6.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


P9_TA(2019)0011

L-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019: is-surplus mill-2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Settembru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2018 (11730/2019 – C9-0115/2019 – 2019/2021(BUD))

(2021/C 171/11)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 44 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018 (2),

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2019 (COM(2019)0300),

—

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11730/2019 – C9-0115/2019),

—

wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0005/2019),

A.

billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2019 is-surplus tas-sena finanzjarja 2018, u li jammonta għal EUR 1 802 miljun;

B.

billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR 1 274,6 miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR 527,8 miljun;

C.

billi mil-lat tad-dħul, l-akbar differenza tirriżulta minn imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR 1 312,6 miljun), bl-eżitu tal-baġit kompost minn multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta' inadempjenza, pagamenti ta' penali oħra u mgħax marbuta ma' multi u pagamenti ta' penali;

D.

billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq EUR 322,2 miljun għall-2018 (li minnhom EUR 120 miljun mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza) u EUR 68 miljun għar-riporti tal-2017, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR 75,9 miljun għall-2018 u EUR 61,6 miljun għar-riporti tal-2017;

1.

Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2018, għal ammont ta' EUR 1 803 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.

Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-multi tal-kompetizzjoni fl-2018 ammontaw għal EUR 1 149 miljun; iqis mill-ġdid li, minbarra kull surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni, il-baġit tal-Unjoni għandu jkun jista' jerġa' juża kull dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagamenti tard mingħajr tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet tal-ING; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu favur iż-żieda tar-riżerva proposta tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss b'ammont ekwivalenti għad-dħul li jirriżulta minn multi u penali;

3.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 67, 7.3.2019.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.