegwenti, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 jinżammu f’kompartimenti ddedikati sal-ħlas lura tagħhom lill-istituzzjonijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Għalhekk, hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li din id-dispożizzjoni ma pprevedietx li l-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet inkwistjoni għandu jsir progressivament fuq perijodu ta’ tmien snin. F’dan il-kuntest, l-esklużjoni tal-benefiċċju ta’ rimbors tal-istituzzjonijiet li ma humiex iktar imsejħa sabiex iħallsu kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> ma hijiex ammissibbli, peress li s-sitwazzjoni tagħhom f’dan ir-rigward tirriżulta mill-posponiment inġustifikat tar-rimbors previst. L-assenza ta’ kalkolu intiż sabiex tiġi deċiża s-sitwazzjoni ta’ tali istituzzjonijiet hija sorprendenti, sa fejn kalkolu jkun previst, f’tali sitwazzjoni, fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat irreferiet għall-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 ma nġabrux skont dan ir-regolament u li r-regoli applikabbli għal dan it-tip ta’ kontribuzzjonijiet ma jinkludux dispożizzjonijiet paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-pożizzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali waqt l-eżami tal-ammissibbiltà tar-rikors tikkontradixxi dik adottata fl-evalwazzjoni tal-mertu dwar il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, il-Qorti Ġenerali kienet naqset milli tirrikonoxxi li, billi rreferiet għall-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, hija tammetti li l-kwistjoni tat-tibdil li seħħ matul is-sena hija rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li d-disa’ aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Wara li fakkret, fil-punti 115 u 116 tas-sentenza appellata, li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 kienu nġabru mill-Istati Membri, u sussegwentement ittrasferiti lis-SRB, il-Qorti Ġenerali qabelxejn qieset, fil-punt 117 ta’ din is-sentenza, li dawn il-kontribuzzjonijiet kienu, wara t-trasferiment tagħhom, tpoġġew f’daqqa mal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> l-oħra b’mod funġibbli fi ħdan is-SRF.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Sussegwentement hija esponiet, fil-punti 119 sa 127 tal-imsemmija sentenza, li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 ma setax iservi bħala bażi għat-talba għal rimbors ifformulata mill-appellanti. F’dan ir-rigward, hija rrilevat li din id-dispożizzjoni ma tistabbilixxix dritt li jinkiseb rimbors u li hija tispeċifika biss il-metodu li għandu jiġi segwit mis-SRB sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 li ġew ittrasferiti lilu mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 128 tal-istess sentenza, li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 kienu issa rregolati, bl-istess mod bħall-kontribuzzjonijiet l-oħra, mill-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel, li l-argument ta’ ABLV Bank ma jippermettix li jiġi stabbilit li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 adottata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 120 sa 127 tas-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li, matul il-perijodu inizjali, meta jikkalkola l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> ta’ kull istituzzjoni, is-SRB jieħu inkunsiderazzjoni kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> miġbura mill-Istati Membri li kienu ġew ittrasferiti lis-SRF, billi jnaqqashom mill-ammont dovut minn din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punti 120 sa 122 tas-sentenza appellata, kemm mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 kif ukoll mill-għan ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, jiġifieri li jiġu ppreċiżati l-kundizzjonijiet ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-SRF ta’ kull istituzzjoni, jirriżulta li din id-dispożizzjoni ma tistax tinqara bħala li tistabbilixxi dritt ta’ kull istituzzjoni li tiġi rrimborsata l-ammont tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> miġbura mill-Istati Membri li kienu ġew ittrasferiti lis-SRF. L-imsemmija dispożizzjoni għalhekk tillimita ruħha li tipprevedi l-integrazzjoni ta’ operazzjoni ta’ tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet fil-metodu ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-SRF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Għalhekk, hekk kif enfasizzat il-Qorti Ġenerali fil-punt 123 tas-sentenza appellata, istituzzjoni li ma għadhiex tintalab tħallas kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> lis-SRF ma tistax tibbenefika minn din l-operazzjoni ta’ tnaqqis, peress li ma jkunx għadu applikabbli għaliha dan il-metodu ta’ kalkolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 ma tistax titqies li hija inkompatibbli mal-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni, sa fejn din l-aħħar dispożizzjoni, li hija relatata mas-sistema speċifika tal-impenji irrevokabbli ta’ pagament, la għandha bħala għan u lanqas bħala effett li tispeċifika r-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> miġbura mill-Istati Membri li ġew ittrasferiti lis-SRF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>It-tieni, sa fejn l-argument ta’ ABLV Bank għandu jinftiehem bħala li jallega l-irregolarità tal-prassi tas-SRB li kienet tikkonsisti f’li jsir it-tnaqqis previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 b’mod progressiv matul il-perijodu inizjali previst mir-Regolament Nru 806/2014, għandu jiġi kkonstatat li tali irregolarità, jekk tiġi stabbilita, kellha tiġi invokata kontra deċiżjonijiet li jistabbilixxu kull sena l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, bil-għan li jintwera li dawn id-deċiżjonijiet kienu bbażati fuq metodu ta’ kalkolu kuntrarju għal din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, argument ibbażat fuq l-irregolarità ta’ tali prassi ma huwiex ta’ natura li juri li l-Qorti Ġenerali kellha tikkonstata li s-SRB kellu, sabiex jikkonforma ruħu mal-imsemmija dispożizzjoni, iwettaq, mal-ħruġ ta’ istituzzjoni mill-kamp tas-SRM, rimbors tal-kontribuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> ta’ din l-istituzzjoni rċevuti minn Stat Membru li kienet ġiet ittrasferita lis-SRF, barra minn kull operazzjoni ta’ kalkolu annwali tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> dovuti mill-imsemmija istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Isegwi li l-argumenti bbażati fuq l-irregolarità tal-prassi tas-SRB li kkonsistiet li jsir it-tnaqqis previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 b’mod progressiv matul il-perijodu inizjali previst mir-Regolament Nru 806/2014 għandhom jiġu miċħuda bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>It-tielet nett, peress li l-Artikolu 70(4) ta’ dan ir-regolament isemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>l-kontribuzzjonijiet irċevuti debitament<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li kienu nġabru direttament mis-SRB u l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> li kienu ġew ittrasferiti lilu mill-Istati Membri, ma jistax jitqies li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 128 tas-sentenza appellata, li din id-dispożizzjoni tapplika għal dawn il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tas-SRB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-argumenti ta’ ABLV Bank ibbażati fuq kontradizzjonijiet bejn ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali dwar il-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> għas-sena 2015 u partijiet oħra tal-motivazzjoni tas-sentenza appellata għandhom jitqiesu bħala inammissibbli, konformement mal-prinċipji mfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, peress li l-appellanti ma tippreċiżax b’mod ċar in-natura tal-kontradizzjonijiet tal-motivi li hija għandha l-intenzjoni li tinvoka.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Il-ħames nett, peress li mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet validament, minn naħa, li l-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 ma jipprevedix dritt għar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> rċevuti mill-Istati Membri li kienu ġew ittrasferiti lis-SRF u, min-naħa l-oħra, li l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 kien applikabbli għal dawn il-kontribuzzjonijiet, jidher li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, espressa fil-punti 117 u 128 tas-sentenza appellata, li skontha ma ssir ebda distinzjoni, fi ħdan is-SRF, bejn l-imsemmija kontribuzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> direttament miġbura mis-SRB ma tistax titqies bħala li hija neċessarja sabiex tiġi ġġustifikata l-konklużjoni li l-Qorti Ġenerali waslet għaliha fil-punt 129 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Peress li l-kunsiderazzjonijiet dwar din l-evalwazzjoni għandhom, konsegwentement, jitqiesu li huma superfluwi, l-argumenti ta’ ABLV Bank li jikkritikaw dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom jiġu miċħuda, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 118 ta’ din is-sentenza, bħala ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, id-disa’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment inammissibbli, parzjalment ineffettiv u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="23"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑għaxar aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi matul iċ‑ċaħda tas‑sitt motiv ippreżentat fl‑ewwel istanza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>Permezz tal-għaxar aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, esposta fil-punti 134 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-sentenza appellata, li skontha d-deċiżjoni kontenzjuża ma tiksirx il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, peress li, anki jekk jitqies li l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 għandu s-sens mogħti lilu mill-Qorti Ġenerali, din id-dispożizzjoni ma tistax titqies li hija ċara, b’mod partikolari minħabba l-eżistenza ta’ każ ta’ rimbors tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Is-SRB isostni li l-għaxar aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli jew, fi kwalunkwe każ, bħala infondat. Il-Kummissjoni tqis ukoll li dan l-aggravju ma huwiex fondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>Fil-punti 136 sa 138 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li s-SRB ma kienx kiser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. Hija mmotivat din l-evalwazzjoni billi kkonstatat li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet prevedibbli, sa fejn kienet ibbażata fuq l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014, li jikkostitwixxi dispożizzjoni ċara u preċiża li ma tinkludi ebda eċċezzjoni jew mitigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma tistax titqies bħala li hija vvizzjata bi żball ta’ liġi peress li, hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 136 tas-sentenza appellata u kif tfakkar fil-punti 54 u 55 ta’ din is-sentenza, mill-formulazzjoni stess tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 jirriżulta li l-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> debitament miġbura ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprevedu li s-SRB kellu, f’ċerti sitwazzjonijiet, iwettaq ir-rimbors tal-kontribuzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT>, għandu jitfakkar li mill-eżami tal-ewwel, tat-tielet u tas-seba’ sad-disa’ aggravju jirriżulta li l-argument ta’ ABLV Bank relatat mal-Artikolu 17(3) u (4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, mal-Artikolu 7(3), u mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/81 kif ukoll mal-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2017/2361 ma huwiex ta’ natura li juri l-eżistenza ta’ tali obbligu ta’ rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li l-għaxar aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħdax‑il aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi matul iċ‑ċaħda tas‑seba’ motiv ippreżentat fl‑ewwel istanza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Permezz tal-ħdax-il aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali adottat interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>radikali u estrema<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tad-dispożizzjonijiet rilevanti, u b’hekk kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Hija kkunsidrat ukoll, b’mod żbaljat, li s-SRB ma għandu l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ABLV Bank tikkontesta ċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 152 tas-sentenza appellata, tal-argument żviluppat fil-punt 23 tar-rikors, bħala inammissibbli. Hija ssostni li dan l-argument kien suffiċjentement preċiż sabiex ikun ammissibbli, u ma kienx jeħtieġ analiżi ddettaljata tal-eżempju invokat insostenn tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li l-ħdax-il aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Fil-punti 142 sa 152 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti kollha bbażati fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità mressqa mill-appellanti. B’mod partikolari, hija rrilevat, fil-punt 147 ta’ din is-sentenza, minn naħa, li l-s-SRB ma kellu l-ebda marġni ta’ diskrezzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 kif ukoll tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 u, min-naħa l-oħra, li ABLV Bank ma qajmet ebda eċċezzjoni ta’ illegalità kontra dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li mill-kunsiderazzjonijiet dwar l-eżami tal-ewwel u tat-tieni aggravju jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet ġustament li s-SRB kien obbligat, skont l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, li jiċħad it-talba għal rimbors imressqa mill-appellanti. Isegwi, kif affermat il-Qorti Ġenerali fil-punt 147 tas-sentenza appellata, li s-SRB, f’dan ir-rigward, ma kellu ebda marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Ġenerali kellha kull bażi sabiex tqis, fil-punti 147 u 148 tas-sentenza appellata, li l-assenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tas-SRB twassal sabiex hija ma setgħetx validament tiġi kkritikata li kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta ċaħdet din it-talba, ħlief li jiġi sostnut li d-dispożizzjonijiet li jobbligawha tiddeċiedi f’dan is-sens kienu invalidi minħabba l-inkompatibbiltà tagħhom ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Issa, miċ-ċaħda tal-ħames aggravju jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma kinitx żnaturat is-sottomissjonijiet bil-miktub tal-ewwel istanza meta kkunsidrat li l-appellanti ma kinitx qajmet tali eċċezzjoni ta’ illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jidher li l-motiv adottat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 147 tas-sentenza appellata kien suffiċjenti sabiex jiġġustifika ċ-ċaħda tas-seba’ motiv ippreżentat fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Għalhekk, l-argumenti ta’ ABLV Bank intiżi sabiex jikkontestaw elementi oħra tal-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar iċ-ċaħda ta’ dan is-seba’ motiv għandhom jitqiesu li huma ineffettivi, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 118 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Isegwi li l-ħdax-il aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment ineffetttiv u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tnax‑il aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi fiċ‑ċaħda tat‑tmien u tad‑disa’ motiv ippreżentati fl‑ewwel istanza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Permezz tat-tnax-il aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Fil-fatt, sabiex tiġi applikata din il-massima, hemm lok mhux li jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 ġewx interpretati sew mis-SRB, iżda li jiġi evalwat jekk dan l-organu kienx ħoloq huwa stess illegalment il-kundizzjonijiet li huwa sussegwentement invoka. Issa, dan kien il-każ hawnhekk, peress li t-telf ta’ awtorizzazzjoni tal-appellanti huwa l-konsegwenza inevitabbli tad-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2018/09, li eċċediet il-kompetenza ta’ dan tal-aħħar u kienet illegali. Is-SRB ma jistax jinvoka l-assenza ta’ annullament ta’ din id-deċiżjoni, peress li jallega li d-deċiżjonijiet tiegħu tat‑23 ta’ Frar 2018 ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-evalwazzjoni fil-punt 172 tas-sentenza appellata li tgħid li l-aġir illegali tas-SRB ma jqigħedx inkwistjoni l-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża twassal sabiex il-massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur</HT> tiġi miċħuda minn kull portata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma weġbitx għad-disa’ motiv ippreżentat fl-ewwel istanza, li kien jirrigwarda n-natura kontradittorja tal-aġir li jikkonsisti fl-esklużjoni ta’ istituzzjoni minn sistema li tkopri riskji, filwaqt li nżammet il-kontribuzzjoni ddeterminata skont il-profil ta’ riskju ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li t-tnax-il aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>Fil-punt 170 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li ebda aġir illegali ma seta’ jiġi akkużat lis-SRB f’dan il-każ, peress li dan kien għamel applikazzjoni korretta tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63. Il-Qorti Ġenerali żiedet, fil-punt 171 ta’ din is-sentenza, li d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2018/09 ma kinitx is-suġġett tar-rikors tal-ewwel istanza u għalhekk ma setgħetx tistabbilixxi aġir illegali tas-SRB. Barra minn hekk, fil-punt 172 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li l-motiv ibbażat fuq aġir allegatament kontradittorju min-naħa tas-SRB kien ineffettiv sa fejn ma kienx intiż li jikkontesta l-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0183"><NO.P>183</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali dwar il-fondatezza tat-tmien motiv ippreżentat fl-ewwel istanza minn ABLV Bank, għandu ċertament jiġi kkonstatat li, sa fejn, permezz ta’ dan il-motiv, l-appellanti kellha l-intenzjoni li tinvoka l-allegata irregolarità tad-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2018/09, il-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punt 170 tas-sentenza appellata, dwar il-konformità tad-deċiżjoni kontenzjuża mal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 u mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63, kienu irrilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0184"><NO.P>184</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 171 tas-sentenza appellata, ma jistax jiġi preżunt, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur</HT>, li d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2018/09 kienet irregolari, minkejja li din ma kinitx is-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0185"><NO.P>185</NO.P><TXT>Il-fatt, invokat minn ABLV Bank, li s-SRB iqis li din id-deċiżjoni ma tikkostitwixxix att li jikkawża preġudizzju huwa irrilevanti. Fil-fatt, mill-punt 66 tas-sentenza tas‑6 ta’ Mejju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ABLV Bank <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑551/19 P u C‑552/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:369">EU:C:2021:369</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li r-riżultat finali tal-proċedura ta’ riżoluzzjoni, li matulha ġiet adottata d-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2018/09, seta’ jkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0186"><NO.P>186</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-disa’ motiv ippreżentat fl-ewwel istanza minn ABLV Bank, għandu jiġi enfasizzat li l-argument ibbażat fuq l-ommissjoni ta’ deċiżjoni dwar dan il-motiv għandu jiġi miċħud, peress li l-Qorti Ġenerali ċaħdet espliċitament l-imsemmi motiv fil-punt 172 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0187"><NO.P>187</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li dan l-aggravju jirrigwarda motiv ibbażat mhux fuq il-ksur tal-massima <HT TYPE="ITALIC">nemo auditur</HT>, iżda fuq aġir allegatament kontradittorju tas-SRB, il-kritika li l-Qorti Ġenerali, fl-imsemmi punt, applikat b’mod żbaljat din il-massima ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0188"><NO.P>188</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-tnax il-aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tlettax-il aggravju, ibbażat fuq żbalji fir‑rigward tan‑natura suffiċjentement motivata tad‑deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L‑argumenti tal‑partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0189"><NO.P>189</NO.P><TXT>Permezz tat-tlettax-il aggravju tagħha, ABLV Bank issostni li l-Qorti Ġenerali kisret il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta kkunsidrat li n-natura suffiċjentement motivata tad-deċiżjoni kontenzjuża setgħet tiġi dedotta mill-preżentata ta’ rikors u mill-fatt li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li kienet f’pożizzjoni li tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0190"><NO.P>190</NO.P><TXT>L-insuffiċjenza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża hija murija permezz tal-invokazzjoni diversi drabi, mill-Qorti Ġenerali, ta’ elementi esterni għal din id-deċiżjoni u mill-mistoqsijiet magħmula minnha matul il-proċedura. B’mod partikolari, l-allegata ċarezza tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament Nru 806/2014 hija kontradetta mir-riferiment, f’waħda minn dawn id-domandi, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>rimbors<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u mill-fatt li l-Qorti Ġenerali ma qisitx li tista’ tibbaża ruħha fuq il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0191"><NO.P>191</NO.P><TXT>Is-SRB u l-Kummissjoni jsostnu li t-tlettax-il aggravju huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il‑kunsiderazzjonijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0192"><NO.P>192</NO.P><TXT>Fil-punt 178 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li s-SRB kien speċifika, fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li għandhom importanza essenzjali. Il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll li din id-deċiżjoni kienet ippermettiet lil ABLV Bank issir taf il-ġustifikazzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni u lill-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0193"><NO.P>193</NO.P><TXT>Hekk kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 176 tas-sentenza appellata, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, għalkemm il-motivazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 296 TFUE għandha turi b’mod ċar u inekwivokabbli r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li jkun jippermetti lill-persuna kkonċernata li ssir taf il-ġustifikazzjonijiet tal-miżuri meħuda u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha, tali motivazzjoni għandha, madankollu, tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għall-kuntest li fih dan ikun ġie adottat. F’din il-perspettiva, ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti kollha, sa fejn in-natura suffiċjenti ta’ motivazzjoni għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll fir-rigward tal-kuntest tagħha kif ukoll fir-rigward tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat u, b’mod partikolari, skont l-interess li d-destinatarji tal-att jista’ jkollhom sabiex jirċievu spjegazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rosneft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:236">EU:C:2017:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0194"><NO.P>194</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali applikat, fil-punt 178 tas-sentenza appellata, il-kriterji li jirriżultaw minn din il-ġurisprudenza stabbilita sabiex tevalwa n-natura suffiċjentement motivata tad-deċiżjoni kontenzjuża. B’mod partikolari, hija ġustament ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni ppermettiet lill-appellanti tiddefendi d-drittijiet tagħha u lill-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha dwar il-legalità tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0195"><NO.P>195</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li, konformement mal-imsemmija ġurisprudenza stabbilita, bl-ebda mod ma huwa meħtieġ li l-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tkun eżawrjenti, il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet ħadet inkunsiderazzjoni, fir-raġunament tagħha, elementi li kienu jispjegaw din il-motivazzjoni u li tkun wettqet investigazzjoni intiża sabiex tikkjarifika l-imsemmija motivazzjoni ma huwiex ta’ natura li jqajjem dubju dwar l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali stabbilita fil-punt 178 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0196"><NO.P>196</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-tlettax-il aggravju jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0197"><NO.P>197</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0198"><NO.P>198</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0199"><NO.P>199</NO.P><TXT>Peress li s-SRB u l-Kummissjoni talbu l-kundanna ta’ ABLV Bank u din tal-aħħar tilfet, hemm lok li tiġi ordnata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mis-SRB u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">ABLV Bank AS, fi stralċ, hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) u mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="28"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>