19.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 8/2009

tal-5 ta’ Frar 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 (2).

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (3), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (4), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (5), u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta’ interoperabilità) (6) ġew integrati fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 (7) tat-2 ta’ Ġunju 2006, b’adattamenti speċifiċi tal-pajjiż.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (8) għandu jkun integrat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (9), li kien integrat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 179/2004 (10) tad-9 ta’ Diċembru 2004, id-Direttiva rrevokata 80/51/KEE (11) u l-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 (12), li huma integrati fil-Ftehim u li sussegwentament għandhom ikunu rrevokati taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test ta’ punt 2 (id-Direttiva 80/51/KEE) tal-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jitħassar.

Artikolu 2

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66a (id-Deċiżjoni (KEE) Nru 3922/91):

“—

32002 R 1592: Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).”

(2)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 66we (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1265/2007):

“66wf.

32008 R 0482: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5).”.

(3)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005):

“—

32008 R 0482: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 482/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta’ Frar 2009, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Frar 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 339, 18.12.2008, p. 100.

(2)   ĠU L 25, 29.1.2009, p. 36.

(3)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(4)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(5)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(6)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(7)   ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(8)   ĠU L 141, 31.5.2008, p. 5.

(9)   ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

(10)   ĠU L 133, 26.5.2005, p. 37.

(11)   ĠU L 18, 24.1.1980, p. 26.

(12)   ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(*1)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.