<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑570/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0570</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:283">EU:T:2017:283</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>msancjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170424">24.4.2017</DATE> – KAWŻA T-570/16</P><P>HF vs IL-PARLAMENT</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal assistenza</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Fastidju psikoloġiku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Terminu ta’ erba’ xhur għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-ASTK li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK, fit-terminu għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal, dwar ir-realtà tal-fastidju psikoloġiku allegat</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza</KEYWORD><KEYWORD>Att ineżistenti</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑570/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HF</HT>, residenti f’Bousval (il-Belġju), irrappreżentata minn A. Tymen, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn E. Taneva u M. Ecker, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament, allegatament meħuda fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE>, li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti fil-<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE> u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, P. Nihoul u J. Svenningsen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, HF, ġiet irreklutata mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) permezz ta’ kuntratti suċċessivi, mis-6 ta’ Jannar sal-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>, mill-15 ta’ Frar sal-<DATE ISO="20030331">31 ta’ Marzu 2003</DATE>, mill-1 ta’ April sat-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE> u mill-1 sal-<DATE ISO="20030731">31 ta’ Lulju 2003</DATE>, u dan bħala membru tal-persunal awżiljarju, kategorija ta’ impjieg li kienet prevista fil-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kondizzjonijiet tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fil-verżjoni tagħhom ta’ qabel l-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Ir-rikorrenti kienet assenjata lid-diviżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Awdjoviżiv<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, li llum saret unità (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>unità tal-awdjoviżiv<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tad-Direttorat għall-Midja (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Direttorat għall-Midja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Informazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li sar id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Hemmhekk hija kienet twettaq funzjonijiet ta’ assistent fil-kategorija B, grupp V, klassi 3.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija ġiet irreklutata, mill-<DATE ISO="20030801">1 ta’ Awwissu 2003</DATE> sal-<DATE ISO="20050331">31 ta’ Marzu 2005</DATE>, minn kumpannija, stabbilita fi Franza u li kienet tipprovdi servizzi għall-Parlament, bħala amministratriċi ta’ produzzjoni sabiex twettaq attività żejda marbuta mal-amministrazzjoni ta’ produzzjoni tal-unità tal-awdjoviżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ġiet irreklutata mill-ġdid mill-ASTK, din id-darba bħala membru tal-persunal bil-kuntratt assenjata lill-unità tal-awdjoviżiv, mill-<DATE ISO="20050401">1 ta’ April 2005</DATE> sal-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, u sussegwentement bħala membru tal-persunal temporanju assenjat lill-istess unità mill-<DATE ISO="20060201">1 ta’ Frar 2006</DATE> sal-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20120201">1 ta’ Frar 2012</DATE> sal-<DATE ISO="20150531">31 ta’ Mejju 2015</DATE>, hija baqgħet irreklutata bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt assenjata lill-unità tal-awdjoviżiv permezz ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Mis-<DATE ISO="20140926">26 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti ngħatat leave tal-mard u, minn dak iż-żmien ’il quddiem, ma reġgħet lura għal ebda attività professjonali fi ħdan il-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, indirizzata lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Segretarju Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) u kkopjata lill-President tal-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kumitat konsultattiv<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) kif ukoll lill-President tal-Parlament u lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, ir-rikorrenti ressqet, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), talba għal assistenza fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>talba għal assistenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), liema artikoli huma applikabbli b’analoġija għall-membri tal-persunal bil-kuntratt bis-saħħa tal-Artikoli 92 u 117, rispettivament, tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Insostenn ta’ din it-talba, hija sostniet li kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tal-kap tal-unità tal-awdjoviżiv, liema fastidju seħħ permezz ta’ aġir, kliem u kitbiet ta’ dan tal-aħħar, b’mod partikolari waqt laqgħat tad-dipartiment. Hija talbet li jiġu adottati miżuri urġenti sabiex tiġi protetta immedjatament mill-persuna li allegatament kienet qiegħda tagħtiha fastidju u li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva mill-ASTK sabiex tiġi stabbilita r-realtà tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150113">13 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-kap tal-unità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>unità <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) tad-Direttorat tar-riżorsi tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li barra minn hekk kien il-President tal-kumitat konsultattiv, irrikonoxxa li rċieva t-talba tar-rikorrenti għal assistenza u informa lil din tal-aħħar li din it-talba ntbagħtet lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li jiddeċiedi fuq l-imsemmija talba, fil-kwalità tiegħu ta’ ASTK, f’terminu ta’ erba’ xhur li fl-iskadenza tiegħu, jekk ikun il-każ, ikun jista’ jitqies li ttieħdet deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda ta’ din it-talba għal assistenza u sussegwentement tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150123">23 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-konsulent tar-rikorrenti ġab għall-konjizzjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> il-fatt, b’mod partikolari, li l-kap tal-unità tal-awdjoviżiv kien ġie informat bit-tressiq tat-talba għal assistenza u bil-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva mill-ASTK. Fil-fatt, din l-informazzjoni ddaħħlet fil-minuti ta’ laqgħa tal-unità tal-awdjoviżiv, u dan ikkontribwixxa għat-tixrid ta’ ċerta informazzjoni mhux biss lill-kollegi tar-rikorrenti, iżda wkoll lil ċerti persuni esterni għall-istituzzjoni. Waqt din il-laqgħa, il-kap ta’ unità ħabbar ukoll li r-rikorrenti ma kinitx ser terġa’ lura fl-unità tal-awdjoviżiv u li, konsegwentement, kellha tiġi prevista ristrutturazzjoni tal-parti mill-unità tal-awdjoviżiv imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Newsdesk Hotline<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tas-<DATE ISO="20150126">26 ta’ Jannar 2015</DATE>, membru tal-persunal tal-unità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Reklutaġġ tal-membri tal-persunal bil-kuntratt u tal-assistenti parlamentari akkreditati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>unità tar-reklutaġġ tal-membri tal-persunal bil-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Żvilupp tar-riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Direttorat tar-RU<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament bagħat lir-rikorrenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>nota li tikkonferma l-bidla tad-dipartiment [tagħha] mill-21 [ta’ Jannar] 2015<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Din in-nota, ukoll iddatata <DATE ISO="20150126">26 ta’ Jannar 2015</DATE>, kienet tindika li r-rikorrenti kienet ser tiġi assenjata, b’effett retroattiv mill-<DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, lill-unità tal-programm ta’ żjarat tal-Unjoni Ewropea (EUVP) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>unità tal-programm ta’ żjarat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) tad-Direttorat tar-relazzjonijiet maċ-ċittadini tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u li, b’eċċezzjoni ta’ din il-bidla ta’ assenjazzjoni, ebda bidla oħra ma saret għall-kuntratt ta’ reklutaġġ tagħha (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> wieġeb l-ittra tal-konsulent tar-rikorrenti tat-<DATE ISO="20150123">23 ta’ Jannar 2015</DATE> billi spjega li kienet ġiet adottata miżura ta’ tbegħid favur ir-rikorrenti fil-konfront tal-kap tal-unità tal-awdjoviżiv u kienet tikkonsisti fl-assenjazzjoni mill-ġdid ta’ din tal-aħħar lill-unità tal-programm ta’ żjarat. Fir-rigward tal-informazzjoni żvelata mill-kap tal-unità tal-awdjoviżiv waqt il-laqgħa ta’ din l-unità, ġie spjegat lir-rikorrenti li din l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>[kellha] tinftiehem fil-kuntest tal-miżura ta’ tbegħid meħuda favur [ir-rikorrenti] u mhux bħala intimidazzjonijiet intiżi għall-membri l-oħra tal-unità tagħha [u] inqas u inqas bħala sinjal ġdid [ta’] fastidju lejn [ir-rikorrenti]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Barra minn hekk, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> informa lir-rikorrenti bil-fatt li, wara eżami fid-dettall tal-fajl tagħha u b’risposta għat-talba tagħha għall-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva, huwa kien iddeċieda li jibgħat dan il-fajl lill-kumitat konsultattiv, li l-President tiegħu kien ser iżommha aġġornata b’kull żvilupp sussegwenti. Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> qies li, b’dan il-mod, huwa kien irrisponda għat-talba għal assistenza u li dan kien iwassal, fil-qasam ta’ kompetenza tiegħu, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għeluq [tal-]fajl<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, il-konsulent tar-rikorrenti, minn naħa, talab lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jispjega l-portata tal-miżura li huwa kien ħabbar fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> u, b’mod partikolari, jindika jekk il-miżura ta’ tbegħid tar-rikorrenti kinitx ġiet adottata fuq bażi temporanja. Min-naħa l-oħra, huwa fakkru li, skont ir-regoli interni dwar il-kumitat konsultattiv dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>regoli interni dwar il-fastidju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>), b’mod partikolari l-Artikoli 14 u 15 tagħhom, ma huwiex il-kompitu tal-kumitat konsultattiv li jiddeċiedi fuq talba għal assistenza, iżda biss li jibgħat rapport kunfidenzjali lis-Segretarju Ġenerali, li kellu r-responsabbiltà, fi kwalunkwe każ, li jieħu miżuri skont l-Artikolu 16 ta’ dawn ir-regoli interni. Għalhekk ir-rikorrenti qieset li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> baqa’ l-persuna li għandha s-setgħa tiddeċiedi fuq it-talba tagħha għal assistenza fil-kwalità tagħha ta’ ASTK u mhux il-kumitat konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tenna l-fehma tiegħu li, permezz tad-deċiżjoni tiegħu li jibgħat it-talba għal assistenza lill-kumitat konsultattiv, huwa kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>għalaq dan il-fajl f’dak li [kien] jirrigwarda l-kamp ta’ kompetenzi tiegħ[u]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u li, minkejja li l-Bureau tal-Parlament kien tah il-poteri tal-ASTK sabiex jiddeċiedi fuq it-talbiet għal assistenza mressqa skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, jibqa’ l-fatt li huwa ma setax jinjora r-regoli interni dwar il-fastidju, li kienu jagħtu lis-Segretarju Ġenerali l-kompitu li jaġixxi fil-każ ta’ eventwali sitwazzjoni ta’ fastidju persistenti. Barra minn hekk, huwa spjega li l-miżura ta’ tbegħid tar-rikorrenti mill-unità<?PAGE NO="4"?> tal-awdjoviżiv lejn l-unità tal-programm ta’ żjarat kienet ittieħdet kemm fuq talba tal-persuna kkonċernata, ifformulata fit-talba għal assistenza, kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>fl-interess tas-servizz sabiex jiġu ssodisfatti l-bżonnijiet dejjem jikbru fi ħdan l-[unità tal-programm ta’ żjarat]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u li din l-assenjazzjoni mill-ġdid kellha tinżamm sal-iskadenza tal-kuntratt tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tad-<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE>, ir-rikorrenti ssejħet mill-kumitat konsultattiv sabiex tinstema’ minn dan tal-aħħar fil-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ewwel nett, kontra d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid, sa fejn, permezz ta’ din id-deċiżjoni, l-ASTK assenjatha mill-ġdid b’mod permanenti, u mhux fuq bażi temporanja, lill-unità tal-programm ta’ żjarat; it-tieni nett, kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, li permezz tagħha d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> iddeċieda fuq it-talba għal assistenza billi qies li l-każ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>fil-kamp ta’ kompetenzi tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> ingħalaq u, it-tielet nett, kontra deċiżjoni, li ttieħdet fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE>, li permezz tagħha l-ASTK ċaħdet impliċitament it-talba għal assistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>, is-Segretarju Ġenerali, fil-kwalità tiegħu ta’ ASTK, iddeċieda li jilqa’ parzjalment l-ilment imressaq mir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>. Fir-rigward tal-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti lill-unità tal-programm ta’ żjarat, is-Segretarju Ġenerali fakkar li din l-assenjazzjoni mill-ġdid kienet neċessarjament ta’ natura provviżorja u kellha tinżamm matul il-perijodu kollu tal-investigazzjoni amministrattiva, li kienet għadha pendenti u, essenzjalment, ċaħad l-argumenti mressqa mir-rikorrenti kontra l-fondatezza jew il-modalitajiet tal-miżura ta’ tbegħid (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’din id-de ċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>, is-Segretarju Ġenerali ddeċieda li jirriforma d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> sa fejn, fiha, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> kien żbalja meta qies li l-ASTK kienet għalqet il-proċedura relatata mat-talba għal assistenza. F’dan ir-rigward, huwa speċifika li din it-talba għal assistenza tagħti lok, sussegwentement, għal deċiżjoni definittiva tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u li, konsegwentement, kuntrarjament għal dak li kienet qiegħda tallega r-rikorrenti, ma ttieħdet ebda deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza, b’mod li l-ilment, fuq dan il-punt, kien inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-fatti li seħħew wara li ġie ppreżentat ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20151208">8 ta’ Diċembru 2015</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> informa lir-rikorrenti bl-intenzjoni tiegħu li jqis li t-talba tagħha għal assistenza ma kinitx fondata, b’mod partikolari, wara s-smigħ mill-kumitat konsultattiv tal-kap tal-unità tal-awdjoviżiv u ta’ erbatax-il uffiċjal ieħor ta’ din l-unità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Essenzjalment, id-Direttur Ġenerali jqis li, anki jekk il-fatti allegati rrepetew ruħhom, ma deherlux li t-ton użat mill-kap tal-unità tal-awdjoviżiv, oralment u fil-korrispondenza bil-miktub ipprovduta mir-rikorrenti, ma kienx xieraq fil-kuntest fattwali u fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol li għalihom kienet suġġetta din l-unità. Huwa speċifika li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>filwaqt li [kellu] jiġi aċċettat li l-kliem kultant [ġie] espress b’mod frank u dirett, madankollu [kellu] jiġi kkonstatat li ma [kienx] eċċeda l-limiti raġonevoli ta’ diskussjoni professjonali bejn il-[k]ap ta’ unità u l-membri tat-tim tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Huwa qies, b’mod partikolari, li dan il-kliem kien intqal waqt laqgħat tad-dipartiment li matulhom kienu ġew diskussi xi każijiet ta’ funzjonament organizzattiv ħażin, b’mod li seta’ jitqies li kienu ġew espressi fil-kuntest ta’ ġestjoni ta’ kuljum, bil-ħsieb li jiġu riżolti problemi li kienu jidhru evidenti għall-parti l-kbira tal-membri tal-unità. F’dak li jirrigwarda l-posta elettronika mibgħuta lir-rikorrenti mill-kap tal-unità tal-awdjoviżiv, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> qies li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>[kien] evidenti li din kienet intiża jew sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-servizz, jew sabiex jitfakkru l-istruzzjonijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, tant huwa hekk li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[i]kkunsidrata f’dan il-kuntest, il-kontenut tagħha ma [kellux] jitqies li ma kienx xieraq<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> stieden lir-rikorrenti, skont l-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-intenzjoni tiegħu li jiddikjara t-talba tagħha għal assistenza infondata u stedinha tagħżel li tagħmel dan jew waqt intervista jew bil-miktub. Ir-rikorrenti ngħatat terminu li jiskadi fl-<DATE ISO="20151220">20 ta’ Diċembru 2015</DATE> sabiex tesprimi l-intenzjoni tagħha f’dan ir-rigward lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-konsulent tar-rikorrenti informa lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> li hija kienet ser tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub. Madankollu, filwaqt li invoka f’dan ir-rigward is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cerafogli vs BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑114/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:678">EU:T:2015:678</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), talab il-komunikazzjoni tar-rapport ta’ investigazzjoni mħejji mill-kumitat konsultattiv, liema talba huwa tenna permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20160205">5 ta’ Frar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ta lir-rikorrenti terminu li jiskadi fl-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE> sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-intenzjoni tiegħu li jiċħad it-talba għal assistenza. Barra minn hekk, huwa spjegalha, b’risposta għat-talba tagħha sabiex tikseb il-komunikazzjoni ta’ rapport ta’ investigazzjoni, li l-kumitat konsultattiv kien bagħatlu biss opinjoni li tikkonkludi li ma kienx hemm fastidju psikoloġiku fil-każ tar-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, huwa ma kkomunikalha ebda rapport, kif previst fl-Artikolu 14 tar-regoli interni dwar il-fastidju, għaliex tali rapport jitħejja mill-kumitat konsultattiv biss fil-każijiet li fihom l-imsemmi kumitat jikkonstata l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, li kien qiegħed jaġixxi fil-kwalità ta’ ASTK, ċaħad it-talba għal assistenza (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>). F’din id-deċiżjoni, huwa b’mod partikolari spjega li r-rikorrenti ġiet informata, b’mod sħiħ u dettaljat, bil-motivi li għalihom huwa kellu l-intenzjoni, fit-<DATE ISO="20151208">8 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li jiċħad it-talba għal assistenza. Madankollu, huwa fakkar li t-trattament tat-talba għal assistenza kien fil-kompetenza esklużiva tiegħu u li, f’dan ir-rigward, il-kumitat konsultattiv ma kellu ebda setgħa deċiżjonali. Issa, fil-fehma tiegħu, ir-rikorrenti ma kellha ebda dritt suġġettiv għall-komunikazzjoni ta’ rapport ta’ investigazzjoni, ta’ opinjoni jew ta’ rendikonti tal-kumitat konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-irregolaritajiet proċedurali invokati mir-rikorrenti, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> b’mod partikolari qies li, billi kkopjat il-kumitat konsultattiv bit-talba għal assistenza, ir-rikorrenti ma kinitx ressqet formalment ilment quddiem dan il-kumitat konsultattiv fis-sens tar-regoli interni dwar il-fastidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Filwaqt li spjega li huwa kien ressaq il-każ quddiem il-kumitat konsultattiv fit-<DATE ISO="20150202">2 ta’ Frar 2015</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> qies li d-dewmien li kien hemm fit-trattament tat-talba għal assistenza u tal-investigazzjoni, b’mod partikolari l-perijodu ta’ sitt xhur u ħdax-il jum sabiex isir is-smigħ, kien spjegat mill-indisponibbiltà tal-persuni msejħa mill-kumitat konsultattiv u mit-tqassim tal-persunal tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol kif ukoll mill-kumplessità tal-każ, li kien jirrikjedi li jinstemgħu numru kbir ta’ persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-mertu, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> żamm mal-analiżi li huwa kien espona fl-ittra tat-<DATE ISO="20151208">8 ta’ Diċembru 2015</DATE> u, għaldaqstant, iddeċieda li ma jirrikonoxxix li s-sitwazzjoni deskritta mir-rikorrenti kienet taqa’ taħt il-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz ta’ att li wasal fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fis-<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ippreżentat dan ir-rikors, li inizjalment ġie rreġistrat bin-numru F‑142/15.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fid-<DATE ISO="20160129">29 ta’ Jannar 2016</DATE> fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Parlament, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura ta’ dak it-tribunal, qajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, li fir-rigward tagħha r-rikorrenti ppreżentat nota ta’ osservazzjonijiet fit-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mir-Reġistru tat-<DATE ISO="20160428">28 ta’ April 2016</DATE>, il-partijiet ġew informati bid-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, meħuda b’applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 83(3) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li l-eżami tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà opposta mill-Parlament jingħaqad mal-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Parlament ippreżenta r-risposta tiegħu fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-<DATE ISO="20160606">6 ta’ Ġunju 2016</DATE>, u magħha annetta l-korrispondenza msemmija fil-punti 17 sa 25 ta’ din is-sentenza, filwaqt li r-rikorrenti ppreżentat ir-replika fit-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>, dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġuriżdizzjoni fl-ewwel istanza f’tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="137" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 200, p. 137</REF.DOC.OJ>), din il-kawża ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-istat li kienet fih fil-<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE> u issa għandha tiġi ttrattata skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, din il-kawża ġiet irreġistrata bin-numru T‑570/16 u ġiet assenjata lill-Ewwel Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Wara t-tieni skambju ta’ noti li kien ġie awtorizzat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku skont l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, ingħalqet il-fażi bil-miktub tal-proċedura skont ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mir-Reġistru tad-<DATE ISO="20161129">29 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ġiet mistiedna mill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, tindikalha jekk, kinitx ressqet, skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, ilment kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE> u, f’dan il-każ, tipprovdilha kopja ta’ dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mibgħuta lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20161213">13 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti kkonfermat li, fis-<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>, hija kienet ressqet tali lment, u pproduċiet kopja tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mir-Reġistru tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-Parlament ġie mistieden mill-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, jindikalha x’segwitu kien ta għall-ilment tas-<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE> u, fil-każ li l-ASTK tat deċiżjoni espliċita dwar dan l-ilment, jipprovdilha kopja ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE>, il-Parlament ikkonferma lill-Qorti Ġenerali li huwa kien ta deċiżjoni espliċita dwar l-ilment tas-<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE>. Huwa għalhekk ipprovda kopja tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170104">4 ta’ Jannar 2017</DATE> li permezz tagħha s-Segretarju Ġenerali, fil-kwalità tiegħu ta’ ASTK, kien ċaħad dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-partijiet ma talbux li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali skont l-Artikolu 106(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, li qieset li kellha informazzjoni biżżejjed mid-dokumenti fil-proċess tal-kawża, iddeċidiet li taqta’ r-rikors mingħajr fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni, li skontha ttieħdet impliċitament fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE>, li permezz tagħha l-ASTK ċaħdet it-talba għal assistenza;</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE> li tiċħad l-ilment tal-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ħlas ta’ danni li għandhom jiġu stabbiliti, <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT>, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> bħala kumpens għad-dannu mġarrab;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala manifestament inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tiegħu, il-Parlament isostni essenzjalment li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> kienet tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju li permezz tiegħu l-ASTK kienet irrispondiet għat-talba għal assistenza. Din id-deċiżjoni, li ttieħdet fit-terminu għal risposta previst fit-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, ostakolat it-teħid sussegwenti ta’ deċiżjoni impliċita li tiċħad din l-istess talba, f’dan il-każ fl-iskadenza tat-terminu ta’ erba’ xhur għal risposta stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal li beda jiddekorri fil-<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li kienet id-data li fiha tressqet din it-talba għal assistenza. Għaldaqstant, id-deċiżjoni li r-rikorrenti tikkontesta l-legalità tagħha hija ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Parlament, barra minn hekk, indika li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, kienet tikkostitwixxi, fil-fatt, l-ewwel risposta espliċita tal-ASTK għat-talba għal assistenza, f’dak li kien jirrigwarda l-miżura ta’ tbegħid adottata kif ukoll il-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva. Madankollu, huwa enfasizza li din id-deċiżjoni kienet ġiet parzjalment irrevokata mis-Segretarju Ġenerali fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>. Fil-fatt, is-Segretarju Ġenerali qies li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> kien għadu obbligat jagħti deċiżjoni, skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza tas-sitwazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku allegata mir-rikorrenti u li, għaldaqstant, huwa kellu neċessarjament jagħti deċiżjoni ġdida fi tmiem l-investigazzjoni amministrattiva, ħaġa li huwa finalment għamel fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat l-analiżi tal-Parlament billi sostniet li, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, ittieħdet deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, minħabba l-assenza ta’ risposta espliċita tal-Parlament, fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE>, f’dak li kien jirrigwarda r-realtà tal-eżistenza tal-fastidju psikoloġiku allegat fit-talba għal assistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija enfasizzat, minn naħa, li l-Parlament kien illimita ruħu fuq dan il-punt, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, li jindika li huwa kien ressaq il-każ quddiem il-kumitat dwar il-fastidju, ħaġa li tikkonferma li, sa dakinhar, ebda teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK ma kienet ġiet adottata b’risposta għat-talba tar-rikorrenti fir-rigward tal-eżistenza tal-fatti allegati u tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal. Min-naħa l-oħra u fuq kollox, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE> li taqta’ l-ilment tal-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE>, is-Segretarju Ġenerali kien annulla d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> sa fejn fiha l-ASTK iddikjarat li kienet għalqet it-talba għal assistenza sempliċement billi ressqet il-każ quddiem il-kumitat konsultattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikorrenti kkonkludiet, fl-osservazzjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20160222">22 ta’ Frar 2016</DATE>, li, kieku kellha tiġi aċċettata l-pożizzjoni tal-Parlament, dan ikun ifisser li jkun biżżejjed għall-ASTK li tressaq il-każ quddiem il-kumitat konsultattiv sabiex teħles mill-obbligu impost fuqha li tirrispondi fit-terminu ta’ erba’ xhur stabbilit mir-Regolamenti tal-Persunal għal kwalunkwe talba li titressaq quddiemha minn membru tal-persunal, inkluża talba għal assistenza fformulata skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti b’mod partikolari sostniet li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>meta [hija kienet] ippreżentat [dan ir-]rikors, it-talbiet tagħha għal annullament kienu ammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>[kien] biss wara l-preżentata ta’ dan ir-rikors li dawn it-talbiet għal annullament ma kienx għad [kellhom] skop, minħabba s-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE> għal dik tal-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 90(2) u tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, hija kundizzjoni indispensabbli għall-ammissibbiltà ta’ kwalunkwe rikors ippreżentat mill-uffiċjali kontra l-istituzzjoni li jaqgħu taħtha (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930713">13 ta’ Lulju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Moat vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑20/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1993:63">EU:T:1993:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040706">6 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Huygens vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑281/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:207">EU:T:2004:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>FG vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑20/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:93">EU:F:2015:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, meta quddiem l-ASTK jew, skont il-każijiet, l-Awtorità tal-Ħatra ta’ istituzzjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>) titressaq, skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, talba għal assistenza fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, hija għandha, abbażi tal-obbligu ta’ assistenza u jekk din l-awtorità tkun affaċċjata b’inċident inkompatibbli mal-ordni u mas-serenità tas-servizz, tintervjeni bl-enerġija kollha neċessarja u tirrispondi bil-ħeffa u bil-premura meħtieġa miċ-ċirkustanzi tal-każ bil-għan li tistabbilixxi l-fatti u li minnhom tislet, b’għarfien tal-fatti, il-konsegwenzi xierqa. Għal dan il-għan, huwa biżżejjed li l-uffiċjal jew il-membru tal-persunal li jitlob il-protezzjoni tal-istituzzjoni tiegħu jipproduċi prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tar-realtà tal-attakki li huwa jiddikjara li jkun qiegħed iġarrab. Fil-preżenza ta’ tali provi, hija l-istituzzjoni inkwistjoni li għandha tieħu l-miżuri xierqa, b’mod partikolari billi ssir investigazzjoni amministrattiva, sabiex jiġu stabbiliti l-fatti li jkunu wasslu għall-ilment, b’kollaborazzjoni mal-persuna li tkun ressqet dan l-ilment (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890126">26 ta’ Jannar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Koutchoumoff vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>224/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:38">EU:C:1989:38</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑154/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:322">EU:T:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-preżenza ta’ allegazzjonijiet ta’ fastidju, l-obbligu ta’ assistenza jinkludi, b’mod partikolari, id-dmir għall-amministrazzjoni li teżamina serjament, b’ħeffa u bil-kunfidenzjalità kollha, it-talba għal assistenza li fiha jiġi allegat fastidju u li tinforma lill-persuna li tagħmel din it-talba bis-segwitu mogħti lilha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>KLUG vs EMEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑35/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2008:150">EU:F:2008:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-miżuri li għandhom jittieħdu f’sitwazzjoni li, bħal f’dan il-każ, tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-amministrazzjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, suġġetta għall-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni Ewropea, fl-għażla tal-miżuri u tal-mezzi ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Haas <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑3/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:202">EU:T:1998:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑154/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:322">EU:T:2007:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li, wara li tressqet it-talba għal assistenza, l-ASTK, fit-terminu ta’ erba’ xhur għal risposta previst fit-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, irrispondiet għar-rikorrenti billi informatha bil-miżura li hija kienet ħadet, skont id-dmir ta’ assistenza tagħha, b’risposta għal din it-talba għal assistenza. Dawn il-miżuri, spjegati fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> u li l-adozzjoni tagħhom timplika neċessarjament li l-ASTK dehrilha li kellha prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tar-realtà<?PAGE NO="9"?> ta’ fatti li potenzjalment jaqgħu taħt l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, kienu jikkonsistu essenzjalment fl-assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrenti, bħala miżura ta’ tbegħid, kif ukoll fil-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva, li ġiet fdata lill-kumitat konsultattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għandu għalhekk jiġi ddeterminat jekk, minkejja l-adozzjoni mill-ASTK tad-deċiżjoni espliċita tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, jistax jitqies li, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-assenza ta’ teħid ta’ pożizzjoni mill-ASTK fuq ir-realtà tal-fatti allegati, li allegatament jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, f’terminu ta’ erba’ xhur li beda jiddekorri mill-<DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, id-data li fiha tressqet it-talba għal assistenza, tippermetti li jiġi kkonstatat li ttieħdet deċiżjoni impliċita, f’dan il-każ fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE>, u li din id-deċiżjoni impliċita tammonta għal rifjut tal-ASTK li tikkonstata r-realtà tal-fatti allegati u li tikklassifikahom bħala fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li, b’mod ġenerali, ittra li permezz tagħha l-persuna kkonċernata tiġi informata li t-talba tagħha qiegħda tiġi eżaminata ma timplikax l-aċċettazzjoni tat-talba inkwistjoni, b’mod li, minkejja l-eżistenza ta’ tali ittra informattiva, l-assenza ta’ risposta definittiva għat-talba inizjali tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal fit-terminu previst mill-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tammonta bħala prinċipju għal deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba min-naħa, skont il-każijiet, tal-ASTK jew tal-Awtorità tal-Ħatra (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑594/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:336">EU:T:2012:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, f’dak li jirrigwarda talba għal assistenza fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, imressqa skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-persuna kkonċernata titlob l-assistenza tal-amministrazzjoni tagħha bil-għan li hija tadotta miżuri sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-miżuri li l-ASTK jew l-Awtorità tal-Ħatra tista’ tqis li jkun neċessarju li tadotta, meta hija tqis li l-persuna kkonċernata tkun ipproduċiet prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> tar-realtà tal-fatti allegati, jinkludu b’mod partikolari d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex tiġi stabbilita r-realtà tal-fatti b’kollaborazzjoni mal-persuna li tkun ressqet it-talba għal assistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, meta l-ASTK jew l-Awtorità tal-Ħatra ma tipprovdi ebda risposta għal talba għal assistenza fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal fit-terminu ta’ erba’ xhur previst fl-Artikolu 90(1) ta’ dawn ir-regolamenti, jista’ jitqies li ttieħdet deċiżjoni impliċita minn din l-awtorità, li tiċħad din it-talba għal assistenza. Fil-fatt, f’dan il-każ, għandu jiġi preżunt li din l-awtorità ma qisitx li l-provi prodotti insostenn tat-talba għal assistenza kienu jikkostitwixxu prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> suffiċjenti tar-realtà tal-fatti allegati sabiex jiskatta l-obbligu ta’ assistenza, li, f’dan il-każ, kienu jirrigwardaw allegat ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tali deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza hija għalhekk marbuta mill-qrib mal-assenza ta’ adozzjoni ta’ miżuri, mill-amministrazzjoni, bħal dawk li jimponi fuqha d-dmir ta’ assistenza tagħha previst fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li, f’dan il-każ, l-amministrazzjoni tqis impliċitament, iżda neċessarjament, li l-każ ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Dan huwa essenzjalment dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, fil-punti 41 u 42 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lo Giudice vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑154/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:322">EU:T:2007:322</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, kif jirriżulta mill-punti 9 sa 23 ta’ dik is-sentenza, kienet inkwistjoni sitwazzjoni li fiha, f’każ allegat ta’ fastidju psikoloġiku, l-Awtorità tal-Ħatra ma kienet adottat ebda miżura ta’ assistenza, fit-terminu ta’ erba’ xhur għal risposta previst fl-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, b’risposta għal talba għal assistenza. F’dik il-kawża, kien biss wara tressaq ilment mill-persuna kkonċernata li l-amministrazzjoni ddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva, li l-eżitu tagħha kien sar magħruf mill-amministrazzjoni biss ftit jiem qabel l-adozzjoni tar-risposta għall-ilment, li ngħatat seba’ xhur wara li tressaq dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, tali sitwazzjoni hija differenti minn dik inkwistjoni f’dan il-każ, li fih, b’risposta għal talba għal assistenza, l-ASTK qieset li kien hemm prova <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> suffiċjenti, li kienet tirrendi neċessarju l-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġi stabbilit jekk il-fatti allegati kinux effettivament jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku jew sesswali fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’sitwazzjoni bħal din, jeħtieġ neċessarjament li din l-investigazzjoni titmexxa sa tmiemha sabiex l-amministrazzjoni, fid-dawl tal-konklużjonijiet tar-rapport ta’ investigazzjoni, tkun tista’ tieħu pożizzjoni definittiva f’dan ir-rigward, li għalhekk tippermettilha jew li tagħlaq it-talba għal assistenza mingħajr ma tieħu azzjoni ulterjuri, jew, meta jirriżulta li l-fatti allegati jkunu seħħew u jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, li tibda proċedura dixxiplinari bil-għan, jekk ikun il-każ, li tieħu sanzjonijiet dixxiplinari kontra l-persuna li allegatament tat fastidju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19740711">11 ta’ Lulju 1974</DATE>, <NAME.CASE>Guillot vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>53/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:80">EU:C:1974:80</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891109">9 ta’ Novembru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Katsoufros vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>55/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:409">EU:C:1989:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Q</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑80/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:347">EU:T:2011:347</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, jekk jiġi aċċettat, f’każ bħal dak ineżami, li fil-<DATE ISO="20160411">11 ta’ April 2016</DATE> ttieħdet deċiżjoni impliċita mill-ASTK fis-sens li din l-awtorità kkonstatat assenza ta’ fastidju psikoloġiku jew irrifjutat li twettaq tali konstatazzjoni, dan ikun jammonta għall-imputazzjoni lill-ASTK, matul il-perijodu kollu tal-investigazzjoni amministrattiva, ta’ pożizzjoni provviżorja fis-sens li ma jeżistix każ li jaqa’ taħt l-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, l-għan innifsu tal-investigazzjoni amministrattiva huwa li tiġi kkonfermata jew ikkonfutata l-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod li l-ASTK ma tistax tiġġudika minn qabel l-eżitu tal-investigazzjoni u hija preċiżament mistennija li ma tiħux pożizzjoni, lanqas impliċitament, dwar ir-realtà tal-fastidju allegat qabel ma tkun kisbet ir-riżultati tal-investigazzjoni amministrattiva. Fi kliem ieħor, huwa inerenti fil-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva li l-amministrazzjoni ma tiħux pożizzjoni b’mod prematur, essenzjalment abbażi tad-deskrizzjoni unilaterali tal-fatti pprovduta fit-talba għal assistenza, peress li, għall-kuntrarju, għandha tirriżerva l-pożizzjoni tagħha sakemm tintemm l-imsemmija investigazzjoni, li għandha titmexxa fuq bażi kontradittorja, bil-parteċipazzjoni tal-persuna li allegatament tat fastidju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cerafogli vs BĊE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑114/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:678">EU:T:2015:678</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’ħeffa u b’osservanza tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat ukoll li, f’każ bħal dan, l-amministrazzjoni tibqa’ obbligata tmexxi l-investigazzjoni amministrattiva sa tmiemha, irrispettivament mill-kwistjoni jekk fil-frattemp il-fastidju jkunx waqaf u saħansitra meta l-persuna li ressqet l-ilment jew il-persuna li allegatament tat fastidju tkun telqet mill-istituzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0122">122</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-importanza li l-investigazzjoni amministrattiva titmexxa sa tmiemha hija relatata wkoll mal-fatt, minn naħa, li l-eventwali rikonoxximent mill-ASTK, fi tmiem l-investigazzjoni amministrattiva, li possibbilment titmexxa bl-għajnuna ta’ organu distint mill-ASTK, bħall-kumitat konsultattiv, tal-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku jista’, fih innifsu, jkollu effett pożittiv fil-proċess terapewtiku ta’ rkupru tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal li jkun sofra fastidju (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Skareby vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑95/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2011:9">EU:F:2011:9</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u, barra minn hekk, jista’ jintuża mill-vittma għall-finijiet ta’ eventwali azzjoni ġudizzjarja nazzjonali li fil-kuntest tagħha japplika l-obbligu ta’ assistenza tal-ASTK, skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, u jispiċċax mal-iskadenza tal-perijodu ta’ reklutaġġ tal-membru tal-persunal ikkonċernat. Min-naħa l-oħra, it-tmexxija sa tmiemha ta’ investigazzjoni amministrattiva tista’, għall-kuntrarju, tippermetti li jiġu kkonfutati l-allegazzjonijiet tal-allegata vittma, u b’dan il-mod tippermetti li jiġu rrimedjati d-danni li tali akkuża, jekk din tirriżulta li tkun infondata, setgħet ikkawżat lill-persuna kkonċernata minn proċedura ta’ investigazzjoni bħala l-persuna li allegatament tat fastidju (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>CH vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑132/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2015:115">EU:F:2015:115</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0124">124</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, peress li, kuntrarjament għal dak li japplika fil-qasam dixxiplinari, ir-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedu ebda dispożizzjoni speċifika fir-rigward tat-terminu li fih għandha titmexxa investigazzjoni amministrattiva mill-amministrazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-fastidju psikoloġiku, il-fatt li investigazzjoni amministrattiva, miftuħa b’risposta għal talba għal assistenza f’terminu ta’ erba’ xhur wara t-tressiq ta’ din it-talba, tkun għadha pendenti lil hinn minn dan it-terminu ma jippermettix l-imputazzjoni lill-amministrazzjoni ta’ deċiżjoni impliċita li permezz tagħha l-ASTK tkun ċaħdet ir-realtà tal-fatti allegati fit-talba għal assistenza jew li permezz tagħha hija tkun qieset li dawn tal-aħħar ma kinux jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’dan il-każ għandu jitqies li l-ASTK, b’risposta għat-talba għal assistenza u fit-terminu ta’ erba’ xhur previst fit-tielet sentenza tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, adottat miżuri skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, b’liema fatt ir-rikorrenti ġiet informata permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, u li għaldaqstant hija tat segwitu favorevoli għat-talba għal assistenza, minkejja li baqgħet obbligata, sussegwentement u fid-dawl tal-eżitu tal-investigazzjoni amministrattiva li hija kienet iddeċidiet li tiftaħ, tipprovdi risposta lill-persuna kkonċernata dwar jekk il-fatti allegati insostenn tat-talba għal assistenza ġewx stabbiliti u, fl-affermattiv, f’dan il-każ, jekk kinux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ u kif ikkonstatat l-ASTK fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li tiċħad l-ilment tal-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE> bħala inammissibbli fuq dan il-punt, fil-<DATE ISO="20150411">11 ta’ April 2015</DATE> ma ttieħdet ebda deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza u li tista’ tiġi interpretata bħala teħid ta’ pożizzjoni tal-ASTK li permezz tagħha hija rrifjutat li tikklassifika l-fatti allegati f’din it-talba bħala li jikkostitwixxu fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-adozzjoni, matul il-proċedura kontenzjuża, tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE> li permezz tagħha l-ASTK ħadet pożizzjoni preċiżament fuq din il-kwistjoni billi rrifjutat li tikklassifika l-fatti allegati bħala fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod partikolari abbażi tal-konklużjonijiet ifformulati f’dan ir-rigward mill-kumitat konsultattiv, li lilu hija kienet fdat it-tmexxija tal-investigazzjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, peress li jirrigwardaw deċiżjoni ineżistenti, it-talbiet għal annullament għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal kumpens</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħha għal kumpens, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda impliċita tat-talba għal assistenza, li timplika rifjut tal-ASTK li tirrikonoxxi li l-fatti allegati f’din it-talba kienu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ fastidju psikoloġiku fis-sens tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal, ikkawżatilha dannu morali. Dan tal-aħħar huwa marbut mal-assenza ta’ rikonoxximent mill-ASTK tal-fondatezza tal-akkużi li hija ressqet kontra l-kap tal-unità tal-awdjoviżiv u mal-fatt li, f’dan ir-rigward, il-kumitat konsultattiv ma osservax l-Artikolu 11 tar-regoli interni dwar il-fastidju, li jipprevedu li huwa kien obbligat jisma’ lir-rikorrenti f’terminu ta’ għaxart ijiem mid-data tat-tressiq tat-talba għal assistenza u jisma’ persuni, bħala xhieda, f’terminu ta’ xahar minn dan is-smigħ tal-persuna li ressqet l-ilment li tressaq quddiem l-imsemmi kumitat konsultattiv. Issa, l-ASTK, li għandha titqies li hija responsabbli għal dan il-funzjonament ħażin tal-kumitat konsultattiv, għaldaqstant kisret l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u, f’dan il-każ, ma aġixxietx f’terminu raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob li t-talbiet għal kumpens jiġu miċħuda bħala inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan huwa biżżejjed li jitfakkar li t-talbiet għal kumpens għal dannu materjali jew morali għandhom jiġu miċħuda meta jkunu marbuta strettament mat-talbiet għal annullament li, huma stess, ikunu ġew miċħuda bħala inammissibbli jew infondati (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010306">6 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Connolly vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:127">EU:C:2001:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0129">129</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Fernández Gómez</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:582">EU:C:2006:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>López Cejudo vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑28/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:55">EU:F:2014:55</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, it-talbiet għal kumpens huma marbuta strettament mat-talbiet għal annullament, li kienu jirrigwardaw deċiżjoni ineżistenti tal-ASTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, f’dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq it-terminu mhux raġonevoli li fih tmexxiet l-investigazzjoni amministrattiva, il-Qorti Ġenerali tikkonstata li tali lment u d-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrenti f’dan ir-rigward tqajmu minn din tal-aħħar fl-ilment li tressaq fis-<DATE ISO="20160906">6 ta’ Settembru 2016</DATE> kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160603">3 ta’ Ġunju 2016</DATE> u li ġie miċħud permezz tad-deċiżjoni tal-ASTK tal-<DATE ISO="20170104">4 ta’ Jannar 2017</DATE>. Għaldaqstant, dawn tal-aħħar jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE kontra dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-talbiet għal kumpens għandhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli u, għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Madankollu, skont l-Artikolu 135(2) ta’ dawn ir-regoli tal-proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tikkundanna lil parti, anki jekk rebbieħa, tbati parzjalment jew kompletament l-ispejjeż, jekk dan jidher li jkun iġġustifikat minħabba l-aġir tagħha, inkluż qabel ma tkun tressqet il-kawża, b’mod partikolari jekk hija tkun ikkawżat lill-parti l-oħra spejjeż li l-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi li huma fiergħa jew vessatorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tirrileva li r-rikorrenti ġiet parzjalment żvijata fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tagħha għal assistenza kemm mill-kontenut tal-posta elettronika tat-<DATE ISO="20150113">13 ta’ Jannar 2015</DATE> tal-kap tal-unità <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Riżorsi umani<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> kif ukoll mir-risposti ineżatti jew saħansitra kontradittorji mogħtija mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Persunal<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> fl-ittri tiegħu tal-<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> u tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>. Madankollu, in-natura żbaljata tal-informazzjoni mogħtija mill-ASTK kienet ġiet ikkonstatata mis-Segretarju Ġenerali fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE>, li taqta’ l-ilment, peress li dan tal-aħħar kien ċaħad l-ilment tal-<DATE ISO="20150424">24 ta’ April 2015</DATE> bħala inammissibbli peress li kien jirrigwarda deċiżjoni impliċita ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi deċiż li l-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jiġi kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti minn HF.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">HF għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="13"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fl-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>