5.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 40/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10115—PAI Partners/Apleona Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 40/08)

1.   

Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PAI Partners SAS (“PAI Partners”, Franza),

—

Apleona Group GmbH (“Apleona Group”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn EQT AB (l-Isvezja).

PAI Partners takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Apleona Group.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PAI Partners: kumpanija ta’ ekwità privata li tiġġestixxi u toffri konsulenza lil numru ta’ fondi li huma sidien ta’ kumpaniji f’diversi setturi tan-negozju, bħas-servizzi tan-negozju, il-prodotti tal-ikel u tal-konsumatur, l-industriji ġenerali, il-kura tas-saħħa, u l-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni. L-investiment tagħha jiffoka fuq kumpaniji Ewropej medji sa kbar, prinċipalment bi kwartieri ġenerali fi Franza. Fl-UE, il-kumpaniji ta’ portafoll ta’ PAI Partner huma prinċipalment attivi fi Franza, il-Ġermanja u Spanja,

—

Apleona Group: attiv fil-ġestjoni integrata tal-faċilitajiet u l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli bis-servizzi kummerċjali kollha, il-kummerċjalizzazzjoni u l-kiri tal-proprjetà immobbli. Huwa attiv f’aktar minn 30 pajjiż u għandu fokus ċar fuq in-negozju fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Iżvizzera. Huwa proprjetà ta’ fond ta’ investiment li huwa parti mill-grupp EQT, grupp ta’ fondi ta’ investiment privat li finalment huwa kkontrollat minn EQT AB.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10115—PAI Partners/Apleona Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.