|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1787 |
9.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1787
tat-8 ta’ Settembru 2025
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u -Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-arġinina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li titlob biex dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi nutrittivi”, il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imlieħ u analogi tagħhom” u fil-kategorija tal-“addittivi sensorjali”, il-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. L-applikant talab li l-addittivi jiġu awtorizzati għall-użu wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti aromatizzanti” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb għall-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Jannar 2025 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 ma toħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tar-razza tal-produzzjoni u li l-addittiv huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-awtorità għandha tħassib dwar l-użu tal-L-arġinina fl-ilma tax-xorb. Ikkonkludiet ukoll li l-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 mhijiex irritanti għall-ġilda, u mhijiex sensitizzatur dermali iżda hija irritanti għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja. L-awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanza titqies bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku L-arġinina għall-ispeċijiet kollha mhux ruminanti, iżda biex is-sustanza tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni ruminali u li titqies effikaċi meta tintuża bħala kompost aromatizzanti fin-nutrizzjoni tal-annimali. L-Awtorità ma qisitx li hemm ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik is-sustanza bħala addittiv tal-għalf jenħtieġ li jiġi awtorizzat. Meta jiġu mitmugħa lir-ruminanti għall-użu taħt il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imlieħ u analogi tagħhom”, il-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 teħtieġ protezzjoni kontra d-degradazzjoni fil-kirxa. Jixraq li l-utent jiġi mwissi biex iqis il-provvista djetetika bl-aċidi amminiċi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, b’mod partikolari fil-każ tas-supplimentazzjoni bil-L-arġinina permezz tal-ilma tax-xorb. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni tqis li għall-użu tal-L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 bħala komposti aromatizzanti, ir-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-iffissar ta’ kontenuti massimi. Sabiex ikun jista’ jkun hemm kontroll aħjar, jenħtieġ li l-kontenut massimu rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabżu tali kontenuti, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tal-premixxeli kkonċernati. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija “addittivi nutrittivi”, il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, imlieħ u analogi”, u l-kategorija “addittivi sensorjali”, il-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal, 2025 23(2), e9258. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9258.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||||
|
3c367 |
L-arġinina |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-arġinina ≥ 98 % (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 Isem IUPAC: aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74–79-3 Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-arġinina fl-addittiv tal-għalf u fl-ilma:
Għad-determinazzjoni tal-arġinina fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Id-29 ta’ Settembru 2035 |
||||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||
|
3c367 |
L-arġinina |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-arġinina ≥ 98 % (fuq il-bażi ta’ materja niexfa) Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-arġinina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80387 Isem IUPAC: aċidu (S)-2-ammino-5-gwanidinopentanojku Formula kimika: C6H14N4O2 Numru CAS: 74–79-3 Metodu analitiku (2) Għall-identifikazzjoni tal-L-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-arġinina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-arġinina fil-premixxeli:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Id-29 ta’ Settembru 2035 |
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1787/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)