52004PC0771

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istipulazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2004, għall-ħlas ta’ l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li se jżommu xogħolhom fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni /* KUMM/2004/0771 finali */


Brussel 03.12.2004

KUMM(2004)771 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-istipulazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2004, għall-ħlas ta’ l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li se jżommu xogħolhom fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 3019/87 tal-5 ta’ Ottubru 1987 emenda r-Regolamenti tal-Personal biż-żjieda ta’ l-Anness X li jinkludi klawsoli speċifiċi u eċċezzjonali għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi.

Twaqqfet sistema finanzjarja speċifika u l-klawsoli 11,12 u 13 ta’ l-Anness il-ġdid jittrattaw il-pagi ta’ l-uffiċjali li jaħdmu f’dawn il-pajjiżi msemmija. Skond din is-sistema, il-paga titħallas f’euro fil-Belġju imma tista’ tiġi wkoll - kollha jew parti - imħallsa fil-munita tal-pajjiż ikkonċernat. F’dan il-każ, koeffiċjent korrettiv jiġi applikat lill-parti tal-paga mħallsa fil-valuta lokali.

Mill-implimentazzjoni tra-Regolamenti tal-Personal il-ġodda, bi dħul fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004 (Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004), din is-sistema finanzjarja tapplika wkoll għall-aġenti kuntrattwali.

Skond il-klawsola 13 ta’ dan l-Anness, il-Kunsill huwa mitlub li, kull sitt xhur, jistipula il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

Bir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 2175/88 tat-18 ta Lulju 1988, il-Kunsill stabbilixxa l-ewwel koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-10 ta’ Ottubru 1987.

L-aħħar koeffiċjenti korrettivi ġew stabbiliti mill-Kunsill bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1785/2004, tal-5 ta’ Ottubru 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004.

L-Artikolu 33(4) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-għaxar Stati Membri l-ġodda ħoloq bażi legali li tawtorizza l-estenżjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personal (skema li m’għandiex x’taqsam mal-Komunità) għall-uffiċjali li jżommu x-xogħol f’dawn l-Istati Membri l-ġodda għal ġerjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni . B’hekk, jeħtieġ għal dawn l-Istati Membri, li jiġu stabbiliti mhux biss il-koeffiċjenti korrettivi stabbiliti skond l-Annesss XI imma wkoll il-koeffiċjenti korrettivi skond l-Anness X tar-Regolament tal-Personal

Skond l-Artikolu 13 ta’ l-Anness X ta’ l-istatut il-ġdid imsemmi, il-Kunsill sejjaħ biex minn hawn ‘il quddiem jiġu stabbiliti darba kull sena l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-pajjiżi terzi.

Il-proposta preżenti tikkonċerna l-istipulazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2004 dwar il-ħlas ta’ l-uffiċjali, aġenti kuntrattwali u aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jżommu x-xogħol fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni .

Għalhekk, dawn il-koeffiċjenti korrettivi huma l-ewwel li jiġu stipulati kull sena.

L-impatt baġitarju huwa ta’ importanża żgħira meta mqabbel mal-baġit globali għad-delegazzjonijiet.

Is-sistema tal-ħlas barra l-Komunità hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ l-ekwivalenza ta’ saħħa tax-xiri bejn il-pagi mħallsin f’munita lokali b’referenza għal Brussell.

L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju hija msejsa fuq il-kalkolu tal-parità ekonomika mwettqa minn Eurostat. Il-koeffiċjent korrettiv huwa l-fattur li jirriżulta mid-diviżjoni tal-parità ekonomika bir-rati tal-kambju. Dan ifisser li x-xogħol ewlieni għall-iffissar tal-koeffiċjenti korrettivi jikkonsisti f’li tigi kkalkulata l-parità ekonimika bejn il-postijiet differenti effettwati u Brussel.

Ir-rati tal-kambju li ġew uzati huma stabbiliti skond ir-regoli dettaljati tar-regolament finanzjarju u jikkorispondu mad-data ta’ applikazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi.

It-tabella A turi l-paritajietekonomika ġdida u r-rati tal-kambju korrispondenti u l-koeffiċjenti korrettivi li jirriżultaw minnhom għall-postijiet tax-xogħol kollha għax-xahar ta’ Lulju 2004.

It-tabella B turi, għall-pajjiżi kollha, l-evoluzzjoni f’perċentwali ta’ ċifri li dehru fit-tabella A u li huma mqabbla ma’ dawn stabbiliti mill-aħħar Regolament fis-seħħ.

A NNESS

TABELLA A

+++++ TABLE +++++

ANNESS

TABELLA B

+++++ TABLE +++++

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar l-istipulazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2004, għall-ħlas ta’ l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li se jżommu xogħolhom fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Personal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-sistema tal-gvern għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stipulati mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68[1], emendata l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 857/2004[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13, l-ewwel inċiż, ta’ l-Appendiċi X tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-adeżjoni ta’ l-għaxar Stati Membri l-ġodda, u b’mod partikolari l-Artikolu 33(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

Hemm possibbiltà li titqies l-evoluzjoni ta’ l-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Komunità u li jiġu stipulati bħala konsegwenza l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, li se jibdew mill-1 ta’ Lulju 2004 u li l-ħlas jingħata fil-munita tal-pajjizi kkonċernati, lill-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej milquta fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jżommu x-xogħol fl-għaxar Stati Membri l-ġodda waqt perjodu ta’ mill-anqas ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni.

Il - koefficjenti korrettivi, la darba jkun sar il-ħlas fuq bazi tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1785/2004[3], jistgħu jġibu xi tibdil pożittivi jew negattivi b’effett retroattiv.

Jaqbel li jsiru dispożizzjonijiet għall-arrettrati fil-każ ta’ żjieda fil-ħlas minħabba l-koeffiċjenti korrettivi ġodda.

Jaqbel li jsiru dispożizzjonijiet għall-ħlas lura għall-pagamenti għolja fil-każ ta’ tnaqqis tal-ħlas minħabba l-koeffiċjenti korrettivi, għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2004 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Jaqbel li jsiru dispożizzjonijiet biex ħlas lura eventwali jkun ristrett għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li l-effetti tagħha jinfirxu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, bħal mhu fil-każ tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fil-Komunitajiet għall-ħlas u għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENTI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Lulju 2004, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-ħlas ta’ l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li se jżommu xogħolhom fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni, imħallsa fil-munita tal-pajjiżi kkonċernati, huma stipulati fl-Anness.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkoli tal-ħlas huma dawk stabbiliti skond ir-regoli dettaljati għall-esekuzzjoni tarRegolament Finanzjarju u jikkorispondu mad-data mniżżla fl-ewwel inċiż.

Artikolu 2

L- istituzzjonijiet jipproċedu għall-pagamenti retroattivi fil-każ ta’ żjieda ta’ ħlas minħabba l-koeffiċjenti korrettivi mniżżla fl-Appendiċi.

L-istituzzjonijiet jipproċedu għall-arranġamenti retroattivi negattivi tal-ħlas f’każ ta’ tnaqqis fil-ħlas minħabba koeffiċjenti korrettivi mwaqqfa fl-Appendiċi għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju 2004 u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

L-emendi retroattivi li għandhom x’jaqsmu mal-ħlas lura ta’ pagamenti għolja jistgħu jsiru biss f’-perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-ħlas lura għandu jinfirex fuq perjodu ta’ tnax-il xahar minn dik id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

+++++ TABLE +++++

SKEDA FINANZJARJA

1. TIT OLU TA’ L-AZZJONI

Proposti ta’ Regolament tal-Kunsill dwar l-istipulazzjoni tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2004, għall-ħlas ta’ l-uffiċjali, l-aġenti kuntrattwali u l-aġenti temporanji tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu fil-pajjiżi terzi kif ukoll għal parti mill-uffiċjali li jżommu xogħolhom fl-għaxar Stati Membri l-ġodda għal mill-inqas ħmistax-il xahar wara l-adeżjoni

2. IL-LINJA TAL-BAĠIT IKKONĊERNATA

XX-010102-01

3. BAŻI LEGALI

L-Artikoli 12 u 13 ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Personal

4. IMPATT FINANŻJARJU

4.1 AMMONT stmat ta’ l-infiq attwali € 125 139 579 għall-2004 (€ 10 428 298,25 kull xahar) (1)

4.2 Stima ta’ impatt tal-koeffiċjenti korrettivi ta’ Lulju 2004 - € 11 814,59 (2)

4.3 Stima ta’ infiq għal kull semestru [(2) x 6] -€ 70 887,54

4.4 Stima ta’ infiq annwali [(2) x 12] - € 141 775,08

4.5 Impatt imqabbel ma’ l-ammont - stmat ta’ l-infiq attwali [(2) : (1)] - 0,11329356%

Dan ir-rapport finanzjarju ma jinkludix dak li jirriżulta mill-koeffiċjenti korrettivi intermedjarji li l-Kummissjoni toħrog kull xahar.

[1] ĠU L 56 ta’ l-04.03.1968, p. 1.

[2] ĠU L 161 tat-30.04.2004, p. 11.

[3] ĠU L 317 tas-16.10.2004, p. 1.