|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2480 |
16.12.2025 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA FI PROGRAMMI TAL-UNJONI
L-UNJONI EWROPEA,
u
L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin l-“Unjoni”,
minn naħa waħda, u
IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Iżvizzera”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħin il-“Partijiet Kontraenti”,
FILWAQT LI JAFFERMAW MILL-ĠDID il-prijorità għolja li jagħtu lir-relazzjonijiet speċjali bejn l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-Iżvizzera, abbażi tal-prossimità, il-valuri kondiviżi u l-identità Ewropea tagħhom;
FILWAQT LI JIBNU FUQ l-għanijiet komuni u l-konnessjonijiet mill-qrib bejn il-Partijiet Kontraenti li jirriżultaw mill-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata u l-fiżika tal-plażma, magħmul fi Brussell fl-14 ta’ Settembru 1978, il-Ftehim Qafas għall-kooperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Konfederazzjoni Żvizzera, magħmul fi Brussell u Bern fit-8 ta’ Jannar 1986, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-sħubija tal-Iżvizzera fl-Intrapriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, magħmul fi Brussell fit-28 ta’ Novembru 2007, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-implimentazzjoni konġunta tal-Proġett ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER u l-Ftehim bejn l-Euratom u l-Gvern tal-Ġappun għall-implimentazzjoni konġunta tal-Attivitajiet ta' Approċċ Usa' fil-qasam tar-riċerka tal-enerġija mill-fużjoni għat-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera, magħmul fi Brussell fit-28 ta’ Novembru 2007, u l-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jassoċja l-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija, magħmul fi Brussell fil-5 ta’ Diċembru 2014;
BILLI l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Euratom”) ikkonkludiet il-Ftehim dwar l-Istabbiliment tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ITER”), il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Proġett ITER (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim dawr il-Privileġġi u l-Immuitarjiet ta’ ITER”), u l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Gvern tal-Ġappun għall-Implimentazzjoni Konġunta tal-Attivitajiet ta' Approċċ Usa' fil-Qasam tar-Riċerka tal-Enerġija mill-Fużjoni (3) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta’ Approċċ Usa’”);
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (4);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU x-xewqa komuni tal-Partijiet Kontraenti li jkomplu jiżviluppaw, isaħħu, jistimulaw u jestendu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni tagħhom fl-attivitajiet relatati mal-ITER, abbażi tal-ugwaljanza, ir-reċiproċità u bilanċ ġenerali tal-benefiċċji, id-drittijiet u l-obbligi;
IQISU l-isforzi tal-Unjoni Ewropea sabiex tmexxi r-rispons billi tingħaqad mas-sħab internazzjonali tagħha sabiex tindirizza l-isfidi globali f’konformità mal-pjan ta’ azzjoni għan-nies, għall-pjaneta u għall-prosperità tan-Nazzjonijiet Uniti intitolat “Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda tal-2030 għal Żvilupp Sostenibbli”;
FILWAQT LI JIXTIEQU li jiġi konkluż ftehim fit-tul dwar il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi kwalunkwe programm tal-Unjoni u li jipprovdu l-bażi legali għal tali kooperazzjoni;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-objettiv kondiviż tal-Partijiet Kontraenti li jikkonsolidaw u japprofondixxu l-kooperazzjoni fit-tul u ta’ suċċess tagħhom, b’mod partikolari fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ispazju, il-fużjoni u l-fissjoni nukleari, u l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ, l-isport u l-kultura, kif ukoll oqsma oħra ta’ interess komuni, bħat-trasformazzjoni diġitali u l-azzjoni fil-qasam tas-saħħa, li jippermetti l-parteċipazzjoni aktar sistematika tal-Iżvizzera fil-programmi tal-Unjoni fil-futur;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Orizzont Ewropa”) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025, li jikkomplementa l-Orizzont Ewropa (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Euratom”);
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-objettivi taż-żona Ewropea tar-riċerka mġedda – jiġifieri li tinbena żona xjentifika u teknoloġika komuni, jinħoloq suq uniku għar-riċerka u l-innovazzjoni, titrawwem u tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-universitajiet, u l-iskambju ta’ prattika tajba u karrieri attraenti fir-riċerka, tiġi ffaċilitata l-mobbiltà transfruntiera u intersettorjali tar-riċerkaturi, jitrawwem il-moviment liberu tal-għarfien xjentifiku u l-innovazzjoni, jiġi promoss ir-rispett għal-libertà akkademika u l-libertà tar-riċerka xjentifika, jiġu appoġġati l-edukazzjoni xjentifika u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, u jiġu mħeġġa l-kompetittività u l-attraenza tal-ekonomiji parteċipanti – u li l-pajjiżi assoċjati mal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni huma sħab potenzjali ewlenin f’dan l-isforz;
FILWAQT LI JENFASIZZAW ir-rwol tas-Sħubijiet Ewropej, li jindirizzaw xi wħud mill-aktar sfidi urġenti tal-Ewropa permezz ta’ inizjattivi miftiehma ta’ riċerka u innovazzjoni li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni li jeħtieġu viżjoni kritika tal-massa u fit-tul, u l-importanza tal-involviment tal-pajjiżi assoċjati f’tali Sħubijiet Ewropej;
FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu kundizzjonijiet reċiprokament vantaġġużi sabiex joħolqu impjiegi deċenti, isaħħu u jappoġġaw l-ekosistemi tal-innovazzjoni tal-Partijiet Kontraenti billi jgħinu lill-kumpaniji jinnovaw u jespandu fis-swieq tal-Partijiet Kontraenti u jiffaċilitaw l-adozzjoni kif ukoll l-użu u l-aċċessibbiltà tal-innovazzjoni, inklużi attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-parteċipazzjoni reċiproka fil-programmi ta’ xulxin għandha tipprovdi benefiċċji reċiproċi, u li kull Parti Kontraenti tagħmel l-aħjar sforzi biex tiftaħ il-programmi tagħha lill-Parti Kontraenti l-oħra, filwaqt li tqis in-natura tagħhom u tirrikonoxxi li l-Partijiet Kontraenti jirriżervaw id-dritt tagħhom li jillimitaw jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’dawk il-programmi, b’mod partikolari għal raġunijiet ta’ sigurtà, inkluż għal azzjonijiet relatati mal-assi jew l-interessi strateġiċi tagħhom;
FILWAQT LI JIRREFERU għall-possibbiltà ta’ differenzi bejn l-orjentazzjonijiet tal-programmi tal-Unjoni u l-programmi u l-miżuri Żvizzeri;
BILLI l-objettivi ġenerali tal-Programm Euratom huma li jwettaq attivitajiet ta’ riċerka u taħriġ nukleari, b’enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, kif ukoll li jikkomplementa l-kisba tal-objettivi tal-Programm Orizzont Ewropa, fost oħrajn, fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija, u li jrawwem l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni;
BILLI l-Ftehim ITER, skont l-Artikolu 21 tiegħu, japplika għall-Iżvizzera, li tipparteċipa fil-programm tal-Euratom bħala Stat terz assoċjat bis-sħiħ;
BILLI l-Euratom hija membru tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom, l-Iżvizzera se tkun membru ta’ dik l-Impriża Konġunta bħala Stat terz wara li tassoċja l-programm ta’ riċerka tagħha mal-programm tal-Euratom;
BILLI l-Ftehim ta’ Approċċ Usa’, skont l-Artikolu 26 tiegħu, japplika għall-Iżvizzera, li tipparteċipa fil-programm tal-Euratom bħala Stat terz assoċjat b’mod sħiħ;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji li ġġib magħha l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni Ewropea li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi;
FILWAQT LI JENFASIZZAW l-ħtieġa li tiġi ssalvagwardjata, żviluppata u promossa d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u li jiżdiedu l-kompetittività u l-potenzjal ekonomiku tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari s-settur awdjoviżiv;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-objettivi u l-prinċipji ġenerali tal-programmi tal-Unjoni fis-setturi kulturali u awdjoviżivi huma essenzjali mil-lat kulturali, demokratiku, ambjentali, soċjali u ekonomiku u huma partikolarment rilevanti għas-soċjetajiet u s-setturi kulturali tagħna li qed jiffaċċjaw sfidi attwali marbuta mal-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li dawk il-prinċipji, li huma riflessi wkoll fil-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (Unesco, United Nations Educational, Scientific and Cultural Organization) tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, huma segwiti mill-Iżvizzera, li qed tiffaċċja sfidi simili u għandha l-istess prinċipji, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn il-persuni kollha, il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-libertà tal-espressjoni u l-libertà artistika;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali;
FILWAQT LI JENFASIZZAW li t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna toffri opportunitajiet enormi għat-tkabbir u l-impjiegi, tista’ tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika u l-kompetittività globali tagħna, u tista’ ssaħħaħ id-diversità kreattiva u kulturali;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li tali żviluppi trasformattivi jirrikjedu ħidma mas-sħab internazzjonali tal-Unjoni fl-akbar trasparenza u abbażi ta’ għanijiet u valuri komuni, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għall-interessi tas-sigurtà taż-żewġ Partijiet Kontraenti;
FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu kooperazzjoni vantaġġuża b’mod reċiproku sabiex isaħħu u jappoġġaw l-użu ta’ kapaċitajiet diġitali affidabbli u siguri tal-Partijiet Kontraenti, bħal fil-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, il-cloud edge computing u l-ispazji tad-data, il-ħiliet diġitali avvanzati, u l-varar u l-aħjar użu tal-kapaċitajiet diġitali u l-interoperabbiltà, u li jiffaċilitaw l-adozzjoni kif ukoll l-użu u l-aċċessibbiltà ta’ soluzzjonijiet diġitali mal-Partijiet Kontraenti;
FILWAQT LI JENFASIZZAW l-importanza li jiġi appoġġat, permezz tat-tagħlim tul il-ħajja, l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi ta’ kwalità u l-koeżjoni soċjali, biex jixpruna l-innovazzjoni, u biex isaħħaħ l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-għanijiet komuni, il-valuri u r-rabtiet b’saħħithom tal-Partijiet Kontraenti fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, u jirrikonoxxu x-xewqa komuni tal-Partijiet Kontraenti li jkomplu jiżviluppaw, isaħħu, jistimulaw u jestendu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni tagħhom fihom;
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm EU4Health”) (8) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm EU4Health”), b’mod partikolari fir-rigward ta’ partijiet speċifiċi rilevanti tal-Programm EU4Health, kif koperti mill-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-Saħħa (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim dwar is-Saħħa”);
FILWAQT LI JAQSMU l-objettivi ġenerali tal-Programm EU4Health biex in-nies fl-Unjoni jiġu protetti minn theddid transfruntier serju għas-saħħa;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-għanijiet komuni, il-valuri u r-rabtiet b’saħħithom tal-Partijiet Kontraenti fil-qasam tas-saħħa u jirrikonoxxu x-xewqa komuni tal-Partijiet Kontraenti li jiżviluppaw, isaħħu, jistimulaw u jestendu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni tagħhom fihom;
FILWAQT LI GĦANDHOM L-GĦAN LI tiżdied il-firxa tal-kooperazzjoni tagħhom, bil-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim mill-aktar fis possibbli;
FILWAQT LI JFITTXU li jiżguraw li l-entitajiet kollha fdati bl-implimentazzjoni ta’ proġetti jew azzjonijiet li fir-rigward tagħhom ikunu ttieħdu impenji legali skont il-kundizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ikunu jistgħu jlestu dawk il-proġetti jew azzjonijiet anki fil-każ tal-waqfien tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu jew tat-terminazzjoni tiegħu;
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li r-relazzjoni mill-qrib bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni hija ta’ benefiċċju għall-Partijiet Kontraenti;
FILWAQT LI JFITTXU li jistabbilixxu qafas dejjiemi għall-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti b’kundizzjonijiet ċari għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi programmi u attivitajiet tal-Unjoni kif ukoll mekkaniżmu li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ tali parteċipazzjoni fi programmi jew attivitajiet individwali tal-Unjoni,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Suġġett
Dan il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi kwalunkwe programm jew attività tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li hija miftuħa għall-parteċipazzjoni tagħha u li hija elenkata fi protokoll ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“att bażiku” tfisser:
|
|
(b) |
“ftehim ta’ finanzjament” tfisser kwalunkwe ftehim relatat ma’ programm jew attività tal-Unjoni, kif identifikat fil-protokolli ta’ dan il-Ftehim, li fih tipparteċipa l-Iżvizzera u li jimplimenta fondi tal-Unjoni, bħal ftehimiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ kontribuzzjoni, ftehimiet qafas ta’ sħubija finanzjarja, ftehimiet ta’ finanzjament u ftehimiet ta’ garanzija; |
|
(c) |
“regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni” tfisser regoli stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament Finanzjarju”) li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, u fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħiet jew fi proċeduri oħra ta’ għoti tal-Unjoni; |
|
(d) |
“Unjoni” tfisser l-Unjoni jew il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jew it-tnejn li huma; |
|
(e) |
“proċedura ta’ għoti tal-Unjoni” tfisser proċedura għall-għoti ta’ finanzjament tal-Unjoni mnedija mill-Unjoni jew minn persuni jew entitajiet fdati bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni; |
|
(f) |
“entità Żvizzera” tfisser kwalunkwe tip ta’ entità, kemm jekk persuna fiżika, persuna legali jew tip ieħor ta’ entità, li tista’ tipparteċipa f’attivitajiet ta’ programm jew attività tal-Unjoni f’konformità mal-att bażiku u li tirrisjedi fl-Iżvizzera jew li hija stabbilita fl-Iżvizzera skont il-liġi Żvizzera. |
Artikolu 3
Stabbiliment tal-parteċipazzjoni
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fi, u tikkontribwixxi għal, il-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, li huma miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’konformità mal-atti bażiċi msemmija u koperti mill-protokolli ta’ dan il-Ftehim.
2. Għal kull qafas finanzjarju pluriennali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“QFP”) ġdid, wara li l-atti bażiċi li jistabbilixxu l-programmi tal-Unjoni jkunu daħlu fis-seħħ u dment li dawk il-programmi tal-Unjoni jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi inkluża l-Iżvizzera, il-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 16 ta’ dan il-Ftehim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat Konġunt”) għandu jiddiskuti l-kontinwità bla xkiel tal-kooperazzjoni stabbilita b’dan il-Ftehim qabel is-sottomissjoni ta’ ittra li tesprimi l-intenzjoni tal-Iżvizzera li tipparteċipa fi programm tal-Unjoni.
3. It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi kwalunkwe programm jew attività partikolari tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu stabbiliti fil-protokolli ta’ dan il-Ftehim. Il-protokolli ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiġu emendati mill-Kumitat Konġunt.
4. Il-protokolli ta’ dan il-Ftehim għandhom:
|
(a) |
jidentifikaw il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li fihom għandha tipparteċipa l-Iżvizzera; |
|
(b) |
jistabbilixxu d-durata tal-parteċipazzjoni, jiġifieri l-perjodu li matulu l-Iżvizzera u l-entitajiet Żvizzeri jistgħu japplikaw għal finanzjament mill-Unjoni jew jistgħu jiġu fdati bl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni; |
|
(c) |
jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera u entitajiet Żvizzeri, inklużi modalitajiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet finanzjarji kif stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 ta’ dan il-Ftehim, modalitajiet speċifiċi għall-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi strutturi maħluqa għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi jew attivitajiet tal-Unjoni; dawn il-kundizzjonijiet għandhom jikkonformaw ma' dan il-Ftehim u mal-atti bażiċi u mal-atti ta' istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni li jistabbilixxu tali strutturi; |
|
(d) |
fejn applikabbli, jistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżvizzera għal programm tal-Unjoni implimentat permezz ta’ strument finanzjarju jew garanzija baġitarja, soġġett għal kwalunkwe modalità speċifika msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dan il-Ftehim. |
Artikolu 4
Konformità mar-regoli tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-programmi jew fl-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, koperti mill-protokolli ta’ dan il-Ftehim skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim, f’dawk il-protokolli, fl-atti bażiċi u f’regoli oħra li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni ta’ dawk il-programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom.
2. It-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:
|
(a) |
l-eliġibbiltà tal-entitajiet Żvizzeri u kwalunkwe kundizzjoni oħra ta’ eliġibbiltà relatata mal-Iżvizzera, b’mod partikolari mal-oriġini, mal-post tal-attività jew man-nazzjonalità; |
|
(b) |
it-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni, il-valutazzjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet u għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mill-entitajiet Żvizzeri eliġibbli. |
3. It-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-entitajiet eliġibbli tal-Istati Membri, inkluż ir-rispett għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni, adottati skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-“TFUE”), sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, dwar il-mobbiltà ta’ persuni u l-moviment ta’ merkanzija u servizzi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom
1. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, magħmul fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni”) jew fil-liġi nazzjonali Żvizzera, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi jew fl-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 3 tal-Ftehim, li jirrikjedu l-mobbiltà tal-persuni bejn l-Unjoni u l-Iżvizzera, jew fl-Iżvizzera, għall-implimentazzjoni ta’ tali programmi tal-Unjoni għandha tkun bil-kundizzjoni li l-Iżvizzera tiżgura li:
|
(a) |
ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità fir-rigward tal-mobbiltà tal-persuni għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet għall-persuni biex jiċċaqilqu lejn l-Iżvizzera u fl-Iżvizzera fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni ma jkunux jinvolvu piżijiet amministrattivi jew finanzjarji mhux ġustifikati; u |
|
(c) |
il-kundizzjonijiet għall-persuni biex jaċċessaw servizzi fl-Iżvizzera li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni huma l-istess bħal dawk għaċ-ċittadini Żvizzeri; dan jikkonċerna, b’mod partikolari, kwalunkwe tariffa relatata mal-parteċipazzjoni f’attività ffinanzjata minn programm tal-Unjoni, u huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola aktar favorevoli dwar it-tariffi li tista’ tapplika fil-kuntest tal-Programm Erasmus+. |
2. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni jew fid-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-parteċipazzjoni li timplika l-mobbiltà ta’ persuni bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni, jew fl-Unjoni, għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tiżgura li:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet għall-persuni biex jiċċaqilqu lejn l-Unjoni u fl-Unjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni ma jkunux jinvolvu piżijiet amministrattivi jew finanzjarji mhux ġustifikati; u |
|
(b) |
il-kundizzjonijiet għall-persuni biex jaċċessaw servizzi fl-Unjoni li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni huma l-istess bħal dawk għaċ-ċittadini tal-Unjoni; dan jikkonċerna, b’mod partikolari, kwalunkwe tariffa relatata mal-parteċipazzjoni f’attività ffinanzjata minn programm tal-Unjoni, u huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola aktar favorevoli dwar it-tariffi li tista’ tapplika fil-kuntest tal-Programm Erasmus+. |
3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jiffaċilitaw il-moviment transfruntier ta’ oġġetti u servizzi maħsuba għall-użu fl-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet eżistenti.
4. Il-protokolli ta’ dan il-Ftehim jistgħu jistabbilixxu termini u kundizzjonijiet speċifiċi ulterjuri li jirreferu għal dan l-Artikolu li huma meħtieġa għall-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programmi jew fl-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom.
Artikolu 6
Parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-governanza tal-programmi jew tal-attivitajiet
1. Ħlief fejn dawn jikkonċernaw punti riżervati biss għall-Istati Membri jew li huma marbuta ma’ programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, li fihom l-Iżvizzera ma tkunx qed tipparteċipa, ir-rappreżentanti jew l-esperti tal-Iżvizzera, jew l-esperti maħtura mill-Iżvizzera, għandhom jitħallew jieħdu sehem bħala osservaturi fil-kumitati, fil-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti jew f’laqgħat simili oħra fejn jieħdu sehem rappreżentanti jew esperti tal-Istati Membri, jew esperti maħtura mill-Istati Membri, u li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li fihom l-Iżvizzera tipparteċipa f’konformità mal-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim jew li jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ dawk il-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom. Ir-rappreżentanti jew l-esperti tal-Iżvizzera, jew l-esperti maħtura mill-Iżvizzera, ma għandhomx ikunu preżenti fil-ħin tal-votazzjoni. L-Iżvizzera għandha tiġi infurmata bir-riżultat tal-votazzjoni.
2. Meta l-esperti jew l-evalwaturi ma jiġux maħtura abbażi tan-nazzjonalità, in-nazzjonalità ma għandhiex tkun raġuni biex jiġu esklużi l-esperti jew l-evalwaturi tal-Iżvizzera.
3. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Iżvizzera fil-laqgħat imsemmija f’dak il-paragrafu, jew f’laqgħat oħra relatati mal-implimentazzjoni ta’ programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, għandha tkun irregolata mill-istess regoli u proċeduri bħal dawk applikabbli għar-rappreżentanti tal-Istati Membri, dwar id-drittijiet tal-kelma, il-wasla ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni, sakemm ma tikkonċernax punti riżervati biss għall-Istati Membri jew b’rabta ma’ programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, li fihom l-Iżvizzera ma tkunx qed tipparteċipa, u r-rimborż tal-kostijiet tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza.
4. Il-protokolli ta’ dan il-Ftehim jistgħu jiddefinixxu aktar termini u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-esperti, kif ukoll il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-bordijiet ta’ tmexxija u l-istrutturi maħluqa għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ programmi jew attivitajiet tal-Unjoni definiti fil-protokolli rispettivi ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 7
Kundizzjonijiet finanzjarji
1. Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera jew tal-entitajiet Żvizzeri fil-programmi jew fl-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, għandha tkun soġġetta għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Iżvizzera għall-finanzjament korrispondenti taħt il-baġit tal-Unjoni.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tieħu l-forma tas-somma ta’:
|
(a) |
kontribuzzjoni operazzjonali; u |
|
(b) |
tariffa ta’ parteċipazzjoni. |
3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tieħu l-forma ta’ pagament annwali magħmul f’pagament wieħed jew aktar.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, it-tariffa għall-parteċipazzjoni għandha tkun ta’ 4 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali annwali u ma għandhiex tkun soġġetta għal aġġustamenti retrospettivi ħlief fir-rigward tas-sospensjoni skont l-Artikolu 19. F’każ ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 19, it-tariffa għall-parteċipazzjoni għandha tiġi aġġustata f’konformità mal-aġġustament tal-kontribuzzjoni operazzjonali. Mill-2028, il-livell tat-tariffa għall-parteċipazzjoni jista’ jiġi aġġustat mill-Kumitat Konġunt.
5. Il-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tkopri n-nefqa operazzjonali u ta’ appoġġ u tkun addizzjonali kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-ammonti mdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottati b’mod definittiv għal programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, miżjuda, fejn xieraq, bi dħul assenjat estern li ma jirriżultax minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra, kif definit fi protokoll ta’ dan il-Ftehim.
6. Il-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tkun ibbażata fuq koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit bħala l-proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“PDG”) tal-Iżvizzera bil-prezzijiet tas-suq mal-PDG tal-Unjoni bil-prezzijiet tas-suq. Għal dak l-għan, iċ-ċifri għall-PDG bil-prezzijiet tas-suq tal-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu l-aħħar ċifri disponibbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena li fiha jsir il-pagament annwali kif previst mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika, magħmul fil-Lussemburgu fis-26 ta’ Ottubru 2004. Jekk dak il-ftehim ma jibqax japplika, il-PDG tal-Iżvizzera għandu jkun dak stabbilit abbażi tad-data pprovduta mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
7. Il-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tkun ibbażata fuq l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn inizjali miżjuda kif deskritt fil-paragrafu 5 imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni adottat b’mod definittiv għas-sena applikabbli għall-finanzjament tal-programmi jew l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera.
8. It-tariffa ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha l-valuri li ġejjin fis-snin 2025 sa 2027:
|
— |
2025: 2,5 %; |
|
— |
2026: 3 %; |
|
— |
2027: 4 %. |
9. Fuq talba, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi lill-Iżvizzera b’informazzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni finanzjarja tagħha kif inkluża fl-informazzjoni relatata mal-baġit, il-kontabbiltà, il-prestazzjoni u l-evalwazzjoni pprovduta lill-awtoritajiet baġitarji u tal-kwittanza tal-Unjoni dwar il-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera. Dik l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’kunsiderazzjoni xierqa għar-regoli tal-Unjoni u tal-Iżvizzera dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data u hija mingħajr preġudizzju għall-informazzjoni li l-Iżvizzera hija intitolata li tirċievi skont l-Artikolu 12.
10. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha tal-Iżvizzera jew il-pagamenti mill-Unjoni, u l-kalkolu tal-ammonti dovuti jew li għandhom jiġu riċevuti, għandhom isiru f’euro.
11. Dispożizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma stabbiliti fil-protokolli rispettivi ta’ dan il-Ftehim kif ukoll fl-Anness ta’ dan il-Ftehim dwar Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni Finanzjarja.
Artikolu 8
Programm u attivitajiet li għalihom japplika l-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kontribuzzjoni operazzjonali
1. Jekk ikun previst hekk fi protokoll ta’ dan il-Ftehim, il-kontribuzzjoni operazzjonali ta’ programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, għas-sena N tista’ tiġi aġġustata ’l fuq u ’l isfel b’mod retrospettiv f’sena sussegwenti waħda jew aktar abbażi tal-impenji baġitarji magħmula fuq l-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ dik is-sena, l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta’ impenji legali u d-diżimpenn tagħhom.
2. L-ewwel aġġustament għandu jsir fis-sena N+1 meta l-kontribuzzjoni operazzjonali għandha tiġi aġġustata bid-differenza bejn il-kontribuzzjoni inizjali u kontribuzzjoni aġġustata kkalkulata bl-applikazzjoni tal-kjavi tal-kontribuzzjoni tas-sena N, aġġustata permezz tal-applikazzjoni ta’ koeffiċjent jekk il-protokoll ikkonċernat jipprevedi dan, għas-somma ta’:
|
(a) |
l-ammont ta’ impenji baġitarji magħmula fuq approprjazzjonijiet ta’ impenn awtorizzati fis-sena N taħt il-baġit tal-Unjoni u fuq approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għal diżimpenji li reġgħu saru disponibbli; u |
|
(b) |
kwalunkwe approprjazzjoni ta’ dħul assenjat estern li ma tirriżultax minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra koperti fil-protokolli ta’ dan il-Ftehim u li kienet disponibbli fi tmiem is-sena N. |
3. Kull sena sussegwenti, sakemm l-impenji baġitarji kollha ffinanzjati taħt l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li joriġinaw mis-sena N ikunu tħallsu jew ġew diżimpenjati u mhux aktar tard minn 3 snin wara tmiem il-programm tal-Unjoni jew wara tmiem il-QFP li jikkorrispondi għas-sena N, skont liema jiġi l-ewwel, l-Unjoni għandha tikkalkula aġġustament tal-kontribuzzjoni tas-sena N billi tnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera bl-ammont miksub bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni, aġġustat jekk il-protokoll ikkonċernat jipprevedi dan, tas-sena N għad-diżimpenji magħmula kull sena fuq l-impenji tas-sena N iffinanzjati taħt il-baġit tal-Unjoni jew mid-diżimpenji li jerġgħu jsiru disponibbli.
4. Jekk l-approprjazzjonijiet ta’ dħul assenjat estern li ma jirriżultawx minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi u attivitajiet tal-Unjoni minn donaturi oħra koperti mill-protokolli ta’ dan il-Ftehim jiġu kkanċellati, il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-programm jew l-attività tal-Unjoni kkonċernati, jew partijiet minnhom, għandha titnaqqas bl-ammont miksub bl-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni, aġġustat jekk il-protokoll ikkonċernat jipprevedi dan, tas-sena N għall-ammont ikkanċellat.
5. Fis-sena N+2 jew fis-snin sussegwenti, wara li jkunu saru l-aġġustamenti msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għas-sena N għandha titnaqqas ukoll b’ammont miksub bil-multiplikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għas-sena N u l-proporzjon ta’:
|
(a) |
l-impenji legali tas-sena N, iffinanzjati taħt kwalunkwe approprjazzjoni ta’ impenn disponibbli fis-sena N, u li jirriżultaw minn proċeduri ta’ għoti kompetittivi:
|
|
(b) |
l-ammont totali ta’ impenji legali ffinanzjati taħt kwalunkwe approprjazzjoni ta’ impenn tas-sena N. |
6. L-ammont ta’ impenji legali, kif iddeterminat skont il-paragrafu 5, għandu jiġi kkalkulat billi jittieħdu l-impenji baġitarji kollha magħmula fis-sena N u jitnaqqsu d-diżimpenji li jkunu saru fuq dawk l-impenji fis-sena N+1.
Artikolu 9
Programmi u attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li għalihom japplika mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika
1. Mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika għandu japplika fir-rigward ta’ programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, li għalihom l-applikazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika hija prevista fl-att bażiku li jistabilixxi dak il-programm jew dik l-attività tal-Unjoni u fil-protokoll rilevanti ta’ dan il-Ftehim. L-applikazzjoni ta’ dak il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika tista’ tkun limitata għal partijiet tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni speċifikati fil-protokoll rilevanti ta’ dan il-Ftehim li jiġu implimentati permezz ta’ għotjiet li għalihom jiġu organizzati sejħiet kompetittivi. Regoli dettaljati dwar l-identifikazzjoni tal-partijiet tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni li għalihom japplika jew ma japplikax il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika jistgħu jiġu stabbiliti f’dak il-protokoll.
2. L-ammont tal-korrezzjoni awtomatika għal programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, għandu jkun id-differenza bejn l-ammonti inizjali tal-impenji legali li fil-fatt daħlu għalihom l-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-sena inkwistjoni u l-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti mħallsa mill-Iżvizzera kif aġġustata skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim jekk il-protokoll rilevanti ta’ dan il-Ftehim jipprevedi tali aġġustament, eskluża n-nefqa ta’ appoġġ, li tkopri l-istess perjodu.
3. Kwalunkwe ammont imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li għal kull waħda minn sentejn konsekuttivi jaqbeż it-8 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti tal-Iżvizzera għall-programm tal-Unjoni kif aġġustat skont l-Artikolu 8 għandu jkun dovut mill-Iżvizzera bħala kontribuzzjoni addizzjonali skont il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika għal kull waħda minn dawk is-sentejn.
4. Regoli dettaljati dwar l-istabbiliment tal-ammonti rilevanti tal-impenji legali msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż fil-każ ta’ konsorzji, u dwar il-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika jistgħu jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ dan il-Ftehim dwar id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni Finanzjarja.
Artikolu 10
Finanzjament fir-rigward tal-programmi tal-Unjoni implimentati permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji
1. Meta, f’konformità mal-Artikolu 3, l-Iżvizzera tipparteċipa fi programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, li tiġi implimentata permezz ta’ strumenti finanzjarji jew garanziji baġitarji skont ir-Regolament Finanzjarju, l-Iżvizzera għandha tipprovdi kontribuzzjoni għal dawk l-istrumenti finanzjarji jew il-garanziji baġitarji f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u l-att bażiku li jistabbilixxi l-programm jew l-attività tal-Unjoni.
L-ammont ikkontribwit għandu jżid il-garanzija baġitarja tal-Unjoni jew il-pakkett finanzjarju tal-istrument finanzjarju.
2. Fejn xieraq, il-modalitajiet għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu speċifikati aktar fil-protokoll rilevanti.
Artikolu 11
Rieżamijiet u awditi
1. L-Unjoni għandu jkollha d-dritt li twettaq, f’konformità mal-atti applikabbli ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni wieħed jew aktar u kif previst fil-ftehimiet u fil-kuntratti rilevanti, rieżamijiet u awditi tekniċi, xjentifiċi, finanzjarji, jew tipi oħra ta’ rieżamijiet u awditi fil-bini ta’ kwalunkwe persuna fiżika residenti jew kwalunkwe entità legali stabbilita fl-Iżvizzera u li tirċievi finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni residenti jew stabbiliti fl-Iżvizzera. Tali rieżamijiet u awditi jistgħu jitwettqu mill-aġenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew minn persuni oħra b’mandat mill-Kummissjoni Ewropea. Meta jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fit-territorju tal-Iżvizzera, l-aġenti u l-korpi investigattivi tal-Unjoni għandhom jaġixxu b’mod konsistenti mal-liġi Żvizzera.
2. L-aġenti tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u l-persuni l-oħra inkarigati mill-Kummissjoni Ewropea, għandu jkollhom aċċess xieraq għal siti, xogħlijiet u dokumenti, kemm f’verżjonijiet elettroniċi kif ukoll fuq il-karta, u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu tali awditi, inkluż id-dritt li jiksbu kopja fiżika jew elettronika ta’, jew estratti minn, kwalunkwe dokument jew il-kontenut ta’ kwalunkwe mezz ta’ data miżmum mill-persuna fiżika jew legali awditjata, jew mill-parti terza awditjata.
3. L-Iżvizzera ma għandhiex tipprevjeni jew tqajjem xi ostaklu partikolari għad-dritt ta’ dħul fl-Iżvizzera jew għall-aċċess għall-bini minn aġenti jew ta’ persuni oħra msemmija fil-paragrafu 2 abbażi tal-eżerċizzju tad-dmirijiet imsemmija f’dan l-Artikolu.
4. Ir-rieżamijiet u l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jitwettqu wara s-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ dan il-Ftehim skont l-Artikolu 19, il-waqfien tal-applikazzjoni provviżorja jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, skont it-termini stabbiliti fl-atti applikabbli ta’ istituzzjoni jew korp tal-Unjoni wieħed jew aktar jew kif previst fil-ftehimiet u fil-kuntratti rilevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe impenn legali li jimplimenta l-baġit tal-Unjoni li tkun daħlet għalih l-Unjoni qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-protokoll rilevanti, jew il-waqfien tal-applikazzjoni provviżorja jew it-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 12
Ġlieda kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“OLAF”) għandhom ikunu awtorizzati jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-protokolli tiegħu, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, fit-territorju tal-Iżvizzera. Dawk l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-atti applikabbli ta’ istituzzjoni tal-Unjoni waħda jew aktar. Meta jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom fit-territorju tal-Iżvizzera, l-aġenti u l-korpi investigattivi tal-Unjoni għandhom jaġixxu b’mod konsistenti mal-liġi Żvizzera.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-OLAF fi żmien raġonevoli bi kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih relatat ma’ irregolarità, frodi jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u l-protokolli tiegħu.
3. Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu fil-bini ta’ kwalunkwe persuna fiżika residenti fl-Iżvizzera jew entità legali stabbilita fl-Iżvizzera u li tirċievi fondi tal-Unjoni, kif ukoll ta’ kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni residenti jew stabbiliti fl-Iżvizzera.
4. Il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-OLAF f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtorità tal-awditjar Żvizzera kompetenti li għandha tiġi nnotifikata fi żmien raġonevoli minn qabel dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jkunu jistgħu jipprovdu assistenza. Għal dak l-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-verifiki u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.
5. Fuq talba mill-awtoritajiet Żvizzeri, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea jew mal-OLAF.
6. L-aġenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-persunal tal-OLAF għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, inkluża d-data tal-kompjuter, dwar l-operazzjonijiet ikkonċernati li huma meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kontrolli u tal-ispezzjonijiet fuq il-post. Huma jistgħu, b’mod partikolari, jikkupjaw id-dokumenti rilevanti.
7. Meta l-persuna, l-entità jew parti terza oħra tirreżisti verifika jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-regoli u r-regolamenti nazzjonali, għandhom jassistu lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-OLAF, biex jippermettulhom iwettqu dmirijiethom fit-twettiq ta’ verifika jew spezzjoni fuq il-post. Din l-assistenza għandha tinkludi t-teħid ta’ miżuri xierqa ta’ prekawzjoni skont il-liġi nazzjonali, b’mod partikolari sabiex tiġi ssalvagwardjata l-evidenza.
8. Il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet Żvizzeri bir-riżultati ta’ tali kontrolli u spezzjonijiet. B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF għandhom jirrapportaw malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità tal-awditjar Żvizzera kompetenti kwalunkwe fatt jew suspett relatat ma’ irregolarità li jkunu saru jafu bih matul il-verifika jew l-ispezzjoni fuq il-post.
9. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt kriminali tal-Iżvizzera, il-Kummissjoni Ewropea tista’ timponi miżuri u penali amministrattivi fuq kwalunkwe entità Żvizzera li tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta’ programm jew attività tal-Unjoni f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
10. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF u l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jiskambjaw regolarment informazzjoni u, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti, jikkonsultaw lil xulxin.
11. Sabiex tiffaċilita l-kooperazzjoni effettiva u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-OLAF, l-Iżvizzera għandha taħtar punt ta’ kuntatt.
12. L-informazzjoni skambjata bejn il-Kummissjoni Ewropea jew l-OLAF u l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandha ssir b’kunsiderazzjoni xierqa għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità. Id-data personali inkluża fl-iskambju ta’ informazzjoni għandha tiġi protetta f’konformità mar-regoli applikabbli.
13. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“UPPE”) dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih relatat ma’ irregolarità, frodi jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta dawk il-fatti jew suspetti jikkonċernaw każ li jista’ jaqa’ taħt il-kompetenza tal-UPPE. F’każijiet fejn ikun hemm investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji mressqa mill-UPPE jew mill-Iżvizzera li jikkonċernaw reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew tal-Iżvizzera fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera u l-Unjoni għandhom jiżguraw assistenza reċiproka effettiva, f’konformità mal-qafas legali applikabbli, bil-ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jissodisfaw id-dmir tagħhom li jinvestigaw, iħarrku u jressqu quddiem il-qrati tagħhom l-awturi u l-kompliċi ta’ tali reati kriminali.
Artikolu 13
Emendi għall-Artikoli 11 u 12
Il-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Artikoli 11 u 12 biex iqis il-bidliet li jsiru fl-atti ta’ istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni.
Artikolu 14
Irkupru u infurzar
1. Deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea li timponi obbligu pekunjarju fuq persuni legali jew fiżiċi għajr l-Istati fir-rigward ta’ kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta minn programmi, attivitajiet, proġetti jew azzjonijiet tal-Unjoni għandha tkun infurzabbli fl-Iżvizzera. L-ordni għall-infurzar tagħha għandha tiġi mehmuża ma’ tali deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra ħlief verifika tal-awtentiċità ta’ dik id-deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali maħtura għal dak l-għan mill-Gvern tal-Iżvizzera. L-infurzar għandu jsir f’konformità mal-liġi u r-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Deċiżjonijiet infurzabbli tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jitqiesu bħala titoli infurzabbli fis-sens tal-Att Federali Żvizzeru tal-11 ta’ April 1889 dwar l-Infurzar tad-Dejn u l-Falliment (DEBA), u mhux soġġetti għal rieżami fuq il-merti quddiem il-qrati Żvizzeri. Il-Gvern tal-Iżvizzera għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bl-awtorità nazzjonali maħtura tiegħu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu. F’konformità mal-Artikolu 15, il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun intitolata tinnotifika deċiżjonijiet infurzabbli direttament lil persuni residenti u entitajiet legali stabbiliti fl-Iżvizzera.
2. Is-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mogħtija b’applikazzjoni ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f’kuntratt jew fi ftehim fir-rigward ta’ programmi, attivitajiet, proġetti jew azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera bl-istess mod bħad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 1.
3. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tirrieżamina l-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea msemmija fil-paragrafu 1 u biex tissospendi l-infurzar tagħhom. Madankollu, il-qrati Żvizzeri għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed jitwettaq b’mod irregolari.
Artikolu 15
Komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni involuti fl-implimentazzjoni ta’ programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, jew fil-kontroll ta’ tali programmi jew attivitajiet, għandhom ikunu intitolati li jikkomunikaw direttament, inkluż permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku, ma’ kwalunkwe persuna fiżika residenti fl-Iżvizzera jew entità legali stabbilita fl-Iżvizzera li tirċievi finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll ma’ kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni li tirrisjedi jew li hija stabbilita fl-Iżvizzera. Tali persuni, entitajiet u partijiet terzi jistgħu jippreżentaw direttament lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma meħtieġa jissottomettu abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-programm jew l-attività tal-Unjoni u abbażi ta’ kwalunkwe kuntratt jew ftehim ta’ finanzjament konkluż għall-implimentazzjoni ta’ dak il-programm jew attività.
Artikolu 16
Kumitat Konġunt dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni
1. Kumitat Konġunt dwar il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni huwa b’dan stabbilit. Il-Kumitat Konġunt għandu:
|
(a) |
jiżgura l-funzjonament xieraq u l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim u l-protokolli tiegħu, inklużi l-valutazzjoni, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-implimentazzjoni tagħhom, u, b’mod partikolari:
|
|
(b) |
f’kooperazzjoni mal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar is-Saħħa (il-“Kumitat Konġunt dwar is-Saħħa”), jiżgura il-funzjonament xieraq u l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi programmi għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (10), għal kwistjonijiet koperti f’dan il-Ftehim biss; u b’mod partikolari:
|
2. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jittieħdu b’kunsens. Id-deċiżjonijiet għandhom jorbtu lill-Partijiet Kontraenti.
3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti.
4. Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi kwalunkwe grupp ta’ ħidma/ jew korp konsultattiv fuq bażi ad hoc fil-livell ta’ esperti biex jassisti fit-twettiq tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
5. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kopresedut minn rappreżentant ta’ kull waħda mill-Partijiet Kontraenti.
6. Il-Kumitat Konġunt għandu jaħdem fuq bażi kontinwa permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni rilevanti bi kwalunkwe mezz ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni u l-prestazzjoni tal-entitajiet Żvizzeri. Il-Kumitat Konġunt jista’, b’mod partikolari, iwettaq il-kompiti tiegħu bil-miktub kull meta tinqala’ l-ħtieġa.
7. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, f’alternazzjoni bejn Brussell u Bern, sakemm il-kopresidenti ma jiddeċidux mod ieħor. Għandu jiltaqa’ wkoll fuq it-talba ta’ xi waħda mill-Partijiet Kontraenti. Il-kopresidenti jistgħu jaqblu li laqgħa tal-Kumitat Konġunt issir permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.
8. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu fl-ewwel laqgħa tiegħu.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
1. Dan il-Ftehim għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
2. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-aħħar notifika dwar l-istrumenti li ġejjin:
|
(a) |
Il-Protokoll Istituzzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni; |
|
(b) |
Il-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni; |
|
(c) |
Il-Protokoll Istituzzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru; |
|
(d) |
Il-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru; |
|
(e) |
Il-Protokoll dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport bl-ajru; |
|
(f) |
Il-Protokoll Istituzzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq; |
|
(g) |
Il-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq; |
|
(h) |
Il-Protokoll dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri permezz tal-linji tal-ferrovija u tat-triq; |
|
(i) |
Il-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ tal-prodotti agrikoli; |
|
(j) |
Il-Protokoll Istituzzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku; |
|
(k) |
Il-Protokoll ta’ Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità; |
|
(l) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja regolari tal-Iżvizzera lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fl-Unjoni Ewropea; |
|
(m) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali. |
Artikolu 18
Applikazzjoni provviżorja
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju, f’konformità mal-proċeduri u l-leġiżlazzjoni interni rispettivi tagħhom, mill-1 ta’ Jannar 2025. Jekk id-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim tkun wara l-15 ta’ Novembru 2025, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw dan il-Ftehim b’mod provviżorju, skont il-proċeduri u l-leġiżlazzjoni interni rispettivi tagħhom, mill-1 ta’ Jannar 2026.
2. L-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandha tieqaf sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2028 jekk l-Iżvizzera ma tkunx lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-istrumenti elenkati fl-Artikolu 17 sa dik id-data.
3. Meta l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim tieqaf f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-kontribuzzjoni operazzjonali Żvizzera kif imsemmija fl-Artikolu 7 għandha tkun dovuta mingħajr l-aġġustament previst fl-Artikolu 8 jew il-korrezzjoni prevista fl-Artikolu 9.
4. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li proġetti jew azzjonijiet li fir-rigward tagħhom ikunu saru impenji legali matul l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim għandhom ikomplu sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet li jistabbilixxi.
Artikolu 19
Sospensjoni
1. L-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ dan il-Ftehim tista’ tiġi sospiża mill-Unjoni fir-rigward ta’ programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom:
|
(a) |
jekk l-Iżvizzera tonqos milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 5(1), u tali nuqqas ikollu impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni ta’ dak il-programm jew attività, jew parti minnhom; |
|
(b) |
fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas parzjali jew sħiħ tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta mill-Iżvizzera skont dak il-programm jew attività. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ pagament li jista’ jipperikola b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ programm jew attività tal-Unjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat ittra formali ta’ tfakkira. Meta ma jsir l-ebda pagament fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-wasla ta’ dik l-ittra formali ta’ tfakkira, is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-protokoll rilevanti ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi nnotifikata mill-Kummissjoni Ewropea lill-Iżvizzera permezz ta’ ittra formali ta’ notifika li għandha tidħol fis-seħħ 15-il jum wara li l-Iżvizzera tkun irċeviet dik in-notifika; |
|
(c) |
fil-każijiet previsti fl-Artikolu 16 tal-Ftehim dwar is-Saħħa fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa. |
2. Fil-każ li l-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ dan il-Ftehim tiġi sospiża, l-entitajiet Żvizzeri ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw fi proċeduri ta’ għoti li jkunu għadhom ma tlestewx meta tidħol fis-seħħ is-sospensjoni. Proċedura ta’ għoti għandha tiġi kkunsidrata li tlestiet meta jkunu ttieħdu l-impenji legali b’riżultat ta’ dik il-proċedura.
3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ dan il-Ftehim ma taffettwax l-impenji legali li jkunu daħlu għalihom l-entitajiet Żvizzeri skont il-programm jew l-attività tal-Unjoni kkonċernati qabel ma tkun daħlet fis-seħħ is-sospensjoni. Il-protokoll rilevanti ta’ dan il-Ftehim għandu jkompli japplika għal tali impenji legali.
4. L-Unjoni għandha tinnotifika minnufih lill-Iżvizzera ladarba l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta jkun wasal għand l-Unjoni. Is-sospensjoni għandha titneħħa b’effett immedjat malli ssir din in-notifika.
5. Mid-data li fiha titneħħa s-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ dan il-Ftehim, l-entitajiet Żvizzeri għandhom jerġgħu jkunu eliġibbli fi proċeduri ta’ għoti mnedija taħt il-programm jew l-attività tal-Unjoni kkonċernati wara din id-data u fi proċeduri ta’ għoti mnedija qabel din id-data, li għalihom l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ma jkunux skadew.
6. Jekk, wara sitt xhur mill-bidu ta’ sospensjoni f’konformità mal-paragrafu 1, iċ-ċirkostanzi li kkawżaw is-sospensjoni jippersistu, l-Unjoni tista’ ttemm unilateralment il-protokoll sospiż b’rabta mal-programm jew l-attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, ikkonċernati.
Artikolu 20
Terminazzjoni
1. Parti Kontraenti tista’ ttemm dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra.
2. Dan il-Ftehim ma għandux jibqa’ fis-seħħ 6 xhur wara l-wasla tan-notifika bil-miktub imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Fejn dan il-Ftehim jiġi tterminat skont dan l-Artikolu, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li:
|
(a) |
il-proġetti jew l-azzjonijiet li fir-rigward tagħhom ikunu saru impenji legali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, u qabel ma jiġi tterminat, għandhom ikomplu sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim; |
|
(b) |
il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għal programm jew attività tal-Unjoni tas-sena N li matulha dan il-Ftehim jiġi tterminat għandha titħallas kompletament f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim u ma’ kwalunkwe regola rilevanti fil-protokoll ikkonċernat. Fejn japplika l-mekkaniżmu ta’ aġġustament, il-kontribuzzjoni operazzjonali għall-programm jew l-attività rilevanti tas-sena N għandha tiġi aġġustata f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim. Għal programmi jew attivitajiet tal-Unjoni fejn japplikaw kemm il-mekkaniżmu ta’ aġġustament kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika, il-kontribuzzjoni operazzjonali rilevanti tas-sena N għandha tiġi aġġustata f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim u għandha tiġi kkoreġuta f’konformità mal-Artikolu 9 tiegħu. Għal programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, fejn japplika biss il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni, il-kontribuzzjoni operazzjonali rilevanti tas-sena N għandha tiġi kkoreġuta f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim. It-tariffa għall-parteċipazzjoni mħallsa għas-sena N bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja għal programm jew attività tal-Unjoni ma għandhiex tiġi aġġustata jew ikkoreġuta; |
|
(c) |
meta japplika l-mekkaniżmu ta’ aġġustament, wara s-sena li matulha dan il-Ftehim jiġi tterminat, il-kontribuzzjonijiet operazzjonali għal programm jew attività tal-Unjoni mħallsa għas-snin li matulhom ġie applikat dan il-Ftehim għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-Artikolu 8. Għall-programmi jew attivitajiet tal-Unjoni fejn japplikaw kemm il-mekkaniżmu ta’ aġġustament kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika, dawk il-kontribuzzjonijiet operazzjonali għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-Artikolu 8 kkoreġuti awtomatikament f’konformità mal-Artikolu 9. Għal programmi jew attivitajiet tal-Unjoni fejn japplika biss il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika, il-kontribuzzjonijiet operazzjonali rilevanti għandhom jiġu kkoreġuti awtomatikament f’konformità mal-Artikolu 9. |
4. Soġġett għall-paragrafu 3, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tista’ tintemm fil-każijiet previsti fl-Artikolu 16 tal-Ftehim dwar is-Saħħa.
5. Soġġett għall-paragrafu 3, u minkejja kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja f’dan il-Ftehim, il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fi programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa għandha tieqaf fl-istess jum li fih il-Ftehim dwar is-Saħħa ma jibqax fis-seħħ.
6. Il-Partijiet Kontraenti għandhom isolvu b’kunsens komuni kwalunkwe konsegwenza oħra tat-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 21
Annessi u Protokolli
Il-Protokolli u l-Anness ta’ dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.
Dan il-Ftehim huwa abbozzat f’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.
B’XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim.
(1) ĠU UE L 358, 16.12.2006, p. 62, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/943(1)/oj.
(2) ĠU UE L 358, 16.12.2006, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/943(2)/oj.
(3) ĠU UE L 246, 21.9.2007, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2007/614/oj.
(4) ĠU UE L 90, 30.3.2007, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/198/oj.
(5) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU UE L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perijodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (ĠU UE L 167, I, 12.5.2021, p. 81, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/765/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU UE L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU UE L 107, 26.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/522/oj).
(9) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU UE L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(10) Għall-perjodu 2021-2027 dan huwa l-Programm EU4Health kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (ĠU UE L 107, 26.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/522/oj).
ANNESS
ANNESS DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI FINANZJARJA
1.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-Iżvizzera, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mis-16 ta’ April ta’ kull sena finanzjarja, l-informazzjoni li ġejja għal kull programm jew attività tal-Unjoni, jew parti minnhom, li fiha tipparteċipa l-Iżvizzera:|
(a) |
l-ammonti f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-Unjoni adottati b’mod definittiv għas-sena inkwistjoni għal-linji baġitarji li jkopru l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’konformità mal-protokolli ta’ dan il-Ftehim u, jekk rilevanti, l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ dħul assenjat estern li ma jirriżultawx minn kontribuzzjoni finanzjarja minn donaturi oħra f’dawk il-linji baġitarji; |
|
(b) |
l-ammont tat-tariffa ta’ parteċipazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim; |
|
(c) |
mis-sena N+1 tal-implimentazzjoni ta’ programm inkluż fil-protokolli ta’ dan il-Ftehim, l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għas-sena baġitarja N u l-livell ta’ diżimpenn; |
|
(d) |
għall-programmi, jew partijiet minnhom, li għalihom japplika l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim, fejn tali informazzjoni tkun meħtieġa biex tiġi kkalkulata l-korrezzjoni awtomatika, il-livell ta’ impenji meħuda favur l-entitajiet Żvizzeri mqassma skont is-sena korrispondenti tal-approprjazzjonijiet baġitarji u l-livell totali relatat tal-impenji. |
Abbażi tal-abbozz tal-baġit tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi stima tal-informazzjoni skont il-punti (a) u (b) malajr kemm jista’ jkun, jekk possibbli matul Ġunju, u mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena finanzjarja.
2.
Il-valur totali tas-sejħa għall-fondi għal sena partikolari għandu jiġi stabbilit billi jiġi applikat l-ammont annwali kkalkulat b’applikazzjoni tal-Artikolu 7 ta’ dan il-Ftehim, inkluż, jekk applikabbli għall-programm tal-Unjoni, kwalunkwe aġġustament skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim, u jekk applikabbli għall-programm tal-Unjoni, kwalunkwe korrezzjoni skont l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim.L-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu ma għandha l-ebda effett fuq l-istabbiliment tal-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika skont l-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim.
3.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ, mhux aktar tard mis-16 ta’ April u, jekk applikabbli għall-programm tal-Unjoni, mhux qabel it-22 ta’ Ottubru u mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena finanzjarja, sejħa għall-fondi lill-Iżvizzera li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera skont dan il-Ftehim għal kull wieħed mill-programmi jew attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera.
4.
Is-sejħa għall-fondi msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun strutturata f’pagamenti parzjali kif ġej:|
(a) |
l-ewwel pagament tas-sena, fir-rigward tas-sejħa għal fondi li għandha tinħareġ sas-16 ta’ April, għandu jikkorrispondi għal ammont sal-ekwivalenti tal-istima tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-programm inkwistjoni msemmi fil-paragrafu 1. L-Iżvizzera għandha tħallas l-ammont indikat f’din is-sejħa għall-fondi mhux aktar tard minn 60 jum wara li tinħareġ is-sejħa għall-fondi; |
|
(b) |
fejn applikabbli, it-tieni ħlas parzjali tas-sena, fir-rigward tas-sejħa għal fondi li għandha tinħareġ mhux qabel it-22 ta’ Ottubru u mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, għandu jikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 u l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 fejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 3 jkun ogħla. L-Iżvizzera għandha tħallas l-ammont indikat f’din is-sejħa għall-fondi sa mhux aktar tard mill-21 ta’ Diċembru. |
L-Iżvizzera tista’ tagħmel pagamenti separati għal kull programm u attività.
5.
Meta dan il-Ftehim jibda japplika b’mod provviżorju fl-2025, għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ sejħa unika għall-fondi fi żmien 60 jum mill-iffirmar ta’ dan il-Ftehim u, mhux aktar tard mill-10 ta’ Diċembru 2025.
6.
Meta dan il-Ftehim jibda japplika provviżorjament fl-2025, l-Iżvizzera għandha tħallas l-ammont indikat fis-sejħa għall-fondi skont il-paragrafu 5 sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tinħareġ is-sejħa għall-fondi u mhux aktar tard mill-21 ta’ Diċembru 2025.
7.
Meta l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera tiġi tterminata skont l-Artikolu 20 ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe pagament relatat mal-perjodu qabel ma tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jsir dovut. Il-Kummissjoni Ewropea għandha toħroġ sejħa għal fondi fir-rigward tal-ammont dovut mhux aktar tard minn xahar wara li tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni. L-Iżvizzera għandha tħallas dak l-ammont dovut fi żmien 60 jum mill-ħruġ tas-sejħa għall-fondi.
8.
Kwalunkwe dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni għandu jagħti lok għall-ħlas ta’ imgħax ta’ inadempjenza mill-Iżvizzera fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta sal-jum li fih dak l-ammont pendenti jitħallas kollu.
9.
Ir-rata tal-imgħax għall-ammonti riċevibbli iżda mhux imħallsa fid-data dovuta għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih taħbat id-data dovuta, jew 0 %, skont liema tkun l-ogħla, biż-żieda ta’ 3,5 punti perċentwali.
PROTOKOLL 1
IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM ORIZZONT EWROPA, FIL-PROGRAMM TA’ RIĊERKA U TAĦRIĠ TAL-EURATOM, FIL-PROGRAMM EWROPA DIĠITALI U FIL-PROGRAMM ERASMUS+
PARTI I
REGOLI ĠENERALI
Artikolu 1
Programmi li fihom tipparteċipa l-Iżvizzera
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fil-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, stabbiliti bl-atti bażiċi li ġejjin u tikkontribwixxi għalihom:
|
(a) |
Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Orizzont Ewropa”), u implimentat permezz tal-programm speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li jħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (2), fl-aktar verżjonijiet aġġornati tagħhom u permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (3); |
|
(b) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765 tal-10 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkomplementa Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 (4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Euratom”), fil-verżjoni l-aktar aġġornata tiegħu; |
|
(c) |
Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (5) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Ewropa Diġitali”), fl-aktar verżjoni aġġornata tiegħu; |
|
(d) |
Ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (6) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm Erasmus+”), fl-aktar verżjoni aġġornata tiegħu; |
2. Dan il-Protokoll ma għandux japplika għal proċeduri ta’ għoti li jimplimentaw impenji baġitarji għal:
|
(a) |
2021, 2022, 2023 jew 2024 fil-programmi jew fl-attivitajiet tal-Unjoni, jew f’partijiet minnhom, imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll; |
|
(b) |
2021, 2022, 2023, 2024, 2025 jew 2026 fil-programm tal-Unjoni msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll. |
Artikolu 2
Tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, imsemmija:
|
(a) |
fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll mill-1 ta’ Jannar 2025 jew data oħra jekk prevista minn titolu speċifiku ta’ dan il-Protokoll għad-durata li jifdal tagħhom jew sa tmiem il-QFP 2021-2027, skont liema jkun iqsar; |
|
(b) |
fil-punt (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll mill-1 ta’ Jannar 2027 għall-bqija tal-perjodu tiegħu jew sa tmiem il-QFP 2021-2027, skont liema jkun iqsar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 ta’ dan il-Protokoll. |
2. L-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri għandhom ikunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim, fir-rigward tal-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni, li jimplimentaw l-impenji baġitarji tal-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll, l-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni li jimplimentaw impenji baġitarji għall-2021, l-2022, l-2023 jew l-2024 mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati stabbiliti fl-att bażiku jew regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni.
Għall-programmi u l-attivitajiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan il-Protokoll, l-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni li jimplimentaw impenji baġitarji għall-2021, l-2022, l-2023, l-2024, l-2025 jew l-2026 mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati stabbiliti fl-att bażiku jew regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programm jew tal-attività tal-Unjoni.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ għat-tlestija tal-proġetti, tal-azzjonijiet, tal-attivitajiet, jew ta’ partijiet minnhom, kollha ffinanzjati mill-programmi tal-Unjoni elenkat fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, tal-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u tal-obbligi finanzjarji kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn il-Partijiet Kontraenti.
Dan il-Protokoll għandu jiġi estiż u japplika għall-perjodu 2026-2027 bl-istess termini u kundizzjonijiet għas-suċċessur tal-Programm Euratom, sakemm fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ dak il-programm suċċessur, kwalunkwe Parti Kontraenti ma tinnotifikax id-deċiżjoni tagħha li ma testendix dan il-Protokoll ta’ dak il-programm suċċessur. Fil-każ ta’ tali notifika, dan il-Protokoll ma għandux japplika mill-1 ta’ Jannar 2026 fir-rigward tas-suċċessur tal-Programm Euratom.
Artikolu 4
Anness
L-Anness ta’ dan il-Protokoll għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.
PARTI II
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI TAL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMMI TAL-UNJONI
TITOLU 1
IL-PROGRAMM ORIZZONT EWROPA U L-PROGRAMM EURATOM LI JIKKOMPLEMENTA L-PROGRAMM ORIZZONT EWROPA
Artikolu 5
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi ta’ parteċipazzjoni fil-Programm Orizzont Ewropa u fil-Programm Euratom li jikkumplimenta l-Programm Orizzont Ewropa
1. Qabel ma tiddeċiedi dwar jekk l-entitajiet Żvizzeri humiex eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjoni relatata mal-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni skont l-Artikolu 22(5) tar-Regolament (UE) 2021/695, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob informazzjoni jew assigurazzjonijiet speċifiċi, bħal:
|
(a) |
informazzjoni dwar jekk ingħatax jew huwiex se jingħata aċċess reċiproku lill-entitajiet tal-Unjoni għal programmi, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, jew miżuri oħra eżistenti u ppjanati, jew partijiet minnhom, tal-Iżvizzera ekwivalenti għall-azzjoni kkonċernata ta’ Orizzont Ewropa; |
|
(b) |
informazzjoni dwar jekk l-Iżvizzera għandhiex fis-seħħ mekkaniżmu nazzjonali ta’ skrinjar tal-investiment u assigurazzjonijiet li l-awtoritajiet Żvizzeri se jirrapportaw, u jikkonsultaw, lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe każ possibbli fejn, fl-applikazzjoni ta’ tali mekkaniżmu, ikunu saru konxji ta’ investiment barrani ppjanat jew akkwiżizzjoni minn entità stabbilita jew ikkontrollata minn barra l-Iżvizzera ta’ entità Żvizzera li tkun irċeviet il-finanzjament tal-Programm Orizzont Ewropa jew tal-Programm Euratom f’azzjonijiet relatati mal-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni, dment li l-Kummissjoni Ewropea tforni lill-Iżvizzera bil-lista tal-entitajiet Żvizzeri rilevanti wara l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja ma’ dawk l-entitajiet; u |
|
(c) |
assigurazzjonijiet li l-ebda mir-riżultati, teknoloġiji, servizzi u prodotti żviluppati taħt l-azzjonijiet ikkonċernati minn entitajiet Żvizzeri mhu se jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tagħhom lejn Stati Membri matul l-azzjoni u għal erba’ snin wara t-tmiem tal-azzjoni; L-Iżvizzera għandha taqsam lista aġġornata ta’ suġġetti ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq bażi annwali, matul l-azzjoni u għal 4 snin wara tmiem l-azzjoni. |
2. L-entitajiet Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (JRC, Joint Research Centre) skont it-termini u l-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-entitajiet tal-Unjoni sakemm ma jkunux meħtieġa limitazzjonijiet biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-parteċipazzjoni li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-paragrafu 1.
3. Meta l-Unjoni timplimenta l-Programm Orizzont Ewropa permezz tal-applikazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 TFUE, l-Iżvizzera u l-entitajiet Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi legali maħluqa skont dawk id-dispożizzjonijiet, f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni li ġew adottati jew li se jiġu adottati għall-istabbiliment ta’ dawk l-istrutturi legali.
4. L-Iżvizzera għandha tinżamm infurmata regolarment dwar l-attivitajiet tal-JRC relatati mal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’kull programm, b’mod partikolari dwar il-programmi ta’ ħidma pluriennali tal-JRC. Rappreżentant ta’ livell għoli mill-Iżvizzera għandu jiġi mistieden bħala osservatur għal-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC fir-rigward ta’ punt li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera f’kull programm.
5. Ir-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew l-att legali tal-Unjoni li jissostitwixxi dak ir-Regolament, u d-Deċiżjoni (UE) 2021/820 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet Żvizzeri fil-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim.
6. Ir-rappreżentanti tal-Iżvizzera għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw bħala osservaturi fil-kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 u fl-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2021/765, mingħajr drittijiet tal-vot u għal punti li jikkonċernaw lill-Iżvizzera meta dak il-kumitat jiddiskuti kwistjonijiet li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-Programm Orizzont Ewropa u tal-Programm Euratom. Din il-parteċipazzjoni għandha tkun f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar tar-rappreżentanti tal-Iżvizzera għal-laqgħat ta’ dak il-kumitat għandhom jiġu rimborżati fil-klassi ekonomika. Għall-kwistjonijiet l-oħra kollha, r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza għandu jkun irregolat mill-istess regoli li japplikaw għar-rappreżentanti mill-Istati Membri.
Artikolu 6
Reċiproċità
L-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom, tal-Iżvizzera ekwivalenti għal dawk tal-Programm Orizzont Ewropa u tal-Programm Euratom, f’konformità mar-regolamenti tal-Iżvizzera.
Il-lista mhux eżawrjenti tal-programmi, tal-proġetti, tal-azzjonijiet, tal-attivitajiet, ta’ miżuri oħra, jew ta’ partijiet minnhom, ekwivalenti tal-Iżvizzera hija prevista fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.
Il-finanzjament ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni mill-Iżvizzera għandu jkun soġġett għar-regolamenti tal-Iżvizzera li jirregolaw l-operat ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom. Meta ma jkunx hemm finanzjament ipprovdut, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw bil-mezzi tagħhom stess.
Artikolu 7
Xjenza miftuħa
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu b’mod reċiproku l-prattiki tax-xjenza miftuħa fil-programmi, proġetti, azzjonijiet u attivitajiet tagħhom, jew partijiet minnhom, f’konformità mar-regoli tal-Programm Orizzont Ewropa u l-Programm Euratom u r-regolamenti tal-Iżvizzera.
Artikolu 8
Kundizzjonijiet finanzjarji għall-Programm Orizzont Ewropa
1. L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim għandu japplika għall-Programm Orizzont Ewropa.
2. L-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim għandu japplika għall-Programm Orizzont Ewropa.
3. Għall-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika kif imsemmi fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim u f’dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-arranġamenti dettaljati li ġejjin:
|
(a) |
“għotjiet kompetittivi” tfisser għotjiet mogħtija permezz ta’ sejħiet għal proposti fejn il-benefiċjarji finali jistgħu jiġu identifikati fil-ħin tal-kalkolu tal-korrezzjoni awtomatika; l-appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi kif definit fl-Artikolu 207 tar-Regolament Finanzjarju huwa eskluż; |
|
(b) |
meta jiġi ffirmat impenn legali ma’ konsorzju, l-ammonti użati biex jiġu stabbiliti l-ammonti inizjali tal-impenn legali għandhom ikunu l-ammonti kumulattivi allokati lill-benefiċjarji li huma entitajiet Żvizzeri f’konformità mat-tqassim indikattiv tal-baġit tal-ftehim ta’ għotja; |
|
(c) |
l-ammonti kollha ta’ impenji legali li jikkorrispondu għal għotjiet kompetittivi għandhom jiġu stabbiliti bl-użu tas-sistema elettronika tal-Kummissjoni Ewropea eCorda u jiġu estratti fit-tieni Erbgħa ta’ Frar tas-sena N+2; |
|
(d) |
“kostijiet mingħajr intervent” tfisser kostijiet tal-Programm Orizzont Ewropa għajr għotjiet kompetittivi, inkluż nefqa ta’ appoġġ, amministrazzjoni speċifika għall-programm u azzjonijiet oħra; |
|
(e) |
l-ammonti allokati lill-organizzazzjonijiet internazzjonali bħala entitajiet legali li huma l-benefiċjarju finali għandhom jitqiesu bħala kostijiet mhux ta’ intervent. |
4. Il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika għandu jiġi applikat kif ġej:
|
(a) |
korrezzjonijiet awtomatiċi għas-sena N fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għas-sena N, miżjuda skont l-Artikolu 7(5) ta’ dan il-Ftehim, għandhom jiġu applikati abbażi tad-data tas-sena N u s-sena N+1 minn eCorda msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fis-sena N+2 wara li kwalunkwe aġġustament skont l-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim ikun ġie applikat għall-kontribuzzjoni tal-Iżvizzera għall-Programm Orizzont Ewropa; l-ammont ikkunsidrat għandu jkun l-ammont ta’ għotjiet kompetittivi li għalihom hija disponibbli d-data, fil-ħin tal-kalkolu tal-korrezzjoni; |
|
(b) |
mis-sena N+2 u sal-2029, l-ammont tal-korrezzjoni awtomatika għandu jiġi kkalkulat għas-sena N billi tittieħed id-differenza bejn:
|
5. Jekk fir-rigward tal-kontribuzzjoni operazzjonali tal-Iżvizzera għal sena partikolari N, l-ammont tad-differenza kkalkulat f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 9(2) ta’ dan il-Ftehim ikun negattiv u f’termini assoluti jaqbeż it-8 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti għas-sena N, il-kontribuzzjoni operazzjonali futura tal-Iżvizzera għas-sena N+2 għandha titnaqqas bid-differenza bejn l-ammont assolut ikkalkulat f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Artikolu 9(2) għas-sena N, u l-ammont li jikkorrispondi għal 8 % tal-kontribuzzjoni operazzjonali korrispondenti għas-sena N.
Wara tmiem il-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet operazzjonali futuri, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi applikat għall-kontribuzzjonijiet operazzjonali tal-Iżvizzera għal programm sussegwenti li fih tipparteċipa l-Iżvizzera.
Jekk il-kontribuzzjoni operazzjonali tal-Iżvizzera tiġi aġġustata fis-sena N+2 f’konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafi, tali aġġustament għandu jitqies għall-fini tal-kalkolu tal-ammont annwali għas-sena N+2 f’konformità mal-punt 4 tal-Anness ta’ dan il-Ftehim dwar id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni Finanzjarja.
Artikolu 9
Kundizzjonijiet finanzjarji għall-Programm Euratom
1. L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim ma għandux japplika għall-Programm Euratom, li jikkomplementa l-Programm Orizzont Ewropa.
2. L-Artikolu 9 ta’ dan il-Ftehim ma għandux japplika għall-Programm Euratom, li jikkomplementa l-Programm Orizzont Ewropa.
3. B’deroga mill-Artikolu 7(7) ta’ dan il-Ftehim, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi applikat fis-snin 2025, 2026 u 2027 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni operazzjonali għall-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom għandu jkun ta’ 95,4 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit fl-Artikolu 7(6) ta’ dan il-Ftehim.
TITOLU 2
PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM EWROPA DIĠITALI
Artikolu 10
Ambitu tal-assoċjazzjoni
L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fi, u tikkontribwixxi għal, l-Objettivi Speċifiċi (OS) OS1 (Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (HPC, High Performance Computing)), OS2 (Intelliġenza Artifiċjali), OS4 (Ħiliet Diġitali Avvanzati), u OS5 (Użu u l-Aħjar Użu tal-Kapaċitajiet Diġitali u Interoperabbiltà) tal-Programm Ewropa Diġitali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/694.
Artikolu 11
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni fil-Programm Ewropa Diġitali
1. Qabel ma tiddeċiedi dwar jekk l-entitajiet Żvizzeri humiex eliġibbli biex jipparteċipaw f’azzjoni li għaliha l-parteċipazzjoni tkun ġiet ristretta għal raġunijiet debitament ġustifikati abbażi tal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob informazzjoni jew assigurazzjonijiet speċifiċi, bħal:
|
(a) |
informazzjoni dwar jekk ingħata jew huwiex se jingħata aċċess reċiproku lill-entitajiet tal-Unjoni għal programmi, proġetti jew azzjonijiet eżistenti u ppjanati tal-Iżvizzera ekwivalenti għall-azzjoni Ewropa Diġitali kkonċernata; |
|
(b) |
informazzjoni dwar jekk l-Iżvizzera għandhiex fis-seħħ mekkaniżmu nazzjonali ta’ skrinjar tal-investiment, u assigurazzjonijiet li l-awtoritajiet Żvizzeri se jirrapportaw u jikkonsultaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe każ possibbli fejn, fl-applikazzjoni ta’ tali mekkaniżmu, ikunu saru konxji ta’ investiment barrani ppjanat jew akkwiżizzjoni minn entità stabbilita jew ikkontrollata minn barra l-Iżvizzera ta’ entità Żvizzera li tkun irċeviet finanzjament minn Ewropa Diġitali f’azzjonijiet, dment li l-Kummissjoni Ewropea tforni lill-Iżvizzera bil-lista tal-entitajiet legali rilevanti stabbiliti fl-Iżvizzera wara l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja ma’ dawk l-entitajiet; u |
|
(c) |
assigurazzjonijiet li l-ebda wieħed mir-riżultati, mit-teknoloġiji, mis-servizzi u mill-prodotti żviluppati skont l-azzjonijiet ikkonċernati mill-entitajiet stabbiliti fl-Iżvizzera ma għandu jkun soġġett għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni tagħhom lejn l-Istati Membri matul l-azzjoni u għal erba’ snin wara t-tmiem tal-azzjoni; L-Iżvizzera se taqsam lista aġġornata ta’ suġġetti ta’ restrizzjonijiet nazzjonali fuq l-esportazzjoni fuq bażi annwali, matul l-azzjoni u għal 4 snin wara tmiem l-azzjoni. |
2. Meta l-kundizzjonijiet tas-sejħa jirrestrinġu l-parteċipazzjoni f’azzjoni minħabba kunsiderazzjonijiet relatati mas-sigurtà tal-Unjoni skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694, il-Kummissjoni Ewropea tista’ titlob informazzjoni jew assigurazzjoni speċifika mill-Iżvizzera sabiex tivvaluta l-adegwatezza tal-garanziji pprovduti mill-entitajiet rilevanti li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sigurtà tal-Unjoni.
3. Meta l-Unjoni timplimenta l-Programm Ewropa Diġitali bl-applikazzjoni tal-Artikoli 185 u 187 TFUE, l-Iżvizzera u l-entitajiet legali Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi legali maħluqa skont dawk id-dispożizzjonijiet, f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni li ġew adottati jew li se jiġu adottati għall-istabbiliment ta’ dawk l-istrutturi legali.
Artikolu 12
Reċiproċità
L-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom, tal-Iżvizzera ekwivalenti għal dawk tal-Programm Ewropa Diġitali, f’konformità mar-regolamenti tal-Iżvizzera.
Il-lista mhux eżawrjenti tal-programmi, tal-proġetti, tal-azzjonijiet, tal-attivitajiet, ta’ miżuri oħra, jew ta’ partijiet minnhom, ekwivalenti tal-Iżvizzera hija prevista fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.
Il-finanzjament ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni mill-Iżvizzera għandu jkun soġġett għar-regolamenti tal-Iżvizzera li jirregolaw l-operat ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom. Meta ma jkunx hemm finanzjament ipprovdut, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw bil-mezzi tagħhom stess.
Artikolu 13
Kundizzjonijiet finanzjarji
L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim m’għandux japplika għall-Programm Ewropa Diġitali.
TITOLU 3
PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM ERASMUS+
Artikolu 14
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni fil-Programm Erasmus+
Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm Erasmus+ għandha tkun kundizzjonali fuq in-nomina ta’ awtorità nazzjonali, l-istabbiliment ta’ aġenzija nazzjonali, u l-ħatra ta’ korp indipendenti tal-awditjar, f’konformità mal-Artikoli 26 sa 29 tar-Regolament (UE) 2021/817.
Il-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-Programm Erasmus+ għandha tkun effettiva mid-data li fiha l-Kummissjoni Ewropea tkun aċċettat il-valutazzjoni tal-konformità ex ante tal-aġenzija nazzjonali, skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2021/817.
Artikolu 15
Kundizzjonijiet finanzjarji
1. L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim m’għandux japplika għall-Programm Erasmus+.
2. B’deroga mill-Artikolu 7(7) ta’ dan il-Ftehim, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi applikat fis-sena 2027 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni operazzjonali għall-parteċipazzjoni fil-Programm Erasmus+ għandu jkun ta’ 70 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit fl-Artikolu 7(6) ta’ dan il-Ftehim.
(1) ĠU UE L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj.
(2) ĠU UE L 167 I, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/764/oj.
(3) ĠU UE L 189, 28.5.2021, p. 61, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/819/oj.
(4) ĠU UE L 167 I, 12.5.2021, p. 81, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/765/oj.
(5) ĠU UE L 166, 11.5.2021, p. 1, ELI: https://data.europa.eu/eli/reg/2021/694/oj.
(6) ĠU UE L 189, 28.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/817/oj.
(7) Ir-Regolament (UE) 2021/819 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (ĠU UE L 189, 28.5.2021, p. 61, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/819/oj).
(8) Id-Deċiżjoni (UE) 2021/820 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) 2021–2027: Nagħtu Spinta lit-Talent u lill-Kapaċità ta’ Innovazzjoni fl-Ewropa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1312/2013/UE (ĠU UE L 189, 28.5.2021, p. 91, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/820/oj).
ANNESS
Lista tal-programmi, tal-proġetti, tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet, jew ta’ partijiet minnhom, tal-Iżvizzera
1.
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja għandha titqies bħala l-programmi, il-proġetti, l-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Iżvizzera, jew partijiet minnhom, ekwivalenti għall-Programm Orizzont Ewropa u l-Programm Euratom:|
— |
Prova tal-Kunċett ta’ Pont |
|
— |
Finanzjament tal-Proġett tal-Fondazzjoni Nazzjonali Żvizzera għall-Ixjenza (SNSF, Swiss National Science Foundation) |
|
— |
Saħħa u benesseri tal-SNSF |
|
— |
Impriżi tar-Riċerka Applikata Multidixxiplinarja fl-Ispazju (MARVIS, Multidisciplinary Applied Research Ventures in Space) tal-SNSF |
|
— |
L-Iskema Internazzjonali ta’ Koinvestigaturi tal-SNSF |
|
— |
Ċentri Nazzjonali ta’ Kompetenza fir-Riċerka (NCCRs, National Centres of Competence in Research) tal-SNSF |
|
— |
Ambizione |
|
— |
Spark |
|
— |
Programmi ta’ finanzjament tal-Uffiċċju Federali tat-Trasport (FOT, Federal Office of Transport) |
|
— |
Laboratorju tal-Utenti Xjentifiċi Sostenuti għas-Simulazzjoni u x-Xjenza bbażata fuq id-Data fiċ-Ċentru Nazzjonali Żvizzeru għas-Supercomputing (CSCS, Swiss National Supercomputing Centre) (User Lab) |
|
— |
Ċentru Żvizzeru tax-Xjenza tad-Data |
|
— |
Ċentru tal-Plażma Żvizzeru/ Ċentru tal-Fużjoni Żvizzeru |
|
— |
Sors ta’ Dawl Żvizzeru (SLS, Swiss Light Source) |
|
— |
Sors ta’ Newtroni ta’ Spallazzjoni Żvizzeru (SINQ) |
|
— |
Sors ta’ muon SμS |
|
— |
Infrastruttura ta’ Riċerka Żvizzera għall-Fiżika tal-Partiċelli (CHRISP) |
|
— |
Laser Żvizzeru b’elettroni liberi li jipproduċu raġġi X (SwissFEL, Swiss X-ray Free Electron Laser) |
|
— |
Linja tar-raġġi bejn l-Iżvizzera u n-Norveġja (SNBL, Swiss-Norwegian beamline) |
|
— |
Inizjattiva SwissChips |
|
— |
Swiss Twins |
2.
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja għandha titqies bħala programmi, proġetti, azzjonijiet u attivitajiet, jew partijiet minnhom, tal-Iżvizzera ekwivalenti għall-Programm Ewropa Diġitali:
[…]
PROTOKOLL 2
PARTEĊIPAZZJONI FL-ATTIVITAJIET TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA EWROPEA GĦALL-ITER U L-IŻVILUPP TAL-ENERĠIJA MILL-FUŻJONI, IL-FTEHIM ITER U L-FTEHIM DWAR L-APPROĊĊ USA’
Artikolu 1
Ambitu tal-assoċjazzjoni
L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fi, bħala membru, u tikkontribwixxi għal, l-Impriża Konġunta għall-ITER u l-iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ F4E, Fusion for Energy) f’konformità mal-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (1) u l-Istatuti tagħha mehmuża magħha (minn hawn ’il quddiem imsejħin l-“Istatuti tal-F4E”), li jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika futura fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata permezz tal-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera mal-Programm Euratom.
Artikolu 2
Tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bħala membru tal-F4E mill-1 ta’ Jannar 2026 għat-tul ta’ żmien tal-istabbiliment tal-F4E, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom.
2. L-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri għandhom ikunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim, fir-rigward tal-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni, li jimplimentaw l-impenji baġitarji tal-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni li jimplimentaw l-impenji baġitarji għall-2021, l-2022, l-2023, l-2024 jew l-2025 mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-entitajiet ta’ pajjiżi terzi mhux assoċjati stabbiliti fl-att bażiku jew regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-F4E.
Artikolu 3
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni f’attivitajiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
1. Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu 12(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 82(3) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 (2), u f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Istatuti tal-F4E, iċ-ċittadini Żvizzeri bid-drittijiet sħaħ taċ-ċittadini jistgħu jinħatru mid-Direttur tal-F4E bħala persunal tal-F4E.
2. L-Iżvizzera għandu jkollha drittijiet tal-vot fil-Bord tat-Tmexxija tal-F4E u għandha tagħmel kontribuzzjoni annwali tas-sħubija lill-F4E skont l-Anness II tal-Istatuti tal-F4E.
3. Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, u b’mod partikolari tal-Artikolu 4, l-entitajiet Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fl-attivitajiet kollha tal-F4E bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-entitajiet legali tal-Euratom.
4. Ir-rappreżentanti tal-Iżvizzera għandhom jipparteċipaw fil-laqgħat tal-F4E f’konformità mal-Istatuti tal-F4E.
5. L-Iżvizzera għandha tapplika l-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-TFUE għall-F4E, għad-Direttur tagħha u għall-persunal tagħha b’rabta mal-attivitajiet tagħhom skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom, bil-modalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera; kull meta l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jkun fih referenzi għall-Istati Membri, ir-referenzi għandhom jinftiehmu li japplikaw bl-istess mod għall-Iżvizzera, sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ma jiddeterminawx mod ieħor; |
|
(b) |
l-eżenzjoni tal-F4E mit-tassazzjoni indiretta, inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“VAT”, Value Added Tax):
|
|
(c) |
proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli relatati mal-Impriża Konġunta Ewropea għall-persunal tal-ITER:
|
6. L-Iżvizzera għandha tagħti l-vantaġġi kollha previsti fl-Anness III tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika lil F4E fl-ambitu tal-attivitajiet uffiċjali tagħha.
Artikolu 4
Kontroll finanzjarju
1. L-uffiċjali tal-F4E u tal-Kummissjoni Ewropea u persuni oħra b’mandat mill-F4E u l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollhom aċċess xieraq, inkluż f’forma elettronika, għal siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitwettqu rieżamijiet u awditi kif ukoll miżuri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 11 u 12 ta’ dan il-Ftehim. Dak id-dritt ta’ aċċess għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan il-Protokoll.
2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinfurmaw lill-F4E u lill-Kummissjoni Ewropea mingħajr dewmien dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolarità b’rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’dan il-Protokoll.
3. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, miżuri amministrattivi u pieni jistgħu jiġu imposti mill-F4E jew mill-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament Finanzjarju u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (4).
4. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-F4E jew mill-Kummissjoni Ewropea fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll li jimponu obbligu pekunjarju fuq persuni għajr l-Istati għandhom ikunu infurzabbli fl-Iżvizzera.
5. L-ordni għall-infurzar ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tinħareġ f’konformità mal-Artikolu 14 f’dan il-Ftehim. Il-F4E jew il-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati mill-awtorità maħtura mill-Gvern Żvizzeru.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet finanzjarji
1. L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim ma japplikax għal dan il-Protokoll.
2. B’deroga mill-Artikolu 7(7) ta’ dan il-Ftehim, il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni li għandu jiġi applikat fis-snin 2026 u 2027 għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni operazzjonali għall-parteċipazzjoni fl-F4E għandu jkun ta’ 95,4 % tal-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit fl-Artikolu 7(6) ta’ dan il-Ftehim.
Artikolu 6
L-applikabbiltà tal-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-ITER, u l-Ftehim ta’ Approċċ Usa’ għat-territorju tal-Iżvizzera
1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li:
|
(a) |
il-Ftehim ITER għandu japplika għat-territorju tal-Iżvizzera, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 21 ta’ dak il-Ftehim; |
|
(b) |
il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-ITER għandu japplika għat-territorju tal-Iżvizzera, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 24 ta’ dak il-Ftehim; u |
|
(c) |
il-Ftehim dwar Approċċ Usa’ għandu japplika għat-territorju tal-Iżvizzera, b’mod partikolari l-privileġġi u l-immunitajiet skont l-Artikolu 13 u l-Artikolu 14(5) ta’ dak il-Ftehim, u għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dan il-Protokoll għandu jitqies bħala ftehim rilevanti għall-finijiet tal-Artikolu 26 ta’ dak il-Ftehim. |
2. Ċittadini Żvizzeri bi drittijiet sħaħ ta’ ċittadin għandhom ikunu eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk għal ċittadini minn Stati Membri li jkunu:
|
(a) |
innominati mill-Euratom bħala rappreżentanti tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim ITER); |
|
(b) |
innominati mill-Kunsill tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER bħala persunal anzjan (il-punt (d) tal-Artikolu 6(7) tal-Ftehim ITER); |
|
(c) |
persunal issekondat mill-Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (l-Artikolu 7(2) tal-Ftehim ITER); |
|
(d) |
impjegati direttament mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER permezz ta’ ħatra mid-Direttur Ġenerali tagħha (l-Artikolu 7(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 7(4) tal-Ftehim ITER); |
|
(e) |
innominati mill-Euratom bħala rappreżentanti għall-Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Attivitajiet tal-Approċċ Usa’ u għall-Kumitati tal-Proġetti tal-Attivitajiet tal-Approċċ Usa’ (l-Artikoli 3 u 5 tal-Ftehim dwar l-Approċċ Usa’); |
|
(f) |
innominati mill-Kumitat ta’ Tmexxija bħala persunal tas-Segretarjat (l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Approċċ Usa’); |
|
(g) |
issekondati mill-Euratom għall-Attivitajiet tal-Approċċ Usa’, jiġifieri bħala membru tat-timijiet tal-proġett jew bħala mexxejja tal-proġett (l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-Approċċ Usa’). |
3. L-Iżvizzera għandha tiġi infurmata mill-Euratom, bil-miktub, jekk il-Programm ITER, il-Ftehim ITER, il-Ftehim dwar l-Approċċ Usa’ jew il-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-ITER għandhom jiġu emendati.
Artikolu 7
Reċiproċità
L-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw fi programmi, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom, tal-Iżvizzera ekwivalenti għal dawk tal-Organizzazzjoni ITER, tal-F4E jew tal-Approċċ Usa’, f’konformità mar-regolamenti tal-Iżvizzera. Il-lista mhux eżawrjenti tal-programmi, tal-proġetti, tal-azzjonijiet, tal-attivitajiet, ta’ miżuri oħra, jew ta’ partijiet minnhom, ekwivalenti tal-Iżvizzera hija prevista fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.
Il-finanzjament ta’ entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni mill-Iżvizzera għandu jkun soġġett għar-regolamenti tal-Iżvizzera li jirregolaw l-operat ta’ programmi ta’ riċerka u innovazzjoni, proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, miżuri oħra, jew partijiet minnhom. Meta ma jkunx hemm finanzjament ipprovdut, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni jistgħu jipparteċipaw bil-mezzi tagħhom stess.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ għat-tlestija tal-proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, jew partijiet minnhom, kollha ffinanzjati mill-programm tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, tal-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u tal-obbligi finanzjarji kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn il-Partijiet Kontraenti.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi l-vantaġġi fuqha (ĠU UE L 90, 30.3.2007, p. 58, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/198/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU KE L 56, 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj).
(3) Ir-Regolament (EURATOM, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 Marzu 1969 li jiddetermina l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU KE L 74, 27.3.1969, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1969/549/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU KE L 312, 23.12.1995, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/2988/oj).
ANNESS
Lista tal-programmi, tal-proġetti, tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet, jew ta’ partijiet minnhom, ekwivalenti tal-Iżvizzera
Il-lista mhux eżawrjenti li ġejja għandha titqies bħala programmi, proġetti, azzjonijiet u attivitajiet tal-Iżvizzera, jew partijiet minnhom, ekwivalenti għall-ITER:
[…]
PROTOKOLL 3
PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM EU4HEALTH
Artikolu 1
Ambitu tal-assoċjazzjoni
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa bħala pajjiż assoċjat fi, u tikkontribwixxi għal, partijiet speċifiċi tal-Programm tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/522 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (il-“Programm EU4Health”) għall-perjodu 2021-2027 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Programm EU4Health”), fil-verżjoni l-aktar aġġornata tiegħu.
2. Il-partijiet speċifiċi tal-Programm EU4Health li l-Iżvizzera għandha tipparteċipa fihom u li għalihom għandha tikkontribwixxi huma relatati mat-tħejjija għall-kriżijiet, kif kopert mill-Ftehim dwar is-Saħħa.
Artikolu 2
Tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-Programm EU4Health mill-1 ta’ Jannar tas-sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Saħħa, għad-durata li jifdal tal-Programm EU4Health jew sa tmiem il-QFP 2021-2027, skont liema jkun iqsar.
2. L-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri għandhom ikunu eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim, fir-rigward tal-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni, li jimplimentaw l-impenji baġitarji tal-programmi u l-attivitajiet, jew partijiet minnhom, tal-Programm EU4Health fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Iżvizzera jew l-entitajiet Żvizzeri ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri ta’ għoti tal-Unjoni li jimplimentaw impenji baġitarji għal kwalunkwe waħda mis-snin fil-QFP 2021-2027 qabel il-bidu tal-parteċipazzjoni fil-Programm EU4Health, f’konformità mal-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-entitajiet ta’ pajjiżi mhux assoċjati stabbiliti fl-att bażiku jew regoli oħra li jappartjenu għall-implimentazzjoni tal-programm jew tal-attività rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 3
Termini u kundizzjonijiet speċifiċi tal-parteċipazzjoni fil-Programm EU4Health
1. L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-Programm EU4Health f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim u fl-att legali msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, kif ukoll fi kwalunkwe regola oħra li tappartjeni għall-implimentazzjoni tal-Programm EU4Health, fil-verżjoni l-aktar aġġornata tiegħu.
2. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fit-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet legali stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipparteċipaw f’azzjonijiet tal-Programm EU4Health b’kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni, inkluż ir-rispett tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.
3. L-Ingliż għandu jkun il-lingwa tal-proċeduri relatati ma’ talbiet, kuntratti u rapporti, kif ukoll għal aspetti amministrattivi oħra tal-Programm EU4Health.
Artikolu 4
Kundizzjonijiet finanzjarji
L-Artikolu 8 ta’ dan il-Ftehim ma japplikax għal dan il-Protokoll.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finali
Dan il-Protokoll għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ għat-tlestija tal-proġetti, azzjonijiet, attivitajiet, jew partijiet minnhom, kollha ffinanzjati mill-Programm tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Protokoll, tal-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-obbligi finanzjarji kollha li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn il-Partijiet Kontraenti.
(1) ĠU UE L 107, 26.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/522/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/2480/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)