Brussell, 9.7.2024

COM(2024) 285 final

2024/0159(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni (2024–2029) għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau daħal fis-seħħ fil-15 ta’ April 2008. Il-Ftehim jiġġedded b’mod taċitu u għalhekk għadu fis-seħħ. Il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni preċedenti għall-Ftehim, li dam 5 snin, daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019 u skada fl-14 ta’ Ġunju 2024.

Fl-14 ta’ Frar 2024, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal Protokoll ġdid (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll il-ġdid”) għall-Ftehim.

Abbażi tad-Direttivi ta’ negozjati rilevanti 1 , il-Kummissjoni wettqet negozjati mar-Repubblika tal-Guinea-Bissau dwar il-konklużjoni ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid għall-Ftehim. L-objettiv huwa li l-bastimenti tal-Unjoni jingħataw il-permess jidħlu fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u jistadu għall-ispeċijiet demersali (krustaċji, ċefalopodi u ħut), għall-ħut pelaġiku żgħir, u għat-tonn u l-ispeċijiet assoċjati. B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, fis-16 ta’ Mejju 2024 ġie inizjalat test ġdid tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta’ 5 snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stabbilita fl-Artikolu 19.

L-għan tal-Protokoll il-ġdid huwa li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żoni tas-sajd fl-ilmijiet tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau, skont il-pariri xjentifiċi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt kif ukoll tal-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs, regional fisheries management organisations), b’mod partikolari l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas). Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi l-opportunitajiet tas-sajd li ġejjin:

–fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għall-ħut bil-pinen u għaċ-ċefalopodi: 3 500 tunnellata grossa rreġistrata (GRT, gross registered tonnage) fis-sena;

–fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għall-gambli: 3 700 GRT fis-sena;

–fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir għall-ħut pelaġiku żgħir: 0 tunnellati fis-sena;

–28 bastiment tat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u tas-sajd bil-konzijiet;

–13-il bastiment tat-tonn bil-qasab u x-xlief;

kif ukoll bastimenti ta’ appoġġ f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT.

L-opportunitajiet tas-sajd għall-ħut pelaġiku żgħir huma stabbiliti għal 0 tunnellati minħabba r-riżervi dwar l-istat tal-istokkijiet u n-nuqqas ta’ użu ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd fil-Protokoll preċedenti.

Objettiv ieħor huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau billi jiġi implimentat il-qafas ta’ sħubija għall-Ftehim sabiex tiġi żviluppata politika tas-sajd sostenibbli u jiġu sfruttati b’mod responsabbli r-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau, fl-interessi taż-żewġ Partijiet.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jiġi konkluż il-Protokoll il-ġdid, f’konformità mal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

L-objettiv ewlieni tal-Protokoll il-ġdid għall-Ftehim huwa li jipprovdi qafas aġġornat li jqis il-prijoritajiet tal-politika komuni tas-sajd (PKS) u d-dimensjoni esterna. Dan se jgħin biex tinżamm u tissaħħaħ is-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni. Huwa msejjes fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli u fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, tal-ICCAT u tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF, Fishery Committee for the Eastern Central Atlantic). Il-miżuri ta’ ġestjoni adottati mill-ICCAT huma inklużi wkoll fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-PKS applikabbli għaż-żona tal-ICCAT, b’mod partikolari dawk tar-Regolament li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd 2 .

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid għall-Ftehim huwa parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni fir-rigward tal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u jqis, b’mod partikolari, l-objettivi tal-Unjoni dwar il-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-bażi legali hija l-Artikolu 43(2) tat-TFUE, li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd, u l-Artikolu 218(6) tat-TFUE, li jistipula li wara li ssir proposta min-negozjatur, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim bejn l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi.

Skont l-Artikolu 17(1) tat-TFUE, bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kummissjoni għandha tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni biss għandha l-kompetenza li tinnotifika lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau dwar il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1), il-punt d, tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

•Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza legali, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ ċerti pajjiżi terzi, f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-Politika Komuni tas-Sajd. Tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2023, il-Kummissjoni qabbdet konsulent indipendenti biex iwettaq studju ta’ evalwazzjoni ex post u ex ante 3 . Abbażi ta’ dan l-istudju ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni attwali u evalwazzjoni ex ante tal-għażliet possibbli għall-ġejjieni. Il-konklużjonijiet ta’ dawn l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante huma stabbiliti f’Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni 4 .

Fl-evalwazzjoni ex post tad-Dokument ta’ Ħidma, il-Kummissjoni tikkonkludi li, b’mod kumplessiv, il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni attwali kien effettiv fil-kisba tal-objettivi tiegħu, b’xi oqsma li fihom jista’ jsir titjib. F’dan ir-rigward, il-flotta tal-Unjoni tibqa’ interessata li taċċessa ż-żoni tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau għall-użu tal-istrateġiji ta’ ħsad f’qafas pluriennali, b’xi ħtieġa ta’ allinjament tal-opportunitajiet tas-sajd u tar-rata tal-użu mill-flotta tal-Unjoni. F’termini tal-komponent tal-appoġġ settorjali, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-fondi ta’ appoġġ settorjali (i) għenu biex jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd, u (ii) ikkontribwew għat-titjib tal-governanza tal-oċeani fir-Repubblika tal-Guinea-Bissau u fir-reġjun.

Fl-evalwazzjoni ex ante tad-Dokument ta’ Ħidma, il-Kummissjoni tikkonkludi li n-negozjar ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid, b’xi aġġustamenti, huwa fl-interess kemm tal-Unjoni kif ukoll tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Għar-Repubblika tal-Guinea-Bissau, in-negozjar ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni ġdid se jiżgura kooperazzjoni kontinwa mal-Unjoni dwar it-tisħiħ tal-governanza tal-oċeani permezz tal-fondi ddedikati għall-appoġġ settorjali f’qafas pluriennali.

Huwa importanti li l-Unjoni żżomm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib ma’ pajjiż li huwa sieħeb ewlieni, li jforni prodotti tas-sajd lill-Unjoni u li huwa parti kkonċernata fix-xena internazzjonali, u li għandu postijiet tas-sajd li huma ta’ interess għall-flotta tal-Unjoni.

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bħala parti mill-evalwazzjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tas-settur, lill-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll lill-amministrazzjoni tas-sajd u lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Dawn il-konsultazzjonijiet juru li huwa fl-interess tal-Unjoni u tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau li jinżamm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali fil-fond, b’opportunitajiet ta’ finanzjament pluriennali għar-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Huwa fl-interess tas-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni li jżommu l-aċċess għal żona tas-sajd importanti permezz ta’ ftehim fis-settur tas-sajd.

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni talbet lil konsulent indipendenti iwettaq l-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jistabbilixxi l-Politika Komuni tas-Sajd.

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

•Drittijiet fundamentali

Il-Protokoll innegozjat jipprevedi klawżola dwar il-konsegwenzi tal-ksur ta’ elementi essenzjali tad-drittijiet tal-bniedem kif stabbilit fl-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta’ Samoa 5 .

4.IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-Protokoll il-ġdid hija stabbilita għal EUR 17 000 000 fis-sena, abbażi ta’:

(a)ammont annwali ta’ EUR 12 500 000 għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau; u

(b)ammont speċifiku ta’ EUR 4 500 000 fis-sena b’appoġġ għall-politika settorjali tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-kooperazzjoni fl-oqsma tal-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, tal-akkwakultura, tal-iżvilupp sostenibbli tal-oċeani, tal-ħarsien tal-ambjent tal-baħar u tal-ekonomija blu.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa stabbilit waqt il-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 6 .

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni u għar-rapportar

L-arranġamenti għall-monitoraġġ huma previsti mill-FPA u mill-Protokoll il-ġdid.

2024/0159 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni (2024–2029) għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill [XXX] ta’ […] 7 , il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau ġie ffirmat fi [….], soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(2)Il-Protokoll għandu l-objettiv li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u li jippermetti lill-Unjoni u lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau jaħdmu flimkien mill-qrib biex ikomplu jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd.

(3)Jenħtieġ li dan il-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

(4)Sabiex il-Protokoll jidħol fis-seħħ, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentant tal-Unjoni, tipproċedi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tinnotifika lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau dwar il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.

(5)L-Artikolu 10 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll. Dan il-Kumitat għandu s-setgħa li japprova ċerti emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, b’ċerti kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali, li tapprovahom f’isem l-Unjoni skont proċedura ssimplifikata,.

(6)Jenħtieġ li jkun il-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti tal-Protokoll. Jenħtieġ li l-emendi proposti jiġu approvati, sakemm ma jkunx hemm minoranza li timblokka ta’ Stati membri, f’konformità mal-Artikolu 16(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li toġġezzjona għalihom.

(7)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 8 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta l-opinjoni tiegħu fi [data],

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni bħala l-Anness 1.

Artikolu 2

F’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 2 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f’isem l-Unjoni, l-emendi tal-Protokoll adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġuni(jiet) tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż skeda taż-żmien dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż possibbiltajiet għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta dwar l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Implimentazzjoni għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika tal-GUinea-Bissau u l-Komunità Ewropea

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

08 – Agrikoltura u politika marittima

08.05 – Ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs, sustainable fisheries partnership agreements) u organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs, regional fisheries management organisations)

08.05.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

X azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 9  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs, sustainable fisheries partnership agreements) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għal żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

L-SFPAs jiżguraw ukoll il-konsistenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f’politiki Ewropej oħra bħall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ta’ pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU, illegal, unregulated and unreported), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, kif ukoll governanza politika u finanzjarja tas-sajd aħjar.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku Nru 1 

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi SFPAs ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti mal-politiki Ewropej l-oħra.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Permezz tal-konklużjoni tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni għall-Ftehim tkun tista’ titkompla u tissaħħaħ is-sħubija strateġika fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Il-konklużjoni tal-Protokoll se toħloq opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

Fl-aħħar nett, il-Protokoll se jikkontribwixxi għall-ekonomija marittima tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau, billi jippromwovi t-tkabbir marbut mal-attivitajiet marittimi u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar ta’ dan il-pajjiż.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà skont il-Protokoll).

Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur tas-sajd u għall-ħolqien tal-valur miżjud fl-Unjoni u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-Unjoni (b’mod aggregat ma’ SFPAs oħra).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.Raġunijiet tal-proposta/inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/għandhom jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż skeda taż-żmien dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Huwa previst li l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni l-ġdid se japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ interruzzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd minħabba l-iskadenza tal-Protokoll attwali.

Il-Protokoll il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau, u se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni japplikaw għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd biex jistadu f’din iż-żona. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid se jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħha. B’mod partikolari, dan jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS, vessel monitoring system) u l-komunikazzjoni tad-data dwar il-qabdiet b’mezzi elettroniċi. L-appoġġ settorjali disponibbli skont il-Protokoll se jgħin lir-Repubblika tal-Guinea-Bissau fil-qafas tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u tal-ekonomija marittima tiegħu, inkluż il-ġlieda kontra s-sajd IUU, filwaqt li jippromwovi l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti matul l-attivitajiet tas-sajd.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk l-UE ma tikkonkludix protokoll ġdid, il-bastimenti tal-UE ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim attwali fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fil-qafas iddefinit minn protokoll għall-Ftehim. Għalhekk hemm żieda evidenti fil-valur miżjud għall-flotta tas-sajd tal-Unjoni fuq distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili

L-analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau u tal-valutazzjonijiet u tal-pariri xjentifiċi disponibbli wasslet biex il-Partijiet jistabbilixxu opportunitajiet tas-sajd espressi fi sforzi tas-sajd (GRT) għall-kategoriji li ġejjin: bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għall-gambli u bastimenti tat-tkarkir mgħammra bi friża għall-ħut bil-pinen u għaċ-ċefalopodi. Il-Protokoll jipprevedi wkoll opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża u għall-bastimenti tas-sajd bil-konzijiet, u għall-bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief. L-opportunitajiet tas-sajd għall-ħut pelaġiku żgħir huma espressi bħala qabdiet totali permissibbli (TAC, total allowable catch) u huma stabbiliti għal 0 tunnellati minħabba r-riżervi dwar l-istat tal-istokkijiet u n-nuqqas ta’ użu ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd fil-Protokoll preċedenti. Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi dawn l-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ qbil komuni abbażi ta’ rakkomandazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt. L-appoġġ settorjali huwa importanti sabiex jitqiesu l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd u tal-ekonomija blu.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi allokati bħala kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd il-fondi maħsuba għall-appoġġ settorjali jiġu allokati (ġeneralment permezz tal-inklużjoni fil-liġi annwali dwar il-baġit) lill-Ministeru responsabbli mis-sajd. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament mingħand donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż possibbiltajiet għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

X durata limitata

–X    Fis-seħħ għal 5 snin mid-data tal-iffirmar

–X    Impatt finanzjarju għal 5 snin mid-data tal-iffirmar għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u għal 5 snin u 6 xhur mid-data tal-iffirmar għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 10

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja f’idejn:

– pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;

– organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

– il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

– korpi rregolati bid-dritt pubbliku;

– korpi rregolati bid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sakemm dawn jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;

– korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jingħataw garanziji finanzjarji adegwati;

– persuni responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi rilevanti tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (CFSP, Common Foreign and Security Policy) skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, inti mitlub/a tipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (id-DĠ MARE, f’kollaborazzjoni mal-attaché tas-sajd tagħha li huwa responsabbli mir-reġjun, u f’koordinazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Unjoni fir-Repubblika tal-Guinea-Bissau u mad-dipartimenti rilevanti tal-Kummissjoni), se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi, tad-data dwar il-qabdiet u tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ settorjali.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw l-ipprogrammar u, jekk ikun il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-kontribuzzjoni għall-aċċess u dik marbuta mal-appoġġ settorjali se jsiru permezz ta’ pagamenti diżakkoppjati. Il-pagamenti marbutin mal-aċċess se jsiru kull sena fid-data tal-anniversarju tal-Protokoll, ħlief il-pagament tal-ewwel sena li jrid isir fi żmien 3 xhur mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu. L-aċċess tal-bastimenti se jiġi kkontrollat billi jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

L-ewwel pagament marbut mal-appoġġ se jsir fi żmien 3 xhur mid-data tal-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, dejjem jekk jintlaħaq qbil dwar il-programm annwali u pluriennali ta’ implimentazzjoni, u fis-snin ta’ wara, dan il-pagament se jkun jiddependi mir-riżultati li jinkisbu. Ir-riżultati miksuba u r-rata ta’ implimentazzjoni se jiġu mmonitorjati f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali għall-politika tas-sajd tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau li se jkunu miftiehma mill-Partijiet, abbażi tar-rapporti jew tal-evidenza dokumentarja pprovduti mill-pajjiż sieħeb u tal-kontrolli tekniċi mwettqa mill-attaché tas-sajd.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mir-Repubblika tal-Guinea-Bissau. Hemm ippjanat djalogu estensiv dwar l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll jipprevedu klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi skont ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u fl-għeluq) 

Il-pagamenti marbutin mal-kostijiet tal-aċċess tal-SFPAs għandhom huma soġġetti għal kontrolli biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet internazzjonali. Il-kontrolli marbutin mal-appoġġ settorjali għandhom l-għan li jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ dan l-appoġġ. Il-monitoraġġ isir mill-persunal tal-Kummissjoni li jaħdem fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Kumitat Konġunt. Il-progress jiġi evalwat permezz ta’ matriċi tal-ipprogrammar pluriennali. F’każ li ma jkunx sar biżżejjed progress, il-pagament parzjali li jkun imiss jiġi sospiż jew possibbilment jitnaqqas. Il-kost kumplessiv tal-kontrolli fuq l-SFPAs kollha huwa stmat għal madwar 1,8 % (tal-kontribuzzjonijiet kollha fl-2018). Il-proċeduri ta’ kontroll tal-SFPAs jissejsu l-aktar fuq ir-rekwiżiti regolatorji essenzjali. Jekk ma jinstab l-ebda nuqqas li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-legalità u fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, il-kontrolli jitqiesu effettivi. Huwa stmat li r-rata medja ta’ errur hija ta’ 0,0 %.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u koordinazzjoni regolari mar-Repubblika tal-Guinea-Bissau bil-ħsieb li tittejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li tagħmel il-Kummissjoni fil-qafas ta’ SFPA huwa soġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja jiġu identifikati bis-sħiħ. L-Artikolu 6(6) tal-Protokoll jipprevedi li l-kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mal-aċċess trid titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku, u dik għall-iżvilupp tas-settur f’kont uffiċjali taħt is-superviżjoni tal-Ministeru responsabbli mis-sajd u tal-Ministeru responsabbli mill-finanzi.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip 
ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff. 11

mill-pajjiżi tal-EFTA 12

mill-pajjiżi kandidati 13

mill-pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-pajjiżi terzi

08.05.01

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip 
ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

mill-pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

Numru 2

Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ MARE

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Sena 
N+4

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 14 08.05.01

Impenji

(1a)

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Pagamenti

(2a)

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal ċerti programmi speċifiċi 15  

Linja baġitarja

(3)

Total tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ MARE

Impenji

=1a+1b +3

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Pagamenti

=2a+2b

+3

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

 



□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Pagamenti

(5)

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

□TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal ċerti programmi speċifiċi

(6)

Total tal-approprjazzjonijiet 
skont l-intestatura 2 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Pagamenti

=5+6

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000





Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabelxejn, għandha tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li għandu jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet tal-konsultazzjoni interservizzi.

F’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

□ Riżorsi umani

□ Nefqiet amministrattivi oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Total tal-approprjazzjonijiet 
skont l-intestatura 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

F’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 16

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Total tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena

2028

TOTAL

OUTPUTS

Tip 17

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 18 ...

- Aċċess

12 500

12 500

12 500

12 500

12 500

62 500

- Appoġġ settorjali

4 500

4 500

4 500

4 500

4 500

22 500

- Output

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

85 000

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

0,780

17 000

17 000

17 000

17 000

17 000

TOTAL

0,780

12 500

12 500

12 500

12 500

12 500

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 19

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 20  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nfiq ieħor 
ta’ natura amministrattiva

Subtotal 
Barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (f’delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

□ Persunal estern (f’ekwivalenti ta’ ingaġġ full-time: FTE) 21

20 02 01 (AC, END, INT mill-pakkett globali)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   22

- fil-Kwartieri Ġenerali

- f’delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji eżistenti.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega r-riprogrammazzjoni meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Inti mitlub(a) tipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni fuq skala kbira.

–    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali previsti fir-Regolament QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

–    teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–X    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 23

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–inti mitlub(a) tindika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa    

F’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 24

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati f’isem l-Unjoni Ewropea għall-konklużjoni ta’ protokoll ta’ implimentazzjoni għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Guinea-Bissau (ref. 6007/24 + ADD 1, approvat mill-Coreper, il-Parti 1, fl-14.2.2024): https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-6641-2024-INIT/mt/pdf  
(2)    ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1. Ara t-Taqsima 3 u l-Anness I D.
(3)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, POSEIDON, Évaluation rétrospective et prospective du protocole de mise en œuvre de l’accord de partenariat dans le domaine de la pêche entre l’Union européenne et la République de Guinée-Bissau – Rapport final, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, 2023, https://data.europa.eu/doi/10.2771/196367  
(4)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Guinea-Bissau, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52024SC0005
(5)    Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2023/2861, 28.12.2023) https://data.europa.eu/eli/reg/2023/02862/oj
(6)    F’konformità mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji baġitarji (ĠU L 433 I, 22.12.2020).
(7)    (…) (ĠU L […], […], p. […]).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(10)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/FR/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(11)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(12)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(13)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(14)    Skont in-nomenklatura baġitarja uffiċjali.
(15)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(16)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(17)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li se jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija).
(18)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”.
(19)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(20)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(21)    AC = persunal bil-kuntratt; AL = persunal lokali; END= espert nazzjonali sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = professjonist subaltern f’delegazzjonijiet.
(22)    Sottolimiti għall-persunal estern koperti minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(23)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). L-istess għas-snin ta’ wara.
(24)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.