|
22.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 13/2010
tad-29 ta’ Janner 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2009/45/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tiħassar taħt il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-test fil-punt 56f (id-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE) tal-Anness XIII tal-Ftehim għandu jinbidel bi:
“ 32009 L 0045: Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).”.
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/45/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 42.
(2) ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1.
(3) ĠU L 144, 15.5.1998, p. 1.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.