Official Journal L 301 , 30/11/2000 P. 0042 - 0060
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2605/2000 tas-27 Novembru 2000 illi jimponi dazji ta' kontra d-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti mwieżen elettroniċi (REWS) illi joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet illi jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara illi kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, billi: A. PROĊEDURA 1. Bidu (1) Fis-16 ta' Settembru, 1999, l-Kummissjoni avżat permezz ta' avviż ("Avviż ta' Bidu") ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [2], il-bidu tal-proċediment ta' kontra d-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti mwieżen elettroniċi ("REWS") illi joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("RPĊ"), ir-Repubblika tal-Korea ("Korea") u t-Tajwan. (2) Il-proċediment ġie mibdi bħala riżultat ta' ilment illi kien sar fit-30 ta' Lulju, 1999 f'isem il-produtturi tal-Komunità illi jirrappreżentaw proporzjon maġġuri ta' l-industrija tar-REWS tal-Komunità, kif definita fl-Artikolu 5 (4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 ("Regolament Bażiku"). L-ilment kien fih provi dwar id-dumping tal-prodott imsemmi u tad-danni materjali illi jirriżultaw minnu, illi kienu kkunsidrati suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw il-bidu tal-proċediment. 2. Investigazzjoni (3) Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat illi l-ilmentaturi produtturi tal-Komunità, il-produtturi esportaturi, l-importaturi, l-utenti (kif ukoll l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi) illi huwa magħruf illi huma konċernati u r-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi konċernati bil-bidu tal-proċediment. Il-partijiet interessati kienu ngħataw l-opportunità illi jagħmlu l-opinjonijiet tagħhom magħrufa bil-miktub u illi jitolbu seduta fit-terminu perentorju stabbilit fl-avviż tal-bidu tal-proċediment. (4) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet illi dwarhom kienet taf illi huma kienu konċernati fit-terminu perentorju stabbiliti fl-Avviż ta' bidu. Ġew riċevuti tweġibiet minn żewġ produtturi tal-Komunità, tmien produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati, kif ukoll minn ċertu importaturi relatati mill-Komunità u mill-prodotturi illi qegħdin jikkoperaw fil-pajjiż analogu. Ir-risposti ġew riċevuti wkoll minn żewġ utenti tal-prodotti konċernati fil-Komunità. (5) Il-Kummissjoni fittxet u ivverifikat l-informazzjoni kollha illi lilha deherlha xierqa bil-għan illi jiġi determinat id-dumping, id-danni u l-interessi tal-Komunità. Il-visti ta' verifiki saru fl-edifizzji tal-kumpanniji illi ġejjin: (a) Produtturi tal-Komunità Avery Berkel Ltd, Birmingham, ir-Renju Unit Bizerba GmbH., Balingen, il-Ġermanja Bizerba Belgium SA, Brussel, (sussidjarja ta' Bizerba GmbH) (b) Produtturi esportaturi IL-KOREA A & D Korea Co. Ltd, Seoul CAS Corporation, Seoul Descom Scales Mfg. Co. Ltd, Kyungki-Do IT-TAJWAN Snowrex International Co. Ltd, Taipei UWE-Universal Weight Enterprise Co. Ltd, Taipei IR-REPUBBLIKA POPOLARI TA-ĊINA Settler-Toledo Changzhou Scale Ltd, Changzhou Shanghai Teraoka Electronic Co. Ltd, Shanghai Shanghai Yamato Scale Co. Ltd, Shanghai (ċ) Pajjiż Analogu L-INDONEŻJA PT TEC Indonesia Co. Ltd, Batam (d) Importaturi relatati Ishida Europe AB, Gustavsberg, l-Isvezja Mettler-Toledo GmbH, Gießen, il-Ġermanja Mettler-Toledo (Albstadt) GmbH, Albstadt, il-Ġermanja Mettler-Toledo GmbH, Wien, l-Awstrija. (6) L-investigazzjoni tad-dumping u d-danni kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Settembru, 1998 sat-31 ta' Awissu, 1999 ("perjodu ta' investigazzjoni" jew PI). L-eżami tad-tendenzi relevanti għad-determinazzjoni tad-danni kopri mill-perjodu ta' l-1 ta' Jannar 1995 sa l-aħħar tal-perjodu ta' investigazzjoni ("perjodu ta' analiżi"). (7) Il-partijiet konċernati ġew infurmati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjoni tal-bażi illi fuqha kien intiż illi ssir ir-rakkommandazzjoni ta' l-imposizzjoni tal-miżuri eżistenti. Ir-rappreżentazzjonijiet kienu ġew riċevuti mill-partijiet interessati wara dan l-isvelar. Il-kummenti ta' dawn il-partijiet kien ġew kunsidrati u, meta xieraq, is-sejbiet ġew modifikati skond il-każ. 3. Proċedimenti preċedenti illi jinvolvu l-prodotti konċernati (8) F'Ottubru 1993, permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 2887/93 [3], il-Kunsill impona miżuri definittivi għal kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' REWS illi joriġinaw f'Singapor u l-Korea. Il-miżuri applikabbli għas-Singapor huma soġġetti għal reviżjoni illi qegħda ssir bħalissa illi kienet infetħet f'Ottubru ta' l-1998 [4] billi l-miżuri applikabbli għall-Korea skadew f'Ottubru 1998. (9) F'April 1993, permezz tar-Regolament (KEE) Nru 993/93 [5], il-Kunsill impona miżuri definittivi għal kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' REWS illi joriġinaw fil-Ġappun. Dawn il-miżuri huma soġġetti għal reviżjoni illi qegħda ssir bħalissa illi kienet infetħet f'April 1998 [6]. B. PRODOTT KKUNSIDRAT U PRODOTT SIMILI 1. Prodott illi qiegħed jiġi kkunsidrat (10) Il-prodott illi qiegħed jiġi kkunsidrat huwa miżien elettroniku għall-użu fin-negozju bl-imnut illi jinkorpora viżwal diġitali tal-piż, il-prezz ta' kull unità u l-prezz illi għandu jitħallas (kemm jekk ikun jinkludi mezz kif tiġi stampata d-data kemm jekk le) illi jaqa' fi ħdan il-kodiċi CN ex84238150. REWS għandhom differenti ta' prestazzjoni u teknoloġija. F'dan irmudelli u livelli-rigward, l-industrija tiddefinixxi tliet segmenti ta' REWS: baxxi, medji jew ogħljin. Dawn ivarjaw mir-REWS illi jkunu indipendenti minn kull apparat ieħor u illi ma jkollhom stampanti inkorporati, għal mudelli aktar soffistikati illi jkolli sistemi ta' buttuni illi jkunu ġew impostati minn qabel u l-possibilità ta' integrazzjoni f'sistemi ta' kontroll kompjuterizzat u f'sistemi amministrattivi. (11) Minkejja illi l-użu potenzali tar-REWS jista' jvarja minħabba l-funzjonalità addizzjonali fis-segmenti medji u ogħljin, mhemm l-ebda differenza sinjifikativa fil-karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi tal-mudell varji tar-REWS. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet illi bejn it-tliet segmenti mhemm l-ebda linja ta' demarkazzjoni ċara, u illi l-mudelli fis-segmenti ġirien qegħdin jiġu ta' spiss skambjati. Għaldaqstant, għandhom jiġu kkunsidrati bħala prodott singolu għall-għanijiet ta' din l-investigazzjoni. 2. Prodott Simili (12) L-investigazzjoni wriet illi l-ME prodotti fir-RPĊ, fil-Korea, fit-Tajwan u l-Indoneżja (illi serviet bħala pajjiż analogu għall-RPĊ) u illi nbiegħu fuq dawn is-swieq huma, minkejja d-differenzi fid-daqs, f'kemm iservu, fil-vultaġġ u d-disinn, identiċi jew jixbhu mill-viċin l-ME esportati mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan lejn il-Komunità u għaldaqstant għandhom jitqiesu prodotti simili. (13) Bl-istess mod, l-ME prodotti mill-industrija tal-Komunità u mibjugħa lis-suq ta-Komunità, huma l-istess f'kull rispett lejn l-ME prodotti u esportati lir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan lill-Komunità. (14) Għaldaqstant, dawn il-prodotti huma l-istess fis-sens ta' l-artikolaru 1 (4) tar-Regolament bażiku. Ċ. DUMPING 1. Pajjiżi illi għandhom l-ekonomija tas-suq Metodoloġija Ġenerali Valur Normali (15) F'dak illi għandu x' jaqsam mad-determinazzjoni tal-valur normali, ġie l-ewwel stabbilit, għal kull prodottur esportatur, jekk il-bejgħ tiegħu domestiku totali ta' l-ME kenux rappreżentanti meta mqabblin mal-bejgħ tiegħu għall-esportazzjoni totali lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Bażiku, l-bejgħ domestiku kien kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta' kull produttur esportatur kien mill-anqas 5 % tal-volum totali tagħha tal-begjħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. (16) Sussegwentement, dawn it-tipi ta' ME illi nbiegħu domestikament mill-kumpanniji, illi kienu identiċi jew direttament paragonabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġew identifikati. (17) Għall kull wieħed mit-tipi mibjugħa mill-produtturi esportaturi fuq is-suq domestiku tagħhom u illi nstab illi kienu jaqblu direttament mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx suffiċjentement rappreżentattiv għall-għanijiet ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip partikolari kien kkunsidrat suffiċjentement rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' l-ME ta' dak it-tip matul il-perjodu ta' investigazzjoni irappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali tal-bejgħ ta' l-ME tat-tip paragonabbli esportat lejn il-Komunità. (18) Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip setax jiġi meqjus bħala dak illi jkun sar fil-kors ordinarju tan-negozju, billi tiġi stabbilita l-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-klijenti indipendenti tat-tip in kwestjoni. Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ ta' l-ME nbiegħu bi prezzijiet tal-begjħ netti egwali għal jew fuq l-ispiża kalkolata tal-produzzjoni irrappreżenta 80 % jew aktar tal-volum totali tal-bejgħ, il-valur normali kien bażat fuq il-prezzijiet attwali domestiċi, kalkolat bħala medja peżata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu illi sar matul il-perjodu ta' investigazzjoni, irrispettivament jekk dan il-bejgħ kienx profittabbli jew le. Fil-każijiet meta l-volum tal-bejgħ bi profitt ta' l-ME irrappreżenta anqas minn 80 % jew 10 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ domestiku totali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi attwali, kalkulat bħala medja peżata tal-bejgħ profittabbli biss. Fil-każijiet fejn il-volum tal-bejgħ profittabbli ta' kwalunkwe tip ta' ME irrappreżenta anqas minn 10 % tal-volum tal-bejgħ totali, ġie kkunsidrat illi dan it-tip partikolari kien inbiegħ f'kwantitajiet insuffiċjenti u għalhekk il-prezzijiet domestiċi ma setgħux jikkostitwixxu bażi xierqa għad-determinazzjoni tal-valur normali. (19) Kull meta l-prezzijiet domestiċi ta' tip partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setax jiġi użat, il-valur normali ġie mibni. Konsegwentement, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku, il-valur normali ġie mibni billi nżied ma' l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati, aġġustati fejn meħtieġ, persentaġġ raġjonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u dawk amministrattivi ("BĠ u A") u marġni raġjonevoli ta' profitt. Għal dan il-għan, ġie eżaminat jekk il-BĠ u A intefqux u jekk il-profitt realiżżat minn kull wieħed mill-esportaturi produtturi konċernati fuq is-suq domestiku kienx jikkostitwixxi data affidabbli. (20) L-ispejjeż tal-BĠ u A ġew kkunsidrati affidabbli meta l-volum tal-bejgħ domestiku tal-kumpanniji konċernati setax jiġi meqjus bħala rappreżentattiv. Il-marġni tal-profitt domestiku kien determinat fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku illi kien sar fil-kors ordinarju tal-kummerċ, i.e., meta dan il-bejgħ lill-klijenti indipendenti bi prezzijiet illi kienu egwali għal jew ogħla mill-ispiża ta' produzzjoni irrappreżentaw għallinqas 10 % tal-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-kumpannija konċernata. Peress illi dan il-kriterju ma ntlaħaqx, ġie użat il-marġni ta' profitt medju peżat tal-kumpanniji l-oħra fil-pajjiż konċernat b' bejgħ suffiċjenti magħmul fil-kors ordinarju tan-negozju. Prezzijiet għall-esportazzjoni (21) Fil-każijiet kollha, billi l-ME ġew esportati lejn klijenti indipendent fil-Komunità, il-prezzijiet ta' esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku, senjatament fuq il-bażi tal-prezz ta' l-esportazzjoni illi jkun ġie fir-realtà mħallas jew dak illi jkun fir-realtà pagabbli. (22) Peress illi l-bejgħ għall-esportazzjoni kien sar lill-importatur relatat, l-prezz ta' l-esportazzjoni kien ġie mibni skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku, senjatament fuq il-bażi tal-prezzijiet illi bihom il-prodotti kienu oriġinarjament reġgħu ġew mibjugħa lil xerrej indipendenti. F'dawn il-każijiet, kienu saru aġġustamenti għall-ispejjeż illi ntefqu bejn l-istadji ta' l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti illi nġemgħu, sabiex jiġi stabbilit prezz ta' l-esportazzjonijiet affidabbli. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni illi hija disponibbli, dan il-profitt kien ġie stabbilit għal madwar 10 %. L-informazzjoni disponibbli kien dik miksuba minn importaturi mhux relatati f'investigazzjoni reċenti illi kienet tikkonċerna l-istess prodott. Dan kien ukoll kkunsidrat bħala raġonevoli għall-funzjonijiet moqdija mill-partijiet konċernati. Paragun (23) Il-paragun sar fuq il-bażi ta' ħruġ mill-fabbrika u fl-istess livell tan-negozju. Għall-għan illi jiġi assigurat paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni sar debitament allowance fil-forma ta' aġġustamenti għad-differenzi illi jeffettwaw il-paragonabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament bażiku. Marġni tad-dumping għall-kumpanniji investigati (24) Skond l-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali peżat bit-tip kien paragonat mal-prezz medju peżat ta' l-esportazzjoni għal kull prodott. Madankollu, l-valur normali stabbilit fuq bażi medja peżata ġie mqabbel mal-prezzijiet ta' kull operazzjoni individwali ta' esportazzjoni lejn il-Komunità fejn kien hemm disinn tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni illi kienet differenti ħafna fost ir-reġjuni differenti, xerrejja jew perjodu ta' żmien, u jekk il-paragun ta' medja peżata ma' medja peżata ma tkun tirrifletti l-grad sħiħ ta' dumping illi jkun qiegħed jiġi prattikat. Marġni tad-dumping għall-kumpanniji illi ma jikkoperawx (25) Għall-kumpanniji illi ma jikkoperawx, marġni tad-dumping residwu ġie determinat skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. (26) Għal dawk il-pajjiżi b' livell għoli ta' koperazzjoni, ġie deċiż illi jiġi stabbilit marġni residwu fil-livell tal-kumpanniji illi jikkoperaw bl-ogħla marġni tad-dumping. (27) Għal dawk il-pajjiżi, meta l-livell tal-koperazzjoni kien baxxi, l-informazzjoni mill-kumpanniji illi kienu qegħdin jikkoperaw bl-ogħla marġni tad-dumping kienet użata. Il-marġni tad-dumping residwu kien determinat fuq il-bażi tal-marġni medja peżata tat-tipi illi ġew iddumpjati tal-prezzijiet bl-ogħla marġni tad-dumping esportati fi kwantitajiet rappreżentativi. Dan l-approċċ kien ukoll ikkkunsidrat neċessarju sabiex jiġi evitat illi jingħata bonus għan-nuqqas ta' koperazzjoni u in vista tal-fatt illi ma kien hemm l-ebda indikazzjoni illi l-partijiet illi ma jikkoperawx kienu iddumpjaw b' livell aktar baxx. 2. Korea (28) Tliet kumpanniji irrispondew il-kwestjonnarju għall-produtturi esportaturi. Żewġ importaturi fil-Komunità illi kellhom x' jaqsmu ma' żewġ produtturi esportaturi wkoll irrispondew għall-kwestjonarju. Valur Normali (29) Għall-produttur esportatur, il-valur normali kien interament ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi u għall-produttur esportatur ieħor il-valur normali kien interament ibbażat fuq il-valur normali mibni. Għat-tielet kumpannija, kemm il-valuri mibnijin normali u l-valuri normali ibbażati fuq il-prezzijiet domestiċi ġew użati. (30) Meta l-valuri normali kienu mibnijin, l-ispiża tal-manifattura u l-BĠ u A ta' kull produttur esportatur in kwestjoni setgħu jiġu użati. Għall-produttur wieħed, meta l-bejgħ ta' ċerti mudelli kien sar b' telf, intuża l-profitt medju tal-mudelli illi kien fadal fuq is-suq domestiku illi kienu ħallew qliegħ. Fejn il-bejgħ domestiku kollu kien sar b' telf, ġie użat il-profitt medju taż-żewġ produtturi l-oħra. Prezzijiet ta' l-esportazzjoni (31) Fil-każijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-prodotti konċernati mill-esportaturi produtturi lill-importaturi indipendenti fil-Komunità il-prezzijiet ta' esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku b' referenza għall-prezzijiet illi tħallsu verament jew pagabbli. (32) Fil-każijiet ta' bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi permezz ta' l-importaturi relatati fil-Komunità l-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet ġew mibnijin fuq il-bażi tal-prezzijiet illi bihom il-prodotti importati kienu l-ewwel reġgħu ħew mibjugħin lill-xerrej indipendenti skond l-artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Saru mbagħad aġġustamenti għall-ispejjeż kollha illi kienu intefqu bejn l-istadji ta' l-importazzjoni u l-bejgħ u għall-profitti illi nġemgħu, sabiex jiġi stabbilit b' mod affidabbli l-prezz ta' l-esportazzjonijiet. Paragun (33) Sar il-paragun fuq il-bażi tal-prezz hekk kif il-prodott jitlaq mill-fabbrika u fl-istess livell tal-kummerċ. Sabiex jiġi assigurat paragun imparzjali, ittieħed kont, skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament Bażiku, tad-differenzi fil-fatturi illi ġew pretiżi u murija illi jeffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabilità tal-prezzijiet; l-allowances kollha għad-differenzi fit-Trasport, l-assigurazzjoni, l-immeniġġjar, l-ispejjeż tat-tagħbija u spejjeż anċillari, il-kreditu, il-kummissjonijiet, il-ħlasijiet illi għandhom isiru fuq l-importazzjonijiet u l-ispejjeż ta' wara l-bejgħ (garanziji eċċ.) ġew mogħtija meta applikabbli u ġustifikati. Dawn inkludew, fil-każ ta' żewġ kumpanniji, l-aġġustamenti għall-ispejjeż illi ntefqu minn parti relatati fil-Ġappun. (34) L-istess aġġustamenti illi saru lill-valur normali ibbażat fuq il-bejgħ domestiku kienu saru wkoll fuq il-valur normali kalkolat skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Marġni tad-dumping (35) Kif previst mill-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku, il-valuri medji peżati ta' kull tip ta' prodott konċernat esportat lejn il-Komunità ġew imqabblin mal-prezzijiet medji peżati ta' l-esportazzjoni ta' kull tip korrispondenti tal-prodott konċernat. Madankollu għal żewġ prodotti esportaturi, dan il-metodu ma irriflettiex il-grad sħiħ tad-dumping illi qiegħed jiġi prattikat u kien hemm disinn ta' prezzijiet ta' l-esportazzjoni illi kien sostanzjalment differenti fost ix-xerrejja u r-reġjuni differenti. Għaldaqstant, il-valur normali stabbilit fuq il-bażi ta' medja peżata kien imqabbel mal-prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali lejn il-Komunità. (36) Il-paragun wera l-eżistenza ta' dumping fir-rigward ta' żewġ produtturi koperattivi. Il-marġni tad- dumping espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet CIF (spiża, assugarizzjoni, trasport) fuq il-fruntiera tal-Komunità huma: CAS Corporation, Seoul | 0 % | A & D Korea Co. Ltd, Seoul | 4,7 % | Descom Scales Mfg. Co. Ltd, Kyungki-Do | 4,9 % | Peress illi l-livell tal-koperazzjoni kien għoli, il-marġni tad-dumping residwa ġie stabbilit fl-istess livell ta' dak tal-kumpanniji koperattivi i.e. 4,9 %. 3. Tajwan (37) Żewġ kumpanniji irrispondew għall-kwestjonnarju għall-produtturi esportaturi. Valur normali (38) Għall-produttur wieħed, il-bejgħ kollu domestiku tar-REWS (tal-grupp tal-medda l-baxxa) kien sar b' telf. Għall-produtturi l-oħrajn, ir-REWS paragonabbli esportati (kollha fil-qasam tal-medda l-baxxa) ma kienx mibjugħ fuq is-suq lokali. (39) Għaldaqstant, għall-mudelli tal-prodott kollha mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, il-valur normali ġie mibni skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku. Għal kull produttur esportatur, l-ispejjeż tiegħu ta' manifattura tal-mudelli esportati u l-ispejjeż tiegħu domestiċi BĠ u A ġew użati. Il-marġni tal-profitt użat għaż-żewġ produtturi esportaturi kien dak stabbilit għall-kumpanniji profittabbli fuq il-bejgħ domestiku tal-mudelli REWS illi kienu saru matul il-kors ordinarju tan-negozju iżda illi ma kenux paragonabbli mal-mudelli esportati. Prezzijiet għall-esportazzjoni (40) Il-bejgħ kollu tal-prodott konċernat għall-esportazzjoni lejn il-Komunità miż-żewġ produtturi esportaturi kienu lejn importaturi indipendenti fil-Komunità. Għaldaqstant, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu stabbiliti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku b' referenza għall-prezzijiet illi tħallsu attwalment jew pagabbli. Paragun (41) Sar il-paragun fuq il-bażi tal-prezz hekk kif il-prodott jitlaq mill-fabbrika u fl-istess livell tal-kummerċ. Sabiex jiġi assigurat paragun imparzjali, ittieħed kont, skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament Bażiku, tad-differenzi fil-fatturi illi ġew pretiżi u murija illi jeffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabilità tal-prezzijiet; l-allowances kollha għad-differenzi fit-trasport, il-ħlasijiet illi għandhom isiru fuq l-importazzjonijiet, il-kreditu u l-kummissjonijiet, l-immeniġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari ġew mogħtija meta applikabbli u ġustifikati skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament bażiku. (42) L-istess aġġustamenti saru wkoll għall-valuri normali kalkolati skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, meta applikabbli u ġustifikati. Il-marġni tad-dumping (43) Kif previst fl-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku, l-valuri medji peżati ta' kull tip ta' prodott konċernat esportat lejn il-Komunità ġew paragonati għall-prezzijiet medji peżati ta' l-esportazzjoni ta' kull tip korrispondenti tal-prodott konċernat. Madankollu, għal produttur esportatur wieħed, dan il-metodu ma irriflettiex il-grad sħiħ tad-dumping illi kien qiegħed jiġi ipprattikat u kien hemm disinn tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni illi kien ivarja sostanzjalment bejn ix-xerrejja u r-reġjuni differenti. Għaldaqstant, il-valur normali stabbilit fuq il-bażi tal-medja peżata ġie paragonata mal-prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali kollha lejn il-Komunità. (44) Il-paragun wera l-eżistenza ta' dumping fir-rigward ta' żewġ produtturi koperattivi. Il-marġni tad- dumping espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet CIF (spiża, assugarizzjoni, trasport) fuq il-fruntiera tal-Komunità huma: Universal Weight Enterprise (UWE) | 5,5 % | Snowrex International | 5,9 % | Peress illi l-livell ta' koperazzjoni kien baxx, il-marġni tad-dumping residwa kien stabbilit fil-livell tal-mudell bl-ogħla marġni tad-dumping individwali mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentativi. 4. Ir-Repubblika Popolari Ċiniża Analiżi ta' l-istatus ta' l-ekonomija tas-suq (45) Tliet kumpanniji ċiniżi talbu l-istatus ta' l-ekonomija tas-suq ("SES"), skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. It-talba illi saret minn kumpannija waħda kellha tiġi miċħuda minħabba l-fatta illi l-informazzjonijiet illi kellha tasal għand il-Kummissjoni waslet konsiderevolment wara t-trapass tat-terminu u barra minn hekk, ma kienitx sħiħa u kellha partijiet essenzali mir-risposta neqsin fir-rigward ta' l-informazzjoni mitluba. Il-Kummissjoni fittxet l-informazzjoni kollha illi lilha kien jidhrilha meħtieġa u ivverifikat l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni għall-SES, fuq il-post, fl-edifizzji taż-żewġ kumpanniji rimanenti. (46) Il-Kummissjoni sabet illi ż-żewġ kumpannijiet fir-RPĊ kienu qegħdin ibiegħu bi prezzijiet bejn wieħed u ieħor uniformi u illi jħallu t-telf għal numru kbir ta' snin. Barra minn hekk, iż-żewġ kumpanniji ma kenux liberi illi jiddeċiedu jekk u sa liema limitu setgħu jbiegħu l-prodott tagħhom fuq is-suq domestiku. Kienet il-prattika tal-Kummissjoni illi tiċħad it-talba għall-iSES meta l-bejgħ domestiku huwa ristrett u meta mhemmx u meta mhemmx varjazzjonijiet fil-prezzijiet bejn il-klijenti il-prezzijiet simili jistgħu jirriżultaw minn kontrolli imposti fuq il-prezzijiet. Barra minn hekk, il-provi indikaw illi dawn il-prezzijiet kienu f'livelli illi jħallu telf għal numru kbir ta' snin u dan minnu nnifsu jindika illi il-produtturi ma kenux qegħdin joperaw taħt il-kondizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq. (47) Konsegwentement, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku ma ntlaħqux mill-kumpanniji investigati. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-kumpanniji konċernati kienu għaldaqstant infurmati illi l-applikazzjonijiet tagħhom għall-iSES kellha tiġi miċħuda. Għażla ta' pajjiż analogu (48) Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumpanniji illi jaderixxu għar-rekwiżiti tas-SES, kien meħtieġ illi l-prezzijiet ta' l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi b' valur normali stabbilit għal pajjiż b' ekonomija tas-suq idonea, skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku. (49) Il-ilmentatur issuġġerixxa l-Indoneżja u l-Kummissjoni ipproponietha fl-Avviż ta' Bidu. Ma tqajmu l-ebda objezzjonijiet minn kwalunkwe parti interessati fir-rigward ta' din l-għażla. Produttur Indoneżjan sussegwentement ikkopera u ta' risposta għall-kwestjonarju. Din ir-risposta kienet aċċettabbli. Konsegwentement, ġie kkunsidrat bħala possibbli l-użu ta' l-Indoneżja bħala pajjiż analogu f'din l-investigazzjoni. (50) Ġie deċiż illi l-Indoneżja kienet l-aktar pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xierqa bil-għan illi jiġi stabbilit il-valur normali, in vista tal-volum sostanzjali tal-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni illi kien sar mill-produttur Indoneżjan kif imqabbel ma' l-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ u l-livell ta' kompetizzjoni fl-Indoneżja u s-suq ta' l-esportazzjoni illi ippermetta illi jitħalla qligħ raġjonevoli, iżda mhux eċċessiv. Barra minn hekk, il-bejgħ fil-Korea u t-Tajwan ma kienx kkunsidrat xieraq sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, peress illi r-REWS mibjugħin f'dawn is-swiet kienu fil-grupp tal-medda baxxa u, għaldaqstant, ma kenux paragonabbli għall-mudelli esportati illi joriġinaw fir-RPĊ. Trattament individwali (51) Kull wieħed mill-prodotturi esportaturi Ċiniżi illi kienu qegħdin jikkoperaw talbu trattament individwali. Huma irrispondew għall-mistoqsijiet komprensivi inklużi fil-formola tat-talba għall-iSES illi ntbagħtet lill-partijiet konċernati hekk kif inbeda l-proċediment. Dawn it-talbiet ġew eżaminati b' attenzjoni ewlenzija lejn dawk l-oqsma illi kellhom impatt dirett fuq l-attivitajiet ta' esportazzjoni tal-kumpanniji. Instab illi fir-riwgard ta' l-attivitajiet ta' l-esportazzjoni, il-livell ta' l-indħil ta' l-Istat ma kienx tali illi jippermetti xi influwenza sostanzjali lanqas illi jippermeti illi jiġu evitati l-miżuri kieku l-esportaturi kellhom jiġu mogħtija r-rati individwali tad-dazju. (52) Għat-tliet kumpanniji kollha, minn eżami ta' l-informazzjoni provduta deher jindika illi l-kumpanniji kienu qegħdin jaderixxu mal-kondizzjonijiet għall-ksib tat-trattament individwali. Konsegwentement, ġie deċiż illi jingħata trattament individwali għat-tliet kumpanniji. Valur normali (53) Il-valur normali għall-prodotturi esportaturi ċiniżi – illi esportaw biss tipi fil-qasam b' medda baxxa lejn l-UE – ġie kalkolat, skond l-Artikolu 2(2) u 2(3) tar-Regolament Bażiku, fuq il-bażi tal-valuri normali stabbiliti għall-kumpanniji Indoneżjani illi kienu qegħdin jikkoperaw bl-użu tal-mudell tal-qasam tal-medda baxxa l-aktar kompettiv mibjugħ kemm fuq is-suq Indoneżjan kif ukoll fuq dak ta' l-esportazzjoni fi kwantitajiet sostanzjali, u illi nstab illi huwa paragonabbli għat-tipi Ċiniżi esportati lejn il-Komunità. Prezzijiet ta' l-esportazzjoni (54) Fil-każijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-prodotti konċernati mill-esportaturi produtturi lejn importaturi indipendenti fil-Komunità, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(8) atr-Regolament bażiku b' referenza għall-rezzijiet illi tħallsu attwalment jew pagabbli. (55) Fil-każijiet ta' bejgħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi permezz ta' importaturi relatati fil-Komunità, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew rikostruwiti fuq il-bażi tal-prezzijiet illi bihom il-prodotti importati kienu ġew l-ewwel darba mibjugħin lix-xerrej indipendenti skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Paragun (56) Sar il-paragun fuq il-bażi tal-prezz hekk kif il-prodott jitlaq mill-fabbrika u fl-istess livell tal-kummerċ. Sabiex jiġi assigurat paragun imparzjali, ittieħed kont, skond l-Artikolu 2 (10) tar-Regolament Bażiku, tad-differenzi fil-fatturi illi ġew pretiżi u murija illi jeffettwaw il-prezzijiet u l-paragonabilità tal-prezzijiet; l-allowances kollha għad-differenzi fit-Trasport, l-assigurazzjoni, l-immeniġġjar, l-ispejjeż tat-tagħbija u spejjeż anċillari, il-kreditu, il-kummissjonijiet, il-ħlasijiet illi għandhom isiru fuq l-importazzjonijiet u l-ispejjeż ta' wara l-bejgħ (garanziji eċċ.) ġew mogħtija meta applikabbli u ġustifikati. Marġni tad-dumping (57) Kif previst mill-Artikolu 2 (11) tar-Regolament bażiku, il-valuri medji peżati tal-grupp ta' mwieżen b' medda baxxa tal-prodotti esportati esportati lejn il-Komunità ġew imqabblin mal-prezzijiet medji peżati ta' l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott konċernat. Madankollu għal produttur esportatur wieħed, il-valur normal stabbilit fuq il-bażi tal-medja peżata ġie mqabbel mal-prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali lejn il-Komunità peress illi kien hemm disinn ta' prezzijiet ta' l-esportazzjoni illi kienet differenti ħafna fost ix-xerrejja, ir-reġjuni u l-perjodu ta' żmien differenti u peress illi l-metodu tal-medja peżata ma irriflettiex il-grad sħiħ tad-dumping illi kien qiegħed jiġi ipprattikat. (58) Il-paragun wera l-eżistenza tad- dumping fir-rigward tat-tliet produtturi illi kienu qegħdin jikkoperaw u illi ġew aċċettati għat-trattament individwali. Il-marġni tad- dumping espressa bħala persentaġġ tal-prezzijiet CIF (spiża, assugarizzjoni, trasport) fuq il-fruntiera tal-Komunità huma: Shanghai Teraoka Electronic Co. Ltd, Shanghai | 12,8 % | Shanghai Yamato Scale Co. Ltd, Shanghai | 9,0 % | Mettler-Toledo Changzhou Scale Ltd, Changzhou | 12,2 % | Peress illi l-livell ta' koperazzjoni kien baxxi, il-marġni tad-dumping residwa kienet stabbilita fil-livell tal-mudell bl-ogħla dumping individwali mibjugħ f'kwantitajiet rappreżentativi kif ukoll għall-kumpanniji koperattivi, i.e. 30.7 %. D. DANNI 1. Struttura ta' l-Industrija tal-Komunità (59) L-istruttura ta' l-Industrija tal-Komunità inbidlet sostanzjalment fil-perjodu ta' analiżi. Minn Ottrubru 1993, (i.e. meta l-miżuri definittivi ta' kontra d-dumping ġew imposti fuq l-importazzjonijiet ta' REWS illi joriġinaw fis-Singapor u l-Korea) programm ta' ristrutturazzjoni u konsolidazzjoni fisser illi mid-disa' kumpanniji illi ikkoperaw f'dik l-investigazzjoni, erbgħa biss baqgħu attivi fil-perjodu ta' investigazzjoni għall-investigazzjoni kurrenti. Sar evidenti matul l-investigazzjoni illi l-produtturi l-oħra tal-Komunità irristruttura u ikkonsolidaw fuq l-istess linja. (60) Minkejja illi erba' produtturi tal-Komunità jappoġġjaw l-ilmentatur (rappreżentanti ta' aktar minn 50 % tal-produtturi tal-Komunità), tnejn biss minn dawn il-kumpanniji ikkoperaw ma' l-investigazzjoni permezz illi irispondew għall-kwestjonarji. Dawn iż-żewġ kumpanniji irrappreżentaw 39 % tal-produtturi totali tal-Komunità fil-perjodu ta' investigazzjoni. (61) Għandu jiġi innutat illi għall-għanijiet tal-kalkolu tal-produtturi totali tar-REWS tal-Komunità, skond l-Artikolu 4(1)(a) u (2) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe kumpannija illi topera fil-Komunità relatata mal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati ġiet eskluża mid-definizzjoni ta' produtturi totali tal-Komunità. Fil-każ ta' Mettler-Toledo, kien ċar illi l-produttur fil-Komunità direttament jikkontrolla is-sussidjarju tiegħu fir-RPĊ. (62) Ġie mitlub minn wieħed mill-operaturi l-oħrajn fil-Komunità (illi ġie eskluż mid-definizzjoni ta' produtturi tal-Komunità minħabba illi huwa wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ) illi l-livell ta' koperazzjoni msemmi hawn fuq (39 %) ma kienx biżżejjed sabiex jiġġustifika l-kontinwazzjoni ta' l-investigazzjoni. Din il-pretensjoni kienet ġiet miċħuda miħabba illi żewġ produtturi tal-Komunità illi kienu qegħdin jikkoperaw irrappreżentaw sostanzjalment aktar minn 25 % tal-produtturi totali fil-Komunità, u, għaldaqstant, jikkwalifikaw bħala proporzjon maġġuri tal-produtturi tal-Komunità skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. Dawn iż-żewġ produtturi, konsegwentement, jikkostitwixxu, l-industrija tal-Komunità. 2. Konsum apparenti fil-Komunità Ġenerali (63) Il-konsum fil-Komunità ġie ikkulat bl-użu ta' data dwar il-bejgħ verifikata provduta mill-industrija tal-Komunità u, tal-figuri provduti fl-ilment (għall-operaturi l-oħrajn fil-Komunità), u l-volumi ta' l-importazzjonijiet miksuba permezz ta' l-Eurostat. REWS f'unitajiet | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | PI | Konsum fil-Komunità | 161682 | 172314 | 177391 | 201123 | 218655 | Indiċi — 1995 = 100 | 100 | 107 | 110 | 124 | 135 | REWS b' medda baxxa | 59952 | 77100 | 74614 | 79502 | 79754 | Indiċi — 1995 = 100 | 100 | 129 | 124 | 133 | 133 | Fil-perjodu ta' l-analiżi, l-konsum tar-REWS kollha żdied b' 35 % u l-konsum tar-REWS b' medda baxxa żdied bi 33 %. Iż-żjieda fil-konsum tal-grupp b' medda baxxa qiegħed jiġi muri separatament għaliex kien proprju f'dan il-grupp illi 97 % ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati fil-perjodu ta' investigazzjoni kienu konċentrati. Iż-żjieda fil-konsum fl-1996 kienet ikkawżata minn żjieda kbira fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati. Il-volumi ta' l-importazzjonijiet imbagħad waqa' fl-1997. Effett tal-Euro (64) Iż-żjieda fil-konsum mill-1997 sal-perjodu ta' investigazzjoni kien prinċiparjament dovut għal żjieda ta' darba waħda fit-talba min-negozjanti illi jbiegħu bl-imnut illi hija r-riżultat ta' l-introduzzjoni tal-euro. Tabilħaqq, bħala antiċipazzjoni għall-introduzzjoni tal-euro, n-negozjanti illi jbiegħu bl-imnut riedu jkunu kapaċi juru l-prezzijiet lill-klijenti bl-euro kif ukoll fil-muniti nazzjonali u għaldaqstant, bdew jantiċipaw il-bidla tar-REWS antiki tagħhom. Dan ħoloq żjieda fid-domanda fis-suq tal-Komunità u l-volum tal-bejgħ żdied fil-gruppi kollha. Din is-sitwazzjoni mtejba mhiex ser iddum wisq u ser tkun qasira u ġie mbassar illi l-konsum ser jaqa', minħabba illi ħafna negozjanti illi jbiegħu bl-imnut illi kien ser ikollhom jibdlu r-REWS tagħhom fil-perjodu ta' bejn l-2001 sa l-2004, ser ikun diġa għamlu bejn l-1997 u l-2000. Għaldaqstant, l-impatt globali ta' l-effett tal-euro mhuwiex ser ikun illi jiżdied il-konsum iżda sempliċiment illi jġib ‘il quddiem ftit bejgħ minn perjodu (l-2001 sa l-2004) għal ieħor (l-1997 sa l-2000) (65) Minkejja illi d-data finali għall-implimentazzjoni tal-metrikazzjoni tal-ħwienet illi jbiegħu bl-imnut fir-Renju Unit ukoll ser iżid il-konsum, l-impatt ma kienx daqshekk important fiż-żjieda fil-bejgħ u affettwa biss lil dak l-Istat Membru biss. (66) It-tabella t' hawn taħt turi l-iżvilupp attwali/l-iżvilupp mistenni fil-konsum mill-1995 sa l-2005. It-tabella turi wkoll illi l-effett ta' l-euro jipprovdi titjib temporanju lill-bejgħ fil-perjodu ta' bejn l-1997 u l-2000 u illi l-konsum mill-2000 sa l-2002 huwa mbassar illi jkun aktar baxx. Mill-2004 ‘il quddiem, il-konsum huwa mbassar illi jerġa lura għal-livell normali tiegħu (i.e. dak ta' l-1995/96). (Il-konsum f'unitajiet kalkolati bl-eluf ('000)) | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 162 | 172 | 178 | 201 | 219 | 177 | 144 | 126 | 144 | 172 | 172 | (67) L-eżistenta u/jew l-importanza ta' l-effett ta' l-euro ġie kontesta minn uħud mill-produtturi esportaturi. Madankollu, ma ġiet mogħtija l-ebda spjegazzjoni alternattiva għaż-żjieda fil-konsum. It-talba tagħhom, għaldaqstant, ġiet miċħuda. (68) Ġie sottolineat minn produttur esportatur illi l-konsum kien żdied mill-aħħar investigazzjonijiet fil-prodotti konċernati, msemmijin fil-premessi 8 u 9. Tabilħaqq, instab illi l-konsum tal-prodott konċernat kien żdied u kompla jagħmel dan matul il-perjodu ta' analiżi. Madankollu, kif spjegat hawn fuq, din iż-żjieda tista' tiġi, fil-maġġorparti tagħha attribwita għall-effett tal-euro. 3. Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiżi konċernati Stima kumulattiva ta' l-effetti ta' l-importazzjonijiet konċernati (69) Ġie l-ewwel eżaminat jekk l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati għandhomx jiġu stmati kumulattivament, filwaqt illi jittieħed kont tas-sejbiet fuq id-dumping kif stabbilit hawn fuq. Instab illi: - il-marġni tad-dumping stabbiliti kienu aktar minn de minimis għall-pajjiżi kollha konċernati; - il-volum ta' l-importazzjonijiet minn kull pajjiż u l-ishma korrispondenti mis-suq ma kenux negliġibbli meta mqabbla mal-konsum fil-Komunità; - il-prodotti konċernati importati mill-pajjiżi konċernati kienu interkambjabbli ħafna; - il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet segwew ħafna l-istess tendenza; - analiżi tal-kondizzjonijiet tal-kompetizzjonijiet bejn ir-REWS importati u l-prodotti l-oħra simili tindika illi r-REWS kollha huma mibjugħa bl-istess politika ta' prezzijiet lill-istess livell ta' klijenti. Ċerti produtturi esportaturi allegaw illi l-importazzjonijiet tagħhom m' għandhomx jiġu kumulati ma' dawk minn pajjiżi oħra, għax il-livell ta' prezzijiet u t-tendenza fil-volum tal-bejgħ tagħhom ma kienx l-istess. Ġie konkluż, madankollu, illi l-kondizzjonijiet kollha illi jiġġustifikaw il-kumulazzjoni ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati ġew milħuqa għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq. Dawn l-argumenti, għaldaqstant, ġew riġettati. Volum ta' l-importazzjonijiet konċernat (70) Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mill-Eurostat, il-volum tar-REWS importat mill-pajjiżi konċernati fil-Komunità matul il-perjodu ta' analiżi żdied minn 14533 unitajiet fl-1995 sa 33063 unitajiet fil-perjodu ta' investigazzjoni (i.e. bi 123 %). L-investigazzjoni wried illi aktar minn 97 % tar-REWS importati mill-pajjiżi konċernati matul il-perjodu ta' investigazzjoni kienu fil-grupp tal-medda baxxa kif spjegat fil-premessa 73. Sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet (71) Is-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi żdied minn 9,2 % sa 15,0 % fil-perjodu ta' analiżi. Dan huwa f'kuntrast mat-telf fis-sehem mis-suq ta' -4.6 % ta' l-industrija tal-Komunità matul dan il-perjodu (i.e. minn 26.1 % għall-24.9 %) u -22 % għar-REWS fil-grupp ta' medda baxxa (i.e. minn 21.8 % sa 17.1 %). Tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet (72) Sar paragun fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu ta' investigazzjoni bejn il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità u dawk tal-produtturi esportaturi illi kienu qegħdin jikkoperaw. Skond l-investigazzjonijiet preċedenti ta' dan il-prodott, il-paraguni kienu saru fuq il-bażi tal-bejgħ fuq is-suq tal-Komunità ta' mudelli paragonabbli fl-istess livell tan-negozju (prezzijiet lill-importaturi/bejjiegħa indipendenti). Barra minn hekk, skond l-investigazzjonijiet preċedenti, l-prezzijiet kienu mqabblin mill-Istat Membru tal-bejgħ fuq il-bażi tal-medja peżata għal kull produttur esportatur. Il-prezzijiet kollha kienu netti mill-iskontijiet. Il-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità kienu ġew aġġustati għall-prezzijiet illi jirriżultaw mix-xogħolijiet. Il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi kienu l-oġġetti ta' dumping kienu prezzijiet illi jikkomprendu l-ispejjeż, l-assigurazzjoni u t-trasport (CIF) fil-fruntiera tal-Komunità u inklużi d-dazji ta' l-importazzjonijiet meta applikabbli. (73) Il-maġġoranza l-kbira tal-mudelli mibjugħin fil-Komunità mill-produtturi esportaturi illi kienu qegħdin jikkoperaw kienu għall-mudelli tal-medda baxxa (aktar minn 97 % bil-volum). Il-kalkolazzjonijiet illi saru ma inkludewx, allura, il-kwantitajiet aktar żgħar ta' mudelli ta' medda medja u ogħlja peress illi huwa kienu kkunsidrati mhux rappreżentattivi. (74) Fis-settur tal-medda baxxa, tliet tipi ta' mudelli kienu mibjugħa mill-industrija tal-Komunità: I. il-miżien ta' fuq il-bank jew miżien "mono" (hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "mono"): II. il-miżien ta' fuq il-bank illi jkollu torri jew viżwal għall-klijenti (imsejjaħ aktar ‘il quddiem bħala "torri"); u III. tipi oħra ta' mwieżen ta' medda baxxa bħal per eżempju, imwieżen illi jiddendlu. Il-paraguni illi saru illi jieħu in konsiderazzjoni l-imwieżen "mono" u "torri". L-imwieżen l-oħra ta' medda baxxa (Kategorija III jew ogħla) ma tteħdux in konsiderazzjoni minħabba illi huma kienu nbiegħu f'volumi marġinali kemm mill-industrija tal-Komunità u l-produtturi esportaturi u kienu, għaldaqstant, kkunsidrati mhux rappreżentattivi. Ir-riżultati tal-paraguni fil-prezzijiet (75) Ir-riżultati tal-paraguni tal-prezzijiet urew marġni ta' tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet illi jvarja mill-0 % sa 52 % għar-RPĊ, 60 % sa 65 % għat-Tajwan u 30 % sa 50 % għall-Korea. 4. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità Rimarki preliminari (76) Peress illi l-industrija tal-Komunità tirrigward biss żewġ produtturi tal-Komunità, ftit informazzjoni mogħtija hawn taħt ġiet indiċiżżata għar-raġunijiet ta' konfidenzalità. (77) Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament Bażiku, l-eżami ta' l-impatt ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping fuq l-industrija tal-Komunità inkluda evalwazzjoni tal-fatturi ekonomiċi kollha u indiċijiet illi għandhom effett fuq l-istat ta' l-industrija. Madankollu, ċerti fatturi mhumiex trattati fid-dettall hawn taħt minħabba illi nstab illi mhumiex relevanti għas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità fil-kors ta' din l-investigazzjoni. Għandu jiġi finalment innutat illi l-ebda wieħed minn dawn il-fatturi neċessarjament jagħti gwida deċiżiva. Produzzjoni, utilizzazzjoni tal-kapaċità u l-inventarji (78) Il-produzzjoni tar-REWS kollha matul il-perjodu taħt analiżi żdiedet bi 22 %. B' kuntrast, madankollu, l-produzzjoni tar-REWS tal-medda baxxa żdied b' 5 % biss matul il-perjodu ta' analiżi. Ir-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità ta' l-industrija tal-Komunità żdiedet minn 55 % sa 65 % matul il-perjodu ta' analiżi. Indiċi tal-produzzjoni ta' l-Industrija tal-Komunità u tal-kapaċità— 1995 = 100 | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | PI | Volum tal-produzzjoni kollha tar-REWS | 100 | 102 | 105 | 107 | 122 | Volum tal-produzzjoni tal-medda baxxa tar-REWS | 100 | 123 | 114 | 100 | 105 | Kapaċità (REWS kollha) | 100 | 100 | 100 | 100 | 105 | Rata tal-kapaċità ta' l-utilizazzjoni (REWS kollha) | 55 % | 56 % | 58 % | 60 % | 65 % | Ġie kkunsidrat illi l-livell ta' l-inventarji ma setax jiġi kkunsidrat illi kellu xi effett sinnifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità minħabba illi l-industrija tal-Komunità użat sistema fejn ipproduċied biss fuq ordni fejn il-ħażniet kienu kważi non eżistenti. Volum tal-bejgħ (79) Il-bejgħ ta' l-unitajiet totali tar-REWS illi sar mill-industrija tal-Komunità fuq is-suq tal-Komunità matul il-perjodu ta' analiżi żdied fil-volum b' 29 %. B' kuntrast, il-bejgħ tar-REWS tal-medda baxxa żdied fil-volum b' 10 % biss. Valur tal-bejgħ (80) L-evoluzzjoni tal-valur tal-bejgħ huwa muri fil-forma indiċiżżata fit-tabella hawn taħt. Il-valur tal-bejgħ tar-REWS totali ta' l-industrija tal-Komunità fuq is-suq tal-Komunità żdied b' 27 % matul il-perjodu ta' analiżi. B' kuntrast, il-valur tal-bejgħ tar-REWS b' medda baxxa naqas bi 11 % matul il-perjodu ta' analiżi. Indiċi tal-valur tal-bejgħ— 1995 = 100 | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | PI | REWS kollha | 100 | 96 | 97 | 111 | 127 | Medda baxxa | 100 | 95 | 94 | 90 | 89 | Sehem mis-suq u tkabbir fis-suq (81) Is-sehem ta' l-industrija tal-komunità fis-suq tal-Komunità naqas għar-REWS kollha minn 26.1 % fl-1995 għal 24.9 % fil-perjodu ta' investigazzjoni; i.e. tnaqqis ta' 4.6 %. B' kuntrast is-sehem ta' l-industrija tal-Komunità tas-suq tal-medda baxxa naqas minn 21.8 % fl-1995 sa 17.1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni; i.e. tnaqqis ta' 22 %. (82) Għaldaqstant, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tibbenefika bis-sħiħ mit-tkabbir tas-suq. Sehem mis-suq ta' l-industrija tal-Komunità | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | IP | REWS kollha | 26,1 % | 25,1 % | 26,0 % | 23,6 % | 24,9 % | Indiċi | 100 | 96 | 100 | 91 | 96 | REWS ta' medda baxxa | 21,8 % | 17,9 % | 19,8 % | 16,1 % | 17,1 % | Indiċi | 100 | 82 | 91 | 74 | 78 | Prezzijiet tal-bejgħ (83) Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-meded kollha tar-REWS lill-klijenti mhux relatati naqsu fil-valur matul il-perjodu ta' analiżi: Medda għolja (- 11 %); Medda medja (- 18 %); u Medda baxxa (- 17 %). Ġie sottolineat minn esportatur produttur illi l-prezzijiet medji tal-bejgħ tar-REWS kollha żdiedu matul il-perjodu ta' analiżi illi, ġie allegat, indika illi l-industrija tal-Komunità ma kienitx sofriet danni. Madankollu, din iż-żjieda apparenti kienet interament dovuta għall-bidliet fil-varjetà fil-prodotti (i.e. bidliet sostanzjali fil-volum tal-bejgħ tal-meded tal-prodotti mill-1995 sal-perjodu ta' investigazzjoni) u din it-talba għaldaqstant, ġiet miċhuda. Dan joħroġ ċar ħafna mit-tendenza tal-prezzijiet għall-kull grupp ta' meded. Profitabilità (84) Ir-ritorn fuq il-valur tal-bejgħ tar-REWS komplessivament żdied mill-livelli baxxi pożittivi fl-1995 sa madwar 10 % tal-perjodu ta' investigazzjoni. B' kuntrast, il-grupp tal-medda l-baxxa sofra tnaqqis mill-profitabilità għal madwar 10 % fil-perjodu ta' investigazzjoni. B' kuntrast, il-grupp tal-medda l-baxxa sofra waqa' mill-profitabilità baxxa posittiva fl-1995 għall-telf sostanzjali fil-perjodu ta' investigazzjoni (madwar 20 %). (85) It-tendenza tar-REWS kumplessivament tista' tiġi spjegata b' żjieda fil-volum tal-bejgħ u l-valur tal-bejgħ illi jirriżulta mill-"effett tal-euro" kif spjegat fi premessa 64. Għandu jiġi sottolineat illi l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tikseb il-livell ta' profitt aċċetabbli fis-snin qabel l-eżistenza ta' l-"effett tal-Euro" u l-profibilità kienet biss f'livelli suffiċjenti sabiex iżżomm il-vijabilità ta' l-industrija tal-Komunità fil-perjodu ta' investigazzjoni għaliex l-"effett tal-euro żied il-volum tal-bejgħ". (86) Evalwazzjoni ta' l-impatt ta' l-"effett tal-euro" fuq il-profitabilità saret, sabiex jiġi muri kif il-profitabilità hija mistennija illi tiddeterjora hekk kif l-effett tal-euro jispiċċa. Huwa mbassar illi l-valur tal-bejgħ ta' l-industrija tal-komunità ser jaqa' b' għallinqas 27 % (i.e., l-istess ammont għall-valur tal-bejgħ taħt l-effett tal-euro kif muri fil-premessa 80. (87) Aktar evidenza ta' l-impatt ta' l-effett tal-euro mir-rata ta' profitabilità ta' l-industrija tal-Komunità fl-1996 (i.e. qabel ma l-effett ta' l-euro kellu impatt). F'dan iż-żmien, ir-rata ta' profitabilità kien taħt it-3 %. (88) Huwa importanti illi jiġi innutat illi l-industrija tal-Komunità ma kienitx pjenement kapaċi illi tibbenefika mill-effetti tal-euro minħabba illi l-qliegħ fuq il-bejgħ ta' REWS ta' medda baxxa kien ħafna anqas il-punt illi fih għalliqas jiġu koperti l-ispejjeż matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Dan huwa importanti minħabba illi dan huwa l-grupp illi fih l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati huma koncentrati. It-telf f'dan il-grupp naqqas il-profitabilità globali ta' l-industrija tal-Komunità u tellifha milli pjenement tibbenefika mill-effetti ta' l-euro u l-miżuri ta' kontra d-dumping kontra l-importazzjonijiet illi joriġinaw fil-Ġappun u Singapor. Barra minn hekk, huwa kkunsidrat illi l-effetti depressivi fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping inħassu wkoll fil-gruppi medji u għoljin minħabba illi l-prezzijiet f'medda waħda inevitabilment għandhom effett dirett fuq il-gruppi l-oħrajn. (89) In konklużjoni, l-profitabilità globali ta' l-industrija tal-Komunità ma kienx f'livell illi fih seta' raġonevolment jiġi mistenni matul il-perjodu ta' investigazzjoni, minaħabba l-effetti dipressivi fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta' dumping. Fatturi oħra relatati mal-prestazzjoni (90) Ma saret l-ebda analiżi dettaljata fuq il-fluss tal-kontanti, l-abilità illi jinġema' kapital (jew investimenti) u l-qligħ fuq l-investimenti għax din l-analiżi tkun tirrelata mas-sitwazzjoni tal-kumpannija kumplessivament. Il-linji tan-negozju l-oħrajn tal-kumpanniji jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-valur totali tal-bejgħ tal-kumpanniji u, għaldaqstant, l-analiżi globali ma tkunx neċessarjament rappreżentattiva għall-prodotti taħt konsiderazzjoni. Fir-rigward ta' l-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġni attwali tad-dumping, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati, dan l-impatt ma jistax jiġi kkunsidrata bħala negliġibbli. Produttività, xogħol u pagi (91) It-tabella t' hawn taħt turi illi matul il-perjodu ta' analiżi, ix-xogħol fl-industrija tal-Komunità naqas bi 11 %. Indiċi tal-produttività għal kull impjegat— 1995 = 100 | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | IP | Numru ta' unitajiet prodotti | 100 | 102 | 105 | 107 | 122 | Numru ta' impjegati | 100 | 91 | 82 | 90 | 89 | Produttività kull impjegat | 100 | 107 | 123 | 123 | 140 | (92) Il-produttività għal kull impjegat żdiedet b' 40 % matul il-perjodu ta' analiżi. (93) L-ebda analiżi dettaljata ma kienet saret fuq il-pagi kkunsidrata wkoll l-importanza ta' linji kummerċjali oħrajn fl-attivitajiet globali tal-kumpanniji. Din l-analiżi tkun tirrelata għas-sitwazzjoni tal-kumpannija komplessivament u mhux neċessarjament tkun rappreżentattiva tal-prodott taħt konsiderazzjoni. 5. Konklużjoni fuq id-danni (94) Is-sejbiet t' hawn fuq juru illi l-perjodu ta' investigazzjoni, filwaqt illi jqisu l-iżviluppi matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Komunità sofriet tnaqqis fil-prezzijiet medji (fit-tliet meded kollha) u telf fis-sehem mis-suq. Is-sejbiet fir-rigward tar-REWS tal-medda baxxa (f'dak illi għandu x' jaqsam mal-volumi tal-bejgħ, il-prezzijiet medji, il-produzzjoni, is-sehem mis-suq u l-profitabilità) juru sitwazzjoni illi hija ħafna agħar minn dik tar-REWS kollha. Partikolarment, is-sitwazzjoni fqira ekonomika tal-grupp tal-medda baxxa tellef lill-industrija tal-Komunità milli tiksab livell globali ta' profitabilità illi hija setgħet tistenna taħt iċ-ċirkostanzi ta' l-effett ta' l-euro u l-miżuri ta' kontra d-dumping illi kienu fis-seħħ, partikolarment in vista ta' l-isforzi ta' ristrutturar illi hija implimentat. (95) Għaldaqstant, ġie kkunsidrat illi l-industrija tal-Komunità sofriet danni materjali fil-perjodu ta' investigazzjoni. (96) Għandu jiġi innutat illi l-grupp ta' medda baxxa huwa important għall-industrija tal-Komunità peress illi hija għandha bżonn toffri l-gruppi kollha tat-tliet meded lill-klijenti tagħha u kwalunkwe pressjoni ta' prezzijiet f'segment ta' medda baxxa inevitabilment jiddeprimi l-prezzijiet fis-segmenti l-oħrajn illi huma fil-maġġorparti tagħhom mibjugħa lill-istess klijenti. (97) L-effett tal-Euro huwa temporanju min-natura tiegħu, peress illi m'hemm l-ebda indikazzjoni illi l-Kompetizzjoni mill-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping ser jieqfu. Għaldaqstant, hija biss kwestjoni ta' żmien qabel ma s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tiddeterjora ulterjorment. Dan huwa xaktarx minħabba illi tnaqqis fid-domanda huwa mistenni illi jnaqqas il-produzzjoni, il-bejgħ, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet. Għandu wkoll jiġi mfakkar illi l-prezzijiet medji fiż-żona tal-munita tal-euro kienu ferm ogħla minn dak ta' barra minn din l-arja, u dan jagħti indikazzjoni addizzjonali dwar l-iżviluppi futuri. E. KAWŻA 1. Daħla (98) L-effett ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Komunità ġie eżaminat. (99) Barra minn hekk, saret stima ta' l-impatt tal-fatturi l-oħrajn kollha magħrufa fuq l-industrija tal-Komunità. Din l-analiżi tassigura illi kwalunkwe dannu ikkawżat minn fatturi oħra barra l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett ta' dumping konċernati mhuwiex erronjament attribwit lil dawk l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping. 2. Effett ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta' dumping L-effett fuq il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq (100) Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fis-suq tal-Komunità żdied b' 35 %. Madankollu, l-bejgħ fl-industrija tal-Komunità żdied biss b' 29 % u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdied b' 123 %. (101) Kif spjega fil-premessa 81, is-suq ta' l-industrija tal-Komunità żdied b' 4.6 % fuq il-perjodu kkunsidrat. B' kuntrast, is-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdied minn 9,2 % sa 15,1 % fuq l-istess perjodu. (102) Kif spjegat fil-premessa 82, il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi joriġinaw fil-pajjiżi konċernati kif muri fil-premessa 75 kienu sostanzjalment aktar imqaċċta minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità. Dawn kellu konsegwenzi negattivi fuq il-profitabilità ta' l-industrija Komunità. (103) L-analiżi t' hawn fuq turi illi hemm koinċidenza ċara ħafna fiż-żmien bejn it-tnaqqis ta' l-industrija tal-Komunità f'dawk illi huma indikaturi finanzjarji u ekonomiċi u ż-żjieda fl-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping mill-pajjiżi konċernati. Impatt ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping fil-grupp fil-medda l-baxxa (104) L-impatt negattiv fl-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping fis-sitwazzjoni globali ta' l-industrija tal-Komunità tista' tiġi ritraċċata billi ssir aliżi rifinuta tar-rabta każwali ibbażata fuq is-segmenti tas-suq differenti tar-REWS. (105) Għandu jiġi mfakkar illi matul il-perjodu ta' investigazzjoni, 97 % ta' l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi illi ikkoperaw, illi jammonta għal kważi 15000 unit, kienu fis-segment tal-medda baxxa. L-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi konċernati kienu jammontaw għal 33063 unitajiet fil-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, kien hemm l-assunzjoni ili 97 % ta' l-importazzjonijiet totali kienu fil-medda l-baxxa. Din il-assunzjoni kien ibbażata fuq il-fatti disponibbli, peress illi ma kien hemm l-ebda raġuni illi d-disinn ta' l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha kellu jkun different minn dak tal-prodotturi esportaturi illi kienu qegħdin jikkoperaw. Għaldaqstant, peress illi l-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fil-grupp tal-medda l-baxxa kienu ftit aktar baxxi mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati fil-perjodu ta' investigazzjoni. It-tabella t' hawn taħt turi t-tkabbir tal-volum tal-bejgħ fl-industrija tal-Komunità tal-grupp tal-medda l-baxxa mqabbla ma' l-istima tal-bejgħ fl-istess grupp mill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati. Dan juri illi matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi esportaturi żjiedu l-volum tal-bejgħ tagħhom b' 123 % f'dan il-grupp meta l-industrija tal-Komunità rnexxielha biss iżżid il-volum tal-bejgħ b' 10 %. Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità ta' REWS ta' medda baxxa Indiċi— 1995 = 100 | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | IP | L-industrija tal-Komunità | 100 | 106 | 109 | 104 | 110 | Il-pajjiżi kkonċernati — bbażata fuq 97 % ta'l-esporti totali | 14407 | 31849 | 25629 | 33430 | 32071 | Indiċi tal-pajjiżi kkonċernati | 100 | 221 | 178 | 232 | 223 | (106) L-iżvilupp korrispondenti fis-sehem mis-suq juri wkoll illi l-impotrazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati kienu żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat a skapitu ta' l-industrija tal-Komunità. Is-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet ta' medda baxxa mill-pajjiżi konċernati żdied minn 9,2 % sa 15,1 % (i.e. żjieda globali ta' 65 %), meta s-suq ta' l-industrija tal-Komunità tal-medda l-baxxa niżel minn 21,8 % sa 17,1 % (i.e. tnaqqis ta' 22 %). (107) Il-premessa 82 tirreġistra l-iżvilupp tal-prezzijiet medji ta' l-industrija tal-Komunità. Minkejja illi l-prezzijiet medji ta' l-industrija tal-Komunità naqas fil-mudelli kollha bi tliet meded, it-tnaqqis fil-grupp tal-medda l-baxxa kien ħafna akbar mit-tnaqqis fil-prezzijiet medji globali. (108) Għandu wkoll jiġi mfakkar illi l-profitti ta' l-industrija tal-Komunità ma kenux imqassmin regolarment fost il-mudelli tal-gruppi differenti ta' meded. Id-dazji ta' kontra d-dumping, fir-rigward ta' l-importazzjonijiet mill-Gaġġun u s-Singapor (deskritti fil-premessi 8 u 9) jirrigwardaw prinċiparjament il-gruppi ta' meded għoljin u medji u ikkontribwixxew għas-sitwazzjoni ta' profitabilità. B' kuntrast, il-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fil-grupp ta' medda żghira saru b' telf sostanzjali. Huwa preċiżament dan il-grupp illi kien l-għan mill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi konċernati. 3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (109) Matul il-perjodu ta' investigazzjoni, l-importazzjonijiet oħra fil-Komunità oriġinaw f'ħafna pajjiżi differenti inklużi l-Ġappun u Singapor, kif muri fit-tabella t' hawn taħt. Total ta' l-importazzjonijiet ta' REWS mill-pajjiżi konċernati | | 1995 | 1996 | 1997 | 1998 | PI | Il-Ġappun | 474 | 954 | 1606 | 2794 | 2332 | Il-Ġappun — sehem mis-suq | 0,3 % | 0,6 % | 1,0 % | 1,6 % | 1,2 % | Singapor | 3776 | 863 | 987 | 1332 | 427 | Singapor — sehem mis-suq | 2,5 % | 0,6 % | 0,6 % | 0,8 % | 0,2 % | Oħrajn | 7079 | 6663 | 8357 | 9514 | 7897 | Oħrajn —sehem mis-suq | 4,4 % | 3,9 % | 4,7 % | 4,7 % | 3,6 % | Importazzjonijiet totali (esklużi l-pajjiżi konċernati) | 11329 | 8480 | 10950 | 13640 | 10656 | (110) L-importazzjonijiet mill-Ġappun u Singapor kienu bla ħsara għall-miżuri ta' kontra dumping illi jvarjaw minn 15 % sa 32 % matul il-perjodu kkunsidrat u kienu żgħar fil-volum. Il-prezzijiet lill-klijent aħħari jistgħu jiġu kkunsidrati illi ma jagħmlux ħsara. Għaldaqstant, huwa ċar illi l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma jikkontribwixxux għad-dipressjoni tal-prezzijiet u għaldaqstant mhumiex x'aktarx illi ikkontribwixxew sostanzjalment għad-danni illi l-industrija tal-Komunità sofriet. (111) L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (prinċiparjament l-Isvizzera, l-USA u l-Indoneżja) saru f'volumi baxxi. L-unika informazzjoni disponibbli fuq il-prezzijiet disponibbli lill-Kummissjoni kienet mill-Eurostat, illi ma indikatx il-medda involuta, u għaldaqstant, kien diffiċli illi jsiru konklużjonijiet fir-riwgard tal-livell tal-prezzijiet. Skond l-industrija tal-Komunità, l-uniċi preokkupazzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu relatati ma' l-esportazzjonijiet ta' l-Indoneżja. Madankollu, in vista tal-volum de minimis (1451 unitajiet) ta' importazzjonijiet mill-Indoneżja matul il-perjodu ta' investigazzjoni, huwa ċar illi x' aktarx ma kellhom l-ebda kontribut sostanzjali għad-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità. 4. Effett tal-kompetizzjoni interna fi ħdan il-Komunità (112) Ġie sottomess mill-produtturi esportaturi illi l-kompetizzjon interna fis-suq tal-Komunità tar-REWS, illi toħroġ mill-bidliet fl-istruttura tas-settur ta' l-imnut tal-Komunità, kellha l-effett illi baxxiet il-prezzijiet. Għaldaqstant, ġie investigat jekk dawn il-bidliet kenux tan-natura illi huma jistgħu jiksru l-ħolqa kawżali ta' bejn l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta' dumping u d-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità. (113) Fil-Komunità kollha, is-sehem mis-suq ta' l-utenti multipli (i.e., gruppi ta' supermerkati kbar) żdied konsiderevolemtn, filwaqt illi n-numru ta' l-utenti ż-żgħar naqas. Din il-bidla fl-istruttura żiedet il-poter ta' l-akkwist ta' l-utent industrijali in ġenerali, u x'aktarx, din il-bidla kellha l-effett illi tbaxxi l-prezzijiet medji. (114) Kif imsemmi fil-premessa 59, l-istruttura ta' l-industrija tal-Komunità inbidlet ukoll sostanzjalmetn matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis fin-numru ta' kumpanniji u t-tijib fil-produttività, muri fil-premessa 90 kien desinjat illi jkollu x' jaqsam ma' dawn il-bidliet fis-suq. Ġie konkluż illi l-kompetizzjoni interna fis-suq illi toħroġ mill-bidliet fl-istruttura tas-settur ta' l-imnut tal-Komunità ma kisritx ir-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet illi huna l-oġġett tad-dumping u d-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità. 5. Konklużjoni dwar il-kawża (115) In vista tal-kombinazzjoni fiż-żmien bejn, fuq naħa waħda, it-tnaqqis eċċessiv fil-prezzijiet, is-sehem sostanzjanli mis-suq miksub mill-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta' dumping mill-pajjiżi konċernati, u min-naħa l-oħra, t-telf korrispondenti tas-sehem mis-suq illi sofriet l-industrija tal-Komunità, kif ukoll it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ, ġie konkluż illi l-importazzjonijiet illi huna l-oġġett tad-dumping illi joriġinaw fil-pajjiżi konċernati ikkawżaw dannu materjali għall-industrija tal-Komunità. (116) Għaldaqstant, ġie konkluż illi l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping illi joriġinaw fil-pajjiżi konċernati ikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Komunità. Filwaqt illi l-fatturi l-oħra setgħu ikkontribwixxew, huma mhumiex tali illi jiksru r-rabta ta' kawżalità bejn l-importazzjonijiet illi huna l-oġġeti tad-dumping u d-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità. F. INTERESS TAL-KOMUNITÀ 1. Konsiderazzjonijiet Ġenerali (117) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, ġie eżaminat jekk l-imposizzjoni ta' miżuri ta' kontra d-dumping kienitx kontra l-interess ġenerali tal-Komunità. Id-determinazzjoni ta' l-interessi tal-Komunità ġie ibbażat fuq apprezzament ta' l-interessi involuti, u ċioè dawk ta' l-industrija tal-Komunità, l-importaturi u l-utenti tal-prodotti konċernati liema apprezzament kien limitat għal kemm il-partijiet interessati relevanti taw it-tagħrif minnhom mitlob f'dan ir-rigward (118) Sabiex tkun tista' ssir stima dwar l-impatt l-aktar probabbli ta' l-imposizzjoni jew in-nuqqas ta' imposizzjoni tal-miżuri, ġiet mitluba informazzjoni mill-partijiet interessati kollha. Il-kwestjonnarji ġew mibgħuta lill-industrija tal-Komunità, l-importaturi/negozjanti u żewġ assoċjazzjonijiet ta' utenti tal-prodotti konċernati. (119) Fuq din il-bażi ġie deċiż jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq id-dumping, id-danni u l-kawża, jekk kienx hemm raġunijiet qawwijiet illi jwasslu għall-konklużjoni illi ma jkunx fl-interess tal-Komunità sabiex jiġu imposti miżuri f'dan il-każ partikolari. 2. Interess ta' l-industrija tal-Komunità (120) Fin-nuqqas ta' miżuri kontra d-dumping dannuż, is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità fiż-żgur ser tiddeterjora f'dak illi għandu x' jaqsam mas-sehem mis-suq, il-profitabilità u l-impjiegi. Dan huwa partikarolment minnu in vista tal-fatt illi l-effett ta' l-euro, illi sa ċertu punt jikkompensa għall-effetti ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping, fi żmien qasir ser jispiċċaw. L-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping kellhom impatt immedjat fuq il-grupp tal-medda baxxa illi l-industrija ma tiflaħx għalih fit-tul. L-importanza ta' dan il-grupp għall-industrija tal-Komunità huwa illi hija trid tkompli toffri t-3 gruppi għall-bejgħ sabiex tforni l-utenti maġġuri fis-suq. (121) Kien hemm konsolidazzjoni fuq skala kbira tal-produtturi tal-Komunità matul il-perjodu ta' analiżi. Dan kompla l-proċess illi kien sar matul is-snin tad-90ijiet illi kien jinvolvi għaqdiet u akkwisizzjonijiet varji. Din il-konsolidazzjoni għenet sabiex tiġi assigurata s-sopravivenza tal-produzzjoni tar-REWS fil-Komunità u b'hekk tiġi mantenuta t-teknoloġija ta' l-imwieżen in ġenerali. Dan huwa importanti minħabba illi inevitabilment ikun hemm effetti kollegati (f'dak illi għandu x' jaqsam ma' profitabilità mnaqqsa u l-impjiegi), kemm fuq il-fornituri ta' l-industrija kif ukoll fuq is-setturi relatati tal-produzzjoni fl-industrija tal-Komunità jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Dan huwa minħabba illi t-teknoloġiji tar-REWS u l-gamma sħiħa tal-prodotti l-oħra huma relatati. Kwalunkwe telf ta' għarfien teknoloġiku fis-settur tar-REWS ser iffiser telf globali ta' kompetitività fis-setturi relatati wkoll. L-industrija tal-Komunità ipproduċiet l-imwieżen elettroniċi bħal dawk użati fis-settur ta'l-industrija u tipprovdi wkoll il-kura għal dawn l-imwieżen. Barra minn hekk, l-industrija tal-komunità immanifatturat gamma ta' apparat ieħor għall-ħwienet illi jbiegħu bl-imnu bħal makni illi jċattgħu illi huma mibjugħa perezz ta' l-istess kanali tal-bejgħ. Huwa ċar illi l-impjiegi f'dawn l-oqsma jiġu wkoll preġudikati jekk id-dumping dannuż jitħalla jitkompla. (122) Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità għamlet kull sforz sabiex tlaħħaq mal-kompetizzjoni mir-RPĊ, il-Korea u t-Tajwan. Eżempji ta' dawn il-miżuri huma: - progressjoni lejn konsolidazzjoni akbar (anqas kumpanniji), - l-għeluq ta' kapaċità eċċessiva, - użu aktar wiesgħa ta' teknika moderna ta' produzzjoni (e.g. produzzjoni fuq ordni, aktar mekkanizzazzjoni u l-kompjuterizzazzjoni), - titjib fil-produttività, - tnaqqis fl-ispejjeż permezz ta' żjieda fil-kuntratti ta' fornitur tal-komponenti u permezz tal-bdil fl-użu tal-kanali ta' distribuzzjoni, u - investiment fil-gammi ġodda tal-mudelli u teknoloġija ta' wżin imtejba. Il-produtturi tal-Komunità għaldaqstant, wrew ix-xewqa illi jżommu preżenza kompetittiva fis-suq tal-Komunità u huma kapaċi illi jibbenefikaw mill-miżuri ta' kontra d-dumping jekk kemm-il darba dawn jiġu imposti. 3. Interessi tal-partijiet l-oħra (123) Il-koperazzjoni ta' rappreżentanti ta' l-interessi ta' l-istabbilimenti illi jbiegħu bl-imnut ġiet imfittxa, inklużi l-utenti multipli tal-prodotti konċernati (supermerkati), sabiex jiġi identifikat jekk kienx hemm xi impatt sinifikanti fuq l-utenti. (124) Żewġ utenti biss ikkoperaw fl-investigazzjoni. Utent wieħed esprima l-appoġġ tiegħu għall-ilment ta' l-industrija tal-Komunità illi iddikjara illi l-benefiċċji fit-tul mill-kwalità globali tal-provviżjoni u s-serviżż miksubin mill-industrija tal-Komunità ikunu akbar mill-benefiċċji temporanji illi jkunu jistgħu jiġu miksubin mix-xiri ta' REWS mill-pajjiżi esportaturi konċernati bi prezzijiet eċċessivament imnaqqsa. B' kuntrast, l-utent l-ieħor qal illi jekk il-miżuri jiġu imposti, huwa jbati minn spejjeż miżjuda u kompetitività mnaqqsa. (125) In-nuqqas ta' koperazzjoni mill-utenti huwa indubbjament dovut għall-proporzjoni żgħir ħafna ta' l-ispejjeż totali ta' l-utenti irrappreżentati mir-REWS. L-impatt ta' l-imposizzjoni ta' miżuri, f'dak illi huwa suq altament kompetittiv, jista' jiġi preżunt illi huwa negliġibbli. (126) L-opinjonijiet ta' l-importaturi fil-Komunità ġew imfittxija wkoll. Ir-risposti ta' kwestjonnarju inkomplet wieħed biss ġie riċevuti. Ġie konkluż illi, kieku l-miżuri kellhom jiġu imposti, ikun hemm impatt fuq il-valur tal-bejgħ u l-profitti ta' l-importaturi. Madankollu, x' aktarx dan l-impatt ikun żgħir stante li l-importaturi jinnegozjaw fi prodotti oħra wkoll. 4. Konklużjoni (127) Il-livell baxx fil-koperazzjoni mill-utenti u l-importaturi jagħmilha kjarament diffiċli illi jintlaħqu konklużjoni dwar l-effett illi l-miżuri ta' kontra d-dumping ikollhom f'dawn is-setturi. Ġie konkluż, madankollu, illi l-impatt ikun negliġibbli, partikolarment għas-settur ta' l-imnur peress illi l-proporzjoni ta' l-ispejjeż rappreentati mir-REWS huwa żgħir ħafna. (128) Għandu jiġi mfakkar, madankollu, illi l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping mill-pajjiżi konċernati ikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Komunità, illi għamlet sforzi kbar sabiex tibqa' kompetittiva. Il-qawwa kollha ta' dawn id-danni huwa moħbi permezz tal-benefiċċji temporanji ikkawżati mill-introduzzjoni tal-Euro. Madankollu, fin-nuqqas tal-miżuri, u in vista ta' l-effett ta' tnaqqis tal-euro, x'aktarx illi l-industrija tal-Komunità tiddeterjora aktar u tista' tieqaf tipproduċi REWS tal-medda baxxa u, għaldaqstant, il-vijabilità ta' l-industrija intiera tal-Komunità tkun mhedda. (129) Fuq il-bażi ta' dan t' hawn fuq il-Kummissjoni tikkonkludi illi mhemm l-ebda raġunijiet impellenti illi għandhom x' jaqsmu ma' l-interess tal-Komunità illi ma jiġux imposti miżuri ta' kontra d-dumping. G. DOVERI PROPOSTI 1. Livell ta' l-eliminazzjoni tad-danni (130) Sabiex jiġu evitati aktar dani permezz ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti tad-dumping, qiegħed jiġi propost illi jiġu adottati miżuri ta' kontra d-dumping fil-forma ta' dazji definittivi. Għall-għan illi jiġi stabbilit il-livell ta' dawn id-dazji, ittieħed kont tal-marġni tad-dumping misjuba, l-ammont ta' dazju meħtieġ sabiex jiġu eliminati d-danni sostenuti mill-industrija tal-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq fl-industrija tal-Komunità. (131) Għal dan il-għan, l-ispejjeż rappreżentanti tal-produzzjoni taż-żewġ mudelli bażiċi tal-medda baxxa (u ċioè mono u torri) ta' l-industrija tal-Komunità ġew użati, flimkien ma marġni ta' profitt ta' 10 %. Il-prezzijiet illi jirriżultaw illi mhumiex dannużi ibbażati fuq dawn l-ispejjeż u l-profitti jirapreżentaw il-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ illi l-industrija tal-Komunità hija mistennija illi jirnexxielha tikseb, fin-nuqqas ta' l-importazzjonijiet illi huna l-oġġett tad-dumping. Iż-żewġ prezzijiet mhux dannużi ġew paragonati mal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet illi huma l-oġġett tad-dumping użat sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis eċċessiv fil-prezz, kif hemm imsemmi fil-premessa 72 sa 75. Id-differenzi bejn dawn iż-żewġ prezzijiet (fuq il-bażi ta' medja peżata u espressa bħala persentaġġ fuq livelli CIF), wera l-marġni ta' nuqqas fil-bejgħ applikabbli għal kull kumpannija. (132) Dawn il-marġni inklużi dawk ta' l-esportaturi illi ma kkoperawx huma aktar għoljin mill-marġni tad-dumping stabbiliti (bl-eċċezzjoni ta' Mettler-Toledo meta l-marġni tad-danni kien ta' 0 %). Skond ir-regola ta' l-anqas dazju skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, qiegħed jiġi propost illi d-dazju għandu jiġi stabbilit fil-livell ta' l-aktar maġni baxxi. 2. Forma u livell tal-miżuri definittivi (133) Fid-dawl ta' dan t' hawn fuq, huwa kkunsidrat illi, skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament Bażiku, id-dazji definittivi ta' kontra d-dumping għandhom jiġu imposti. Dazju ad valorem huwa kkunsidrat l-aktar wieħed opportun f'dan il-proċediment. (134) Id-dazju residwu ġie stabbilit f'livell illi ma jippremjaw in-nuqqas ta' koperazzjoni f'kull pajjiż konċernat. Peress illi l-koperazzjoni fil-Korea kienet għola, il-livell ta' dazju residwu ġie stabbilit fil-livell ta' l-għola marġni tad-dumping għall-kumpanniji koperattivi. Peress illi l-koperazzjoni kienet baxxa fir-RPĊ u t-Tajwan, il-livell ta' dazju residwu kien stabbilit fil-livell ta' l-ogħla marġni tad-dumping għall-kumpanniji koperattivi. Peress illi l-koperazzjoni kienet baxxa fir-RPĊ u l-marġni tad-dumping mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentativi. (135) Ir-rati individwali ta' kontra d-dumping speċifikati f'dan ir-Regolament kien stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet fl-investigazzjoni preżenti. Għaldaqstant, dan jirrifletti s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta' dazju (kif oppost għad-dazju applikabbli fil-pajjiż kollu għall-"kumpanniji l-oħrajn kollha") għaldaqstant, huma esklussivament applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti illi joriġinaw fil-pajjiż konċernat u prodotti mill-kumpannija u għalhekk mill-imsemmija entità legali. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpannija oħra illi ma kienitx speċifikatament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament b' isimha u bl-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati għal dawk speċifikatament imsemmijin, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpanniji l-oħrajn kollha". (136) Kwalunkwe talba illi titlob l-applikazzjoni ta' din ir-rata ta' dazju ta' kontra d-dumping għall-kumpannija individwali (per eżempju bidla fl-isem ta' l-entità jew wara l-istabbilimenti ta' entitajiet ġodda ta' produzzjoni jew bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni minnufih bl-informazzjoni relevanti kollha, partikolarment kwalunkwe bidla fl-attivitajiet tal-kumpannija marbutin mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati ma' per eżempju, dik il-bidla ta' l-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun opportun, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, ser temenda r-Regolament skond il-każ billi taġġorna l-lista tal-kumpanniji illi jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Qegħda tiġi hawnhekk imposta rata ta' dazju definittiva fuq l-importazzjonijiet ta' mwieżen elettroniċi illi għandhom kapaċità ta' użin massima illi ma taqbiżx it-30kg, għall-użu fin-negozju bl-imnut illi jinkorporaw viżwal diġitali ta' l-użin, il-prezz ta' l-unità u l-prezz illi għandu jitħallas (kemm jekk jinkludi sistemi sabiex tiġi stampata din id-ata kemm jekk ma jkun jinkludi din is-sistema) illi fil-preżent hija klassifikabbli fil-Kodiċi CN ex84238150 (Kodiċi TARIC 8423815010) u illi joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Korea u t-Tajwan. 2. Id-dazju, kalkolat fuq il-bażi tal-prezz nett illi jkun ħieles minn kwalunkwe piż fuq il-fruntiera tal-Komunità tal-prodotti qabel id-dazju ser ikunu: Pajjiż | Kumpannija | Rata ta' Dazju | Kodiċi addizzjonali TARIC | Ir-Repubblika Popolari Ċiniża | Shanghai Teraoka Electronic Co. Ltd | 12,8 % | A207 | Mettler-Toledo Changzhou Scale Ltd | 0 % | A215 | Shanghai Yamato Scale Co. Ltd | 9,0 % | A209 | Il-Kumpanniji l-oħrajn kollha | 30,7 % | A999 | Ir-Repubblika tal-Korea | CAS Corporation | 0 % | A210 | A & D Korea Co. Ltd | 4,7 % | A211 | Il-Kumpanniji l-oħrajn kollha | 4,9 % | A999 | Taiwan | UWE-Universal Weight Enterprise Co. Ltd, | 5,5 % | A213 | Taipei Snowrex International Co. Ltd, Taipei | 5,9 % | A214 | Il-kumpanniji l-oħrajn kollha | 13,4 % | A999 | 3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 Novembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President L. Fabius [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2). [2] ĠU C 262, 16.09.99, p. 8. [3] ĠU L 263, 22.10.93, p. 1. [4] ĠU C 324, 22.10.98, p. 4. [5] ĠU L 104, 29.04.93, p. 4. [6] ĠU C 128, 25.04.98, p. 11. --------------------------------------------------