12.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 308/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9528 — Macquarie Infrastructure and Real Assets/Currenta)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 308/04)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

InfraChem Holdings S.a r.l. (“InfraChem”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Macquarie Infrastructure u Real Assets (Europe) Limited (“MIRA”) li jappartjenu għall-Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja),

—

Currenta GmbH & Co OHG (“Currenta”, il-Ġermanja), li hija proprjetà ta’ Currenta Geschäftsführung-GmbH (“Currenta GF”, il-Ġermanja).

MIRA, permezz ta’ InfraChem, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Currenta u Currenta GF kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MIRA tiffoka fuq il-ġestjoni tal-infrastruttura u ta’ assi ta’ proprjetà oħra, inklużi proprjetà immobbli, l-enerġija u l-agrikoltura,

—

Macquarie Group huwa fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, servizzi finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġesjtoni tal-fondi kkwotati fil-Borża Awstraljana,

—

Currenta u Currenta GF jiġġestixxu u jħaddmu parks kimiċi integrati b’siti fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9528 — Macquarie Infrastructure and Real Assets/Currenta

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.