European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4673

2.9.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12356COMP-2026-01425-01-00SBB/HELSANA GROUP / HMS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4673)

1.   

Fil-25 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Helsana Beteiligungen AG (“Helsana”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Helsana AG (l-Iżvizzera),

—

Schweizerische Bundesbahnen SBB (“SBB”, l-Iżvizzera), ikkontrollata mill-Konfederazzjoni Żvizzera,

—

Health & Medical Service AG (“HMS”, l-Iżvizzera), li bħalissa hija kkontrollata minn Helsana.

Helsana u SBB se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HMS.

Il-konċentrazzjoni se titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Helsana: kumpanija azzjonarja ta’ Helsana Group, attiva b’mod partikolari fl-assigurazzjoni bażika (KVG), l-assigurazzjoni supplimentari (VVG) u l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti. Helsana AG hija l-kumpanija azzjonarja aħħarija ta’ Helsana Group. Il-fokus ġeografiku tal-attivitajiet ta’ Helsana Group jinsab fl-Iżvizzera;

—

SBB: is-servizzi tat-trasport pubbliku (it-trasport tal-passiġġieri fuq distanzi twal, it-trasport reġjonali tal-passiġġieri, it-trasport tal-merkanzija), il-forniment tal-infrastruttura ferrovjarja u n-negozju tal-proprjetà immobbli. Il-fokus ġeografiku tal-attivitajiet ta’ SBB jinsab fl-Iżvizzera. Barra minn hekk, SBB hija attiva fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri u topera fil-kurituri Ewropej tat-trasport tal-merkanzija, b’mod partikolari l-kurituri Tramuntana-Nofsinhar.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża HMS huma dawn li ġejjin: Servizzi tat-trasport, tax-xogħol, okkupazzjonali u tal-assigurazzjoni, servizzi ta’ appoġġ għas-saħħa u għall-ġestjoni tal-każijiet u soluzzjonijiet ta’ software għall-kura tas-saħħa, esklużivament fl-Iżvizzera.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12356 – SBB / HELSANA GROUP / HMS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

B - 1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4673/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)