European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/768

30.3.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/768

tal-24 ta’ Marzu 2026

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2012 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2026)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, li stabbiliet u nediet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI).

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/472, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR MED IRINI (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(3)

Fit-30 ta’ Settembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2012 (2) li taħtar il-Komodor Spyridon POLLATOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mit-3 ta’ Ottubru 2025.

(4)

Fit-3 ta’ Frar 2026, l-awtoritajiet Militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kaptan Andrea BIELLI biex jieħu post il-Komodor Spyridon POLLATOS bħala Kmandant tal-Forza tal-UE (“il-ħatra proposta”) mill-1 ta’ April 2026. L-awtoritajiet Militari Taljani indikaw li l-Kaptan Andrea BIELLI ser jiġi promoss għal Kontrammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(5)

Fl-10 ta’ Frar 2026, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta' EUNAVFOR MED IRINI appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fis-17 ta’ Frar 2026, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Kaptan Andrea BIELLI jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mill-1 ta’ April 2026.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kaptan Andrea BIELLI bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(8)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2012 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kontrammirall Andrea BIELLI huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) mill-1 ta’ April 2026.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2012 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2026.

Magħmul fi Brussell, il-24 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

L. MANDEL VENSILD


(1)   ĠU L 101, 1.4.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/472/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/2012 tat-30 ta’ Settembru 2025 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/626 (EUNAVFOR MED IRINI/4/2025) (ĠU L, 2025/2012, 2.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2012/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/768/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)