|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/271 |
7.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/271
tal-4 ta’ Frar 2025
dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontribut ta’ Stat terz għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (EUNAVFOR ASPIDES/2/2025)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (1),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/583, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi lil EUNAVFOR ASPIDES, abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC). |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-EUMC dwar kontribut mir-Repubblika tal-Albanija, jenħtieġ li dak il-kontribut jiġi aċċettat u jitqies bħala sinifikanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mir-Repubblika tal-Albanija għall-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) huwa aċċettat u meqjus sinifikanti.
2. Ir-Repubblika tal-Albanija hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ EUNAVFOR ASPIDES.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2025.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/271/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)