|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1481 |
18.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1481
tat-18 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 (1). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Novembru 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni, li fiha l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha tennew il-kundanna qawwija tagħhom tal-ġlied kontinwu bejn il-Forzi Armati Sudaniżi (SAF) u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu (RSF) u l-milizzji affiljati rispettivi tagħhom. Id-dikjarazzjoni ddeplorat ukoll l-eskalazzjoni drammatika tal-vjolenza u d-dannu irreparabbli li sar għall-ħajja tan-nies fid-Darfur u fil-pajjiż kollu, kif ukoll il-ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jenħtieġ li żewġ individwi u żewġ entitajiet jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135. |
|
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-jdata tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
taħt l-intestatura “A. Lista ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 2(1)”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
taħt l-intestatura “B. Lista ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)”, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1481/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)