2015D2430 — MT — 23.04.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2430

tal-21 ta' Diċembru 2015

li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1334

(ĠU L 334 22.12.2015, p. 18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/628 tal-21 ta' April 2016

  L 106

24

22.4.2016




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2430

tal-21 ta' Diċembru 2015

li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1334



Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1334 qiegħda b'dan titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1. ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2. AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3. AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16 ta' Ottubru 1966 f'Tarut (Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4. ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew il-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Numru tal-ID Nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5. BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8 ta' Marzu 1978 f'Amsterdam (Netherlands) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6. IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

7. MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14 ta' April 1965 jew l-1 ta' Marzu 1964 fil-Pakistan, Numru tal-passaport 488555.

8. SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

9. SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

10. SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1. “L-Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”.

2. Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa.

3. Al-Aqsa e.V.

4. “Babbar Khalsa”.

5. “Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6. “Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

7. “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”.

8. “Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9. Il-“Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l“'Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10. “Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11. Hofstadgroep.

▼M1 —————

▼B

13. “Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

14. Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

15. It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

16. “Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

17. Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

18. “Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

19. Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

20. “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

21. “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

22. “Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

23. “Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).



( 1 ) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1334 tal-31 ta' Lulju 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/521 (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 61).