|
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
437 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Marzu 2006
dwar l-għotja ta' derogi biex is-sistemi ta' l-istatistika ta' l-Isati Membri jiġu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 706)
(It-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Iżvediż, bil-Malti, bil-Portugiż, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2006/209/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar il-ġabra ta' kontijiet trisemestrali mhux finanzjarji mis-settur istituzzjonali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talbiet mir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, l-Irlanda, ir-Repubblika ta' Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tas-Slovakkja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 jispeċifika l-lista ta' data trisemestrali li trid tiġi trażmessa mit-3 ta' Jannar 2006 'il quddiem. |
|
(2) |
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 jistipula li d-derogi minn dak ir-Regolament jistgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni jekk is-sistemi nazzjonali ta' statistika jeħtieġu adattament kbir. Tali derogi m'għandhomx idumu aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament. |
|
(3) |
Numru ta' awtoritajiet ta' Stati Membri talbu, permezz ta' ittra, biex jingħataw id-derogi skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005. |
|
(4) |
Mill-informazzjoni pprovduta lill-Eurostat, jidher li t-talbiet għall-derogi ta' l-Istati Membri huma ġejjin mill-bżonn ta' emendi kbar fis-sistemi nazzjonali ta' l-istatistika sabiex jikkonformaw bis-sħiħ mar-Regolament (KE) Nru 1161/2005. Il-ġabra tal-kontijiet trisemestrali mhux finanzjarji mis-settur istituzzjonali titlob sorsi addizzjonali ta' data, l-iżvilupp ta' għodod ġodda ta' l-isatistika u d-disinn u l-implimentazzjoni tas-sistema ta' produzzjoni li hija kapaċi tilħaq skandenzi qosra. Id-derogi mitluba għandhom għalhekk jingħataw, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-derogi huma hawnhekk mogħtija lill-Istati Membri mniżżla fl-Anness, skond il-kundizzjonijiet u soġġetti għal-limiti stipulati fih, sabiex jippermetti lil dawk l-Istati Membri biex iġibu is-sistemi nazzjonali ta' l-istatistika rispettivi f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1161/2005.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika ta' l-Estonja, lir-Repubblika Ellenika, lill-Irlanda, lir-Repubblika ta' Ċipru, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika ta' l-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Repubblika Portugiża, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika tas-Slovakkja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju ta' l-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmula fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2006.
Għall-Kummissjoni
Joaquin ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Derogi mir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 (1)
|
Stat Membru |
Fatturi varjabbli |
Tmiem tad-deroga |
||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Il-fatturi varjabbli kollha għas-setturi S13 u S2 |
l-1 ta' Jannar 2008 |
||||||
|
Id-Danimarka |
Il-fatturi varjabbli kollha |
l-1 ta' April 2008 |
||||||
|
L-Estonja |
Għas-setturi S13: D41-riżorsi, D4N-riżorsi, D71, D72-riżorsi, D7N u K2-użi |
l-1 ta' Jannar 2007 |
||||||
|
Il-Greċja |
Il-fatturi varjabbli kollha |
fil-11 ta' Awissu 2008. |
||||||
|
L-Irlanda |
Il-fatturi varjabbli kollha ħlief għas-setturi S13 u S2 |
fil-11 ta' Awissu 2008. |
||||||
|
Ċipru |
Data b'lura għas-settur S13 matul il-prejodu [1999Q1-2003Q4] |
l-1 ta' April 2008 |
||||||
|
Għas-settur S2: D1, D2-riżorsi, D21-riżorsi, D29-riżorsi, D3-użi, D31-użi, D39-użi, D4, D41, D4N |
l-1 ta' Ottubru 2007 |
|||||||
|
Għas-settur S2: D5, D6, D61, D62, D7, D71, D72, D7N, D8, D9, D91-użi, D9N, K2-użi, B9 u B12 |
il-11 ta' Awissu 2008. |
|||||||
|
Il-Lussemburgu |
Għas-settur S2: D4, D41, D4N, D7, D71, D72, D7N, D8, D9, D9N u B12 |
l-1 ta' April 2008 |
||||||
|
L-Ungerija |
Data b'lura għas-settur S13 matul il-prejodu [1999Q1-2003Q4] |
l-1 ta' Jannar 2007 |
||||||
|
Il-fatturi varjabbli kollha għas-settur S2 |
l-1 ta' Lulju 2008 |
|||||||
|
Malta |
Il-fatturi varjabbli kollha għas-settur S2 |
l-1 ta' Jannar 2008 |
||||||
|
Il-Portugall |
It-Trażmissjoni limitata għal dawn il-varjabbli li ġejjin:
Il-fatturi varjabbli t’hawn fuq huma trażmessi fuq Q+100 jiem (kalenderji) minflok Q+95 jiem (kalendarji). |
il-11 ta' Awissu 2008. |
||||||
|
Is-Slovenja |
Il-fatturi varjabbli kollha għas-setturi S13 u S2 |
l-1 ta' Jannar 2007 |
||||||
|
Is-Slovakkja |
Il-fatturi varjabbli kollha għas-setturi S13 u S2 |
l-1 ta' Jannar 2008 |
||||||
|
Il-Finlandja |
Il-fatturi varjabbli kollha |
l-1 ta' April 2008 |
||||||
|
L-Iżvezja |
Għas-settur S13: P31-użi, P32-użi, B7G Għas-settur S14_15: B7G |
il-11 ta' Awissu 2008. |
||||||
|
Ir-Renju Unit |
Għas-settur S1N: D2-użi, D21-użi, D3-riżorsi, D31-riżorsi, B1G u B1N Għas-setturi S11 u S12: D1-użi, D2-użi, D29-użi, D3-riżorsi, D39-riżorsi, B1G u B1N Għas-settur S13: B1G u B1N Għas-settur S14_15: D1-użi, D2-użi, D29-użi, D3-riżorsi, D39-riżorsi, B1G u B1N Għas-settur S2: D1-użi |
l-1 ta' Jannar 2008 |
(1) Derogi mniżżla f'din it-tabella ma jappellawx għall-varjabbli li ġew trażmessi taħt il-programm ta' trażmissjoni ESA95 (Anness B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96) u l-emendi sussegwenti; skond ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 246/2000 jew skond ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.