02014D0909 — MT — 03.03.2017 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2014

dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2014) 9415)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/909/UE)

(ĠU L 359 16.12.2014, p. 161)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/838 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta' Mejju 2015

  L 132

86

29.5.2015

 M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1943 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-27 ta' Ottubru 2015

  L 283

11

29.10.2015

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/370 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-1 ta' Marzu 2017

  L 56

213

3.3.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta' Diċembru 2014

dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-okkorrenzi konfermati tal-koleotteru tal-ġabsala fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2014) 9415)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/909/UE)



Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-miżuri protettivi li għandhom jittieħdu mill-Italja wara li kkonfermat l-okkorrenzi tal-koleotteru tal-ġabsala (Aethina tumida) fin-naħal tal-għasel (Apis mellifera), fiż-żoni mniżżla fl-Anness.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “doqqajs” tfisser:

(i) kenn mibni għan-naħal tal-għasel;

(ii) kontenitur jew kolonja tan-naħal bagħli (Bombus spp.);

(b) “miġbħa” tfisser grupp ta' doqqajs u l-bini jew il-faċilitajiet f'post ġeografiku, fejn dan il-grupp ta' doqqajs jinżamm jew inżamm;

(c) “prodotti sekondarji tal-apikultura mhux ipproċessati” tfisser għasel, xama' tan-naħal, ħalib tan-naħal, żaftur jew polline mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem kif definit fil-punt 10 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 1 ) li ma jkunx għadda minn xi proċedura ta' proċessar kif imsemmi fir-ringiela 10 tal-kolonna 4 tat-Tabella 2 stabbilita fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV ta' dak ir-Regolament;

(d) “tagħmir għat-trobbija tan-naħal” tfisser id-doqqajs użati, partijiet tad-doqqajs u għodod użati fl-attivitajiet tat-trobbija tan-naħal.

Artikolu 3

1.  L-Italja għandha tiżgura li jiġu implimentati l-miżuri protettivi li ġejjin fiż-żoni elenkati fl-Anness:

(a) projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta' kunsinni tal-prodotti li ġejjin miż-żoni elenkati fl-Anness lejn żoni oħra tal-Unjoni:

(i) naħal tal-għasel;

(ii) naħal bagħli;

(iii) prodotti sekondarji tal-apikultura mhux proċessati;

(iv) tagħmir għat-trobbija tan-naħal;

(v) għasel tax-xehda maħsub biex jittiekel mill-bniedem.

(b) twettiq ta' spezzjonijiet immedjati u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, fosthom:

(i) l-identifikazzjoni u t-traċċar tal-movimenti tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) lejn u mill-imġiebaħ u l-istabbilimenti tal-estrazzjoni tal-għasel stabbiliti f'żona ta' raġġ ta' 20 km madwar id-doqqajs fejn ġiet konfermata l-okkorrenza tal-koleotteru tal-ġabsala;

(ii) in-notifika tar-riżultati ta' tali spezzjonijiet immedjati u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi lill-Kummissjoni.

2.  L-Italja għandha twettaq aktar spezzjonijiet u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, inkluż it-traċċar ta' movimenti preċedenti tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) minn u lejn żoni elenkati fl-Anness.

3.  Abbażi tar-riżultati tal-ispezzjonijiet u l-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi previsti fil-paragrafu 1(b) u l-paragrafu 2, l-Italja tista' timplimenta miżuri addizzjonali xierqa kif meħtieġ.

4.  L-Italja għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri protettivi previsti fil-paragrafi 1, 2 u 3.

▼M3

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Marzu 2019.

▼B

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.




ANNESS



L-Istat Membru

Iż-żoni soġġetti għall-miżuri protettivi

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Kalabrija: Ir-Reġjun kollu

►M3  Ir-Reġjun ta' Sqallija: Ir-Reġjun kollu ◄



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).