European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2204

30.8.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2204

tad-29 ta’ Awwissu 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja

(notifikata bid-dokument C(2024) 6221)

(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regulament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi.

(2)

F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa tal-mard tal-kategorija A, inkluż infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta jrid ikollha żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dak il-mard, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5)

Wara d-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat oħra tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini u kaprini fl-unità reġjonali ta’ Larisa, Attica tal-Punent, Corinthia, Rodopi, Ilia, Iraklio, Triala, Drama u Karditsa. Minħabba f’hekk, komplew jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u żoni ristretti ulterjuri fi Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132, u l-aħħar emenda bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2168 (5).

(6)

Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2168, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’sitt tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini u kaprini, erbgħa fl-unità reġjonali ta’ Larisa, waħda fl-unità reġjonali ta’ Corinthia u waħda fl-unità reġjonali ta’ Ilia, li lkoll jinsabu fil-limiti taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ żoni ristretti ulterjuri diġà stabbiliti wara tifqigħat preċedenti fl-istess żoni.

(7)

Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, b’mod spazjali u temporali, biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fil-Greċja u fil-bqija tal-Unjoni, u biex jiġu aġġustati d-dati tar-reġjonalizzazzjoni. Għaldaqstant, il-lista taż-żoni ristretti stabbilita fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jeħtieġ tiġi emendata.

(8)

Id-daqs taż-żoni ristretti u t-tul tal-perjodu tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza u fiż-żoni ristretti ulterjuri jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda. It-tul tal-perjodu tal-miżuri jenħtieġ li jqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir ta’ tixrid ulterjuri tal-marda għax dawn it-tifqigħat il-ġodda ġew irrapportati aktar minn ġimagħtejn sa tliet ġimgħat wara l-konferma tal-ewwel tifqigħat fl-istess unitajiet reġjonali, fatt li jindika persistenza taċ-ċirkolazzjoni tal-mard.

(9)

Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u biex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda, jeħtieġ ikun żgurat li ma jkunx hemm movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri, u li jiġu esklużi d-derogi possibbli mill-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-annimali kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 għal ċertu perjodu taż-żmien biex ikun evitat it-tixrid tal-marda fuq distanzi twal.

(10)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Greċja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(11)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Awwissu 2024.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 tat-30 ta’ Lulju 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2014 (ĠU L, 2024/2132, 31.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2132/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2168 tad-19 ta’ Awwissu 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja (ĠU L, 2024/2168, 20.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2168/oj).


ANNESS

A.   Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Unità reġjonali ta’ Trikala

GR-PPR-2024-00001

GR-PPR-2024-00002

GR-PPR-2024-00003

GR-PPR-2024-00004

GR-PPR-2024-00006

GR-PPR-2024-00007

GR-PPR-2024-00015

GR-PPR-2024-00047

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.74240, Long. 21.5816 (2024/1), Lat. 39.74582, Long. 21.58346 (2024/2), Lat. 39.738997, Long. 21.58565 (2024/3), Lat. 39.73900 Long. 21.58565 (2024/4), Lat.39.74907, Long.21.58515 (2024/6), Lat. 39.73803, Long.21.58583 (2024/7), Lat.39.61299, Long.21.94638 (2024/15), Lat. 39.73134, Long. 21.60611326 (2024/47)

1.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Trikala, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.74240, Long. 21.5816 (2024/1), Lat. 39.74582, Long. 21.58346 (2024/2), Lat. 39.738997, Long. 21.58565 (2024/3), Lat. 39.73900 Long. 21.58565 (2024/4), Lat.39.74907, Long.21.58515 (2024/6), Lat. 39.73803, Long.21.58583 (2024/7), Lat.39.61299, Long.21.94638 (2024/15), Lat. 39.73134, Long. 21.60611326 (2024/47), excluding the areas contained in the protection zone

10.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.74240, Long. 21.5816 (2024/1), Lat. 39.74582, Long. 21.58346 (2024/2), Lat. 39.738997, Long. 21.58565 (2024/3), Lat. 39.73900 Long. 21.58565 (2024/4), Lat.39.74907, Long.21.58515 (2024/6), Lat. 39.73803, Long.21.58583 (2024/7), Lat.39.61299, Long.21.94638 (2024/15), Lat. 39.73134, Long. 21.60611326 (2024/47)

2.9.2024 – 10.9.2024

Unità reġjonali ta’ Larisa

GR-PPR-2024-00005

GR-PPR-2024-00008

GR-PPR-2024-00009

GR-PPR-2024-00010

GR-PPR-2024-00011

GR-PPR-2024-00012

GR-PPR-2024-00013

GR-PPR-2024-00014

GR-PPR-2024-00016

GR-PPR-2024-00018

GR-PPR-2024-00019

GR-PPR-2024-00020

GR-PPR-2024-00021

GR-PPR-2024-00022

GR-PPR-2024-00024

GR-PPR-2024-00025

GR-PPR-2024-00039

GR-PPR-2024-00043

GR-PPR-2024-00048

GR-PPR-2024-00049

GR-PPR-2024-00050

GR-PPR-2024-00051

GR-PPR-2024-00052

Protection zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long.22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long.22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long. 22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long.22.55791(2024/14), Lat 39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat. 39.73416, Long. 22.39829 (2024/18), Lat 39.70568, Long. 22.54803 (2024/19), Lat 39.72117, Long. 22.55795 (2024/20), Lat 39.71224, Long. 22.55537 (2024/21), Lat 39.72519, Long. 22.55152 (2024/22), Lat 39.71893611, Long. 22.55735556 (2024/24), Lat 39.71858331, Long. 22.55214023 (2024/25), Lat 39.68830556, Long. 22.54872222 (2024/39), Lat 39.77855287, Long. 22.09637457 (2024/43), Lat 39.79906389, Long. 22.09781667 (2024/48), Lat 39.723063, Long. 22.56726 (2024/49), Lat 39.715987, Long. 22.544177 (2024/50), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/51), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/52)

13.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long. 22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long.22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long. 22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long.22.55791(2024/14), Lat 39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat. 39.73416, Long. 22.39829 (2024/18), Lat 39.70568, Long. 22.54803 (2024/19), Lat 39.72117, Long. 22.55795 (2024/20), Lat 39.71224, Long. 22.55537 (2024/21), Lat 39.72519, Long. 22.55152 (2024/22), Lat 39.71893611, Long. 22.55735556 (2024/24), Lat 39.71858331, Long. 22.55214023 (2024/25), Lat 39.68830556, Long. 22.54872222 (2024/39), Lat 39.77855287, Long. 22.09637457 (2024/43), Lat 39.79906389, Long. 22.09781667 (2024/48), Lat 39.723063, Long. 22.56726 (2024/49), Lat 39.715987, Long. 22.544177 (2024/50), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/51), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/52),

excluding the areas contained in the protection zone

22.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Larisa and Trikala, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.80302, Long.22.09358 (2024/5), Lat.39.79371, Long. 22.09587 (2024/8), Lat.39.78486, Long.22.09857(2024/9), Lat.39.78106, Long. 22.09151 (2024/10), Lat.39.78088, Long.22.09469 (2024/11), Lat.39.72800, Long.22.14268 (2024/12), Lat.39.71114, Long.22.56483 (2024/13), Lat.39.71725, Long.22.55791(2024/14), Lat 39.75311, Long.22.53438 (2024/16), Lat. 39.73416, Long. 22.39829 (2024/18), Lat 39.70568, Long. 22.54803 (2024/19), Lat 39.72117, Long. 22.55795 (2024/20), Lat 39.71224, Long. 22.55537 (2024/21), Lat 39.72519, Long. 22.55152 (2024/22), Lat 39.71893611, Long. 22.55735556 (2024/24), Lat 39.71858331, Long. 22.55214023 (2024/25), Lat 39.68830556, Long. 22.54872222 (2024/39), Lat 39.77855287, Long. 22.09637457 (2024/43) Lat 39.79906389, Long. 22.09781667 (2024/48), Lat 39.723063, Long. 22.56726 (2024/49), Lat 39.715987, Long. 22.544177 (2024/50), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/51), Lat 39.77315833, Long. 22.56333889 (2024/52)

14.9.2024–22.9.2024

Unità reġjonali ta’ Corinthia

GR-PPR-2024-00017

GR-PPR-2024-00026

GR-PPR-2024-00030

GR-PPR-2024-00036

GR-PPR-2024-00037

GR-PPR-2024-00038

GR-PPR-2024-00040

GR-PPR-2024-00041

GR-PPR-2024-00042

GR-PPR-2024-00053

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53)

12.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), excluding the areas contained in the protection zone

21.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53)

13.9.2024–21.9.2024

Unità reġjonali ta’ Attica tal-Punent

GR-PPR-2024-00023

Protection zone:

Those parts of the regional units of West Attica and Boeotia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.111862, Long. 23.54668 (2024/23)

28.8.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of West Attica and Boeotia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.111862, Long. 23.54668 (2024/23) excluding the areas contained in the protection zone

6.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of West Attica and Boeotia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.111862, Long. 23.54668 (2024/23)

29.8.2024–6.9.2024

Unità reġjonali ta’ Aetolia-Acarnania

GR-PPR-2024-00031

GR-PPR-2024-00045

GR-PPR-2024-00046

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46)

1.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46), excluding the areas contained in the protection zone

10.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Aetolia-Acarnania, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.87143056, Long. 20.90533611 (2024/31) Lat. 38.50446, Long. 21.14739722 (2024/45), Lat. 38.59527778, Long. 21.37666667 (2024/46)

2.9.2024–10.9.2024

Unità reġjonali ta’ Drama

GR-PPR-2024-00035

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Drama contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.03121667, Long. 24.17715278 (2024/35)

28.8.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional units of Drama, Kavala and Serres, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.03121667, Long. 24.17715278 (2024/35), excluding the areas contained in the protection zone

6.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Drama, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.03121667, Long. 24.17715278 (2024/35)

29.8.2024–6.9.2024

Unità reġjonali ta’ Ilia

GR-PPR-2024-00033

GR-PPR-2024-00034

GR-PPR-2024-00054

Protection zone:

Those parts of the regional units of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34),Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54)

13.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34), Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54), excluding the areas contained in the protection zone

22.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Ilia and Arcadia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.854873, Long. 21.229961 (2024/33), Lat. 37.704207, Long. 21.774086 (2024/34), Lat. 37.85390172, Long. 21.23147573 (2024/54)

14.9.2024–22.9.2024

Unità reġjonali ta’ Iraklio

GR-PPR-2024-00027

GR-PPR-2024-00028

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Iraklio, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 34.978053, Long. 25.126796 (2024/27), Lat. 34.995229, Long. 25.18261 (2024/28)

26.8.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Iraklio, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 34.978053, Long. 25.126796 (2024/27), Lat. 34.995229, Long. 25.18261 (2024/28) excluding the areas contained in the protection zone

4.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Iraklio, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 34.978053, Long. 25.126796 (2024/27), Lat. 34.995229, Long. 25.18261 (2024/28)

27.8.2024–4.9.2024

Unità reġjonali ta’ Karditsa

GR-PPR-2024-00032

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Karditsa, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.36265, Long. 21.97359 (2024/32)

27.8.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Karditsa, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.36265, Long. 21.97359 (2024/32) excluding the areas contained in the protection zone

5.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Karditsa, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.36265, Long. 21.97359 (2024/329

28.8.2024–5.9.2024

Unità reġjonali ta’ Rodopi

GR-PPR-2024-00029

GR-PPR-2024-00044

Protection zone:

Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44)

1.9.2024

Surveillance zone:

Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44), excluding the areas contained in the protection zone

10.9.2024

Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Rodopi, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.14330077, Long. 25.30596084 (2024/29), Lat. 41.14492222, Long. 25.30926 (2024/44)

2.9.2024–10.9.2024

B.   Żoni ristretti ulterjuri

Reġjun

Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Greċja kif imsemmi Artikolu 1

Data sa meta applikabbli

Reġjun ta’ Thessaly

The following regional units:

—

Trikala

—

Larisa

—

Karditsa

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

22.9.2024

The following regional units:

—

Trikala

—

Larisa

—

Karditsa

23.9.2024–22.10.2024

Reġjun tal-Maċedonja tal-Punent

The regional unit of Grevena

10.10.2024

Reġjun ta’ Attica

—

The following regional units:

—

West Athens

—

West Attica

—

Piraeus

—

In the regional unit of East Attica, the following municipalities

—

Acharnes

—

Oropos

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

6.9.2024

—

The following regional units:

—

West Athens

—

West Attica

—

Piraeus

—

In the regional unit of East Attica, the following municipalities:

—

Acharnes

—

Oropos

7.9.2024–6.10.2024

Reġjun tal-Greċja Ċentrali

In the regional unit of Boeotia, the municipality of Tanagra, excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

6.9.2024

In the regional unit of Boeotia, the municipality of Tanagra.

7.9.2024–6.10.2024

Reġjun ta’ Peloponnese

—

In regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

21.9.2024

—

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

—

Sikyona

—

Xylokastro-Evrostina

—

Velo-Vocha

—

Nemea

—

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

—

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

22.9.2024–21.10.2024

Reġjun tal-Greċja tal-Punent

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

21.9.2024

In the regional unit of Achaea the following municipal units:

—

Aigeira

—

Akrata

—

Kleitoria

22.9.2024–21.10.2024

The regional unit of Aetolia-Acarnania excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

10.9.2024

The regional unit of Aetolia-Acarnania

11.9.2024–10.10.2024

The regional unit of Ilia excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

22.9.2024

The regional unit of Ilia

23.9.2024–22.10.2024

Reġjun ta’ Kreta

The regional unit of Iraklio excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

4.9.2024

 

The regional unit of Iraklio

5.9.2024–4.10.2024

Reġjun tal-Maċedonja tal-Lvant u ta’ Thrace

In the regional unit of Rodopi the following municipalities:

—

Iasmos

—

Komotini

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

10.9.2024

In the regional unit of Rodopi the following municipalities:

—

Iasmos

—

Komotini

11.9.2024–10.10.2024

In the regional unit of Drama:

—

The municipalities of Doxato and Prosotsani

—

The municipal units of Drama and Nikiforos

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

6.9.2024

In the regional unit of Drama:

—

The municipalities of Doxato and Prosotsani

—

The municipal units of Drama and Nikiforos

7.9.2024–6.10.2024

In the regional unit of Serres the municipal units of:

—

Alistrati

—

Rodolivous

—

Kormista

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

6.9.2024

In the regional unit of Serres the municipal units of:

—

Alistrati

—

Rodolivous

—

Kormista

7.9.2024–6.10.2024

In the regional unit of Kavala the municipal units of :

—

Filippoi

—

Eleftheroupoli

—

Piereon

—

Paggaio

excluding the areas included in any protection or surveillance zone.

6.9.2024

In the regional unit of Kavala the municipal units of :

—

Filippoi

—

Eleftheroupoli

—

Piereon

—

Paggaio

7.9.2024–6.10.2024


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2204/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)