Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 4 - Il-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 223
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0142 - 0142
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0123 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0270 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0060 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 223 L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu magħżula minn fost persuni li ma jkunx hemm dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li għandhom il-kwalifiki kollha meħtieġa biex fil-pajjiżi rispettivi tagħhom jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet ġudizzjarji, jew li huma ġurikonsulti ta’ kompetenza magħrufa, jiġu maħturin bi qbil komuni għal sitt snin mill-gvernijiet ta l-Istati Membri. Kull tliet snin jiġi magħmul tibdil parzjali ta’ l-Imħallfin u ta’ l-Avukati Ġenerali, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-Imħallfin jaħtru minn fosthom il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja għal tliet snin. Jista’ jarġa’ jinħatar. L-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali li jirtiraw jistgħu jerġgħu jinħatru. Il-Qorti tal-Ġustizzja taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tagħha. Dawn ir-regoli jkunu jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. --------------------------------------------------