1.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 57/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Frar 2008

li temenda d-Deċiżjoni 96/550/KE li tawtorizza metodi għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Finlandja [titlu mhux uffiċjali]

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 692)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2008/177/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta’ karkassi tal-majjali [ħnieżer] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/550/KE (2) tawtorizza żewġ metodi (Hennessy grading probe (HGP4) u Intrascope/Optical probe) għall-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer fil-Finlandja.

(2)

Il-Finlandja talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-aġġornament ta’ formula waħda u l-użu ta’ metodu ġdid għall-klassfika ta’ karkassi tal-ħnieżer, u ppreżentat ir-riżultati tal-provi tad-dissezzjoni fit-tieni parti tal-protokoll previst fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2967/85 ta’ l-24 ta’ Ottubru 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-iskala Komunitarja għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjal (3).

(3)

Eżami ta’ din it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn il-metodi huma sodisfatti.

(4)

Id-Deċiżjoni 96/550/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 96/550/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1 jiżdied l-inċiż kif ġej:

“—

l-apparat imsejjaħ ‘AutoFom’ u l-metodi ta’ valutazzjoni relatati miegħu, li d-dettalji tagħhom jingħataw fil-Parti 3 ta’ l-Anness”.

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 301, 20.11.1984, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, 22.12.1993, p. 5).

(2)   ĠU L 236, 18.9.1996, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/611/KE (ĠU L 210, 12.8.2005, p. 44).

(3)   ĠU L 285, 25.10.1985, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1197/2006 (ĠU L 217, 8.8.2006, p. 6).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 96/550/KE huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, il-Punt 3 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“3.

Il-kontenut ta’ dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

Ŷ = 66 485 - 0 511 • X1 - 0 418 • X2 + 0 099 • X3

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwali stmat ta’ dgħif fil-karkassa,

X1

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluza l-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla 8 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa wara l-aħħar kustilja,

X2

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (inkluza l-ġilda ta’ barra) f’millimetri mkejla 6 ċm ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa bejn 3/4 kustilji ta’ l-aħħar,

X3

=

il-ħxuna tal-muskolu f’millimetri mkejla fl-istess waqt u fl-istess post bħal X2.

Il-formula tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 51 u 120 kilogramma.”

(2)

Tiżdied il-Parti 3 li ġejja:

“PARTI 3

AUTOFOM

1.

Il-klassifika ta’ karkassi tal-ħnieżer issir permezz ta l-apparat imsejjaħ «Autofom» (Fully automatic ultrasonic carcass grading).

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar b’sittax-il 2 MHz ultrasonic transducers (SFK Technology, K2KG), b’distanza operattiva ta’ 25 mm bejn it-transducers. Id-dejta ultrasonika għandu jkun fiha l-qisien tal-ħxuna tax-xaħam tad-dahar u tal-ħxuna tal-muskolu. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwali ta’ dgħif bl-użu tal-kompjuter.

3.

Il-perċentwali ta’ dgħif tal-karkassa għandha tiġi kkalkulata abbażi tat-68 punti tal-kejl permezz tal-formula li ġejja:

Ŷ

=

76,800 - 0,01167786 * x1 - 0,01317971 * x2 - 0,009175088 * x3 - 0,005996768 * x4 - 0,01173212 * x5 - 0,04896113 * x6 - 0,008025034 * x7 - 0,01613402 * x8 - 0,006821679 * x9 - 0,009693944 * x10 - 0,01666247 * x11 - 0,008599287 * x12 - 0,01388630 * x13 - 0,02382277 * x14 - 0,009909672 * x15 - 0,01052488 * x16 - 0,01585248 * x17 - 0,006577800 * x19 - 0,01006999 * x20 - 0,02106533 * x43 - 0,01944423 * x44 - 0,02164443 * x46 - 0,02921022 * x48 - 0,02278822 * x49 - 0,02547334 * x50 - 0,02160008 * x51 - 0,01571447 * x52 - 0,01747270 * x53 - 0,02080481 * x54 - 0,02177262 * x55 - 0,02252957 * x56 - 0,02000042 * x57 - 0,01807100 * x58 - 0,02179333 * x59 - 0,02585314 * x60 - 0,03213609 * x61 - 0,03414441 * x62 - 0,03224378 * x63 - 0,02679668 * x64 - 0,02288250 * x65 - 0,01564255 * x66 - 0,01840482 * x67 - 0,02092576 * x68 - 0,02055510 * x69 - 0,02120507 * x70 - 0,01979112 * x71 - 0,01872976 * x72 - 0,02209687 * x73 - 0,02208294 * x74 - 0,02225723 * x75 - 0,02202462 * x76 - 0,02235730 * x77 - 0,02216374 * x78 - 0,03553871 * x79 - 0,03541295 * x80 - 0,03623326 * x81 - 0,03634462 * x82 - 0,03638485 * x83 - 0,03605378 * x84 - 0,02140917 * x85 - 0,02137969 * x86 - 0,02150696 * x87 - 0,02101590 * x88 - 0,02077531 * x89 - 0,02098994 * x90 - 0,02476005 * x91 - 0,02936467 * x92 - 0,02118610 * x93

fejn:

Ŷ

=

il-kontenut stmat ta’ dgħif tal-karkassa,

x1, x2 … x93 huma l-fatturi varjabbli mkejla bl-Autofom.

4.

Id-deskrizzjonijiet tal-punti tal-kejl u l-metodu ta’ l-istatistika jinsabu fil-Parti II tal-protokoll Finlandiż imwassal lill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2967/85.

Il-formula għandha tkun valida għall-karkassi bil-piż bejn 51 u 120 kilogramma.”