10.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9442 — Elliott/Insight/WorkForce)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 232/09)

1.   

Fit-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Elliott Associates, L.P., Elliott International L.P. u Evergreen Coast Capital Corp., ikkontrollati minn Elliott Management Corporation (flimkien “Elliott Group”, Stati Uniti),

—

Insight Venture Management, LLC (“Insight Group”, Stati Uniti),

—

WorkForce Software, LLC (“WorkForce”, l-Istati Uniti).

Elliott Group u Insight Group jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ WorkForce.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Elliot Group: ditta globali ta’ investiment iffukata fuq attivitajiet ta’ ġestjoni tal-investimenti u tar-riskji,

—   għal Insight Group: ditta globali tal-kapital ta’ riskju u tal-ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji tat-teknoloġija u tas-softwer b’rata għolja ta’ tkabbir,

—   għal WorkForce: fornitur ta’ soluzzjonijiet cloud għall-ġestjoni tal-persunal lil intrapriżi u organizzazzjonijiet ta’ daqs medju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9442 — Elliott/Insight/WorkForce

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.