|
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/14 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Lulju 2013
li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod fir-rigward tal-qafas finanzjarju pluriennali, biex iqisu l-ħtiġijiet ta’ nfiq li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
(2013/419/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod, u b’mod partikolari l-punt 29 tiegħu (1),
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (2) jistipula dispożizzjonijiet tranżitorji fi kwistjonijiet baġitarji. |
|
(2) |
Il-Konferenza tal-Adeżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 approvat ir-riżultati tan-negozjati li ddeterminaw il-ħtiġijiet tan-nefqa, li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. |
|
(3) |
L-adeżjoni tal-Kroazja tirrikjedi aġġustament tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007–2013 għas-sena 2013 u żieda tal-limiti massimi ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena 2013 bl-ammont totali ta’ EUR 603 miljun fi prezzijiet attwali, maqsumin f’EUR 47 miljun għas-subintestatura 1a, EUR 450 miljun għas-subintestatura 1b, EUR 31 miljun għas-subintestatura 3b u EUR 75 miljun għall-intestatura 6, li għandha tiġi kkumpensata bis-sħiħ bi tnaqqis fil-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena 2013 skont l-intestatura 5 għall-istess ammont. |
|
(4) |
L-adeżjoni tal-Kroazja tirrikjedi wkoll l-aġġustament tal-limitu massimu għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2013, billi jiżdied b’ammont ta’ EUR 374 miljun fi prezzijiet attwali. |
|
(5) |
Il-qafas finanzjarju għall-Unjoni Ewropea maqbul fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod għandu jiġi aġġustat biex iqis l-adeżjoni tal-Kroazja għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(6) |
L-Anness I tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod għandu għaldaqstant jiġi emendat kif xieraq (3), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Waħdieni
L-Anness I għall-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja fis-sod huwa sostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.
(3) Għal dan il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.
ANNESS
QAFAS FINANZJARJU 2007–2013
|
(miljuni ta’ EUR — prezzijiet kostanti 2004) |
||||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Totali 2007-2013 |
||
|
50 865 |
53 262 |
55 879 |
56 435 |
55 693 |
57 708 |
59 111 |
388 953 |
||
|
8 404 |
9 595 |
12 018 |
12 580 |
11 306 |
12 677 |
13 112 |
79 692 |
||
|
42 461 |
43 667 |
43 861 |
43 855 |
44 387 |
45 031 |
45 999 |
309 261 |
||
|
51 962 |
54 685 |
51 023 |
53 238 |
52 136 |
51 901 |
51 284 |
366 229 |
||
|
li minnhom: nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti |
43 120 |
42 697 |
42 279 |
41 864 |
41 453 |
41 047 |
40 645 |
293 105 |
||
|
1 199 |
1 258 |
1 375 |
1 503 |
1 645 |
1 797 |
2 014 |
10 791 |
||
|
600 |
690 |
785 |
910 |
1 050 |
1 200 |
1 390 |
6 625 |
||
|
599 |
568 |
590 |
593 |
595 |
597 |
624 |
4 166 |
||
|
6 199 |
6 469 |
6 739 |
7 009 |
7 339 |
7 679 |
8 029 |
49 463 |
||
|
6 633 |
6 818 |
6 816 |
6 999 |
7 044 |
7 274 |
7 106 |
48 690 |
||
|
419 |
191 |
190 |
0 |
0 |
0 |
63 |
863 |
||
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn totali |
117 277 |
122 683 |
122 022 |
125 184 |
123 857 |
126 359 |
127 607 |
864 989 |
||
|
bħala perċentwali tad-DGN |
1,08 % |
1,09 % |
1,06 % |
1,06 % |
1,03 % |
1,03 % |
1,01 % |
1,05 % |
||
|
|
||||||||||
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament totali |
115 142 |
119 805 |
109 091 |
119 245 |
116 394 |
120 649 |
120 731 |
821 057 |
||
|
bħala perċentwali tad-DGN |
1,06 % |
1,06 % |
0,95 % |
1,01 % |
0,97 % |
0,98 % |
0,96 % |
1,00 % |
||
|
Marġini disponibbli |
0,18 % |
0,18 % |
0,29 % |
0,22 % |
0,26 % |
0,25 % |
0,27 % |
0,23 % |
||
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji bħala perċentwali tad-DGN |
1,24 % |
1,24 % |
1,24 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
1,23 % |
||
(1) In-nefqa fuq il-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu ta’ din l-intestatura hija kkalkolata bil-kontribuzzjonijiet tal-persunal fl-iskema rilevanti mnaqqsa, li ma taqbiżx il-EUR 500 miljun skont il-prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.